This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0165
Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to Article 294 (6) of the Treaty on the Functioning of the European Union concerning the Council's position at first reading on the adoption of an amended proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on energy performance of buildings (recast)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni ta' proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (riformulazzjoni)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni ta' proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (riformulazzjoni)
/* KUMM/2010/0165 finali - COD 2008/0223 */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni ta' proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (riformulazzjoni) /* KUMM/2010/0165 finali - COD 2008/0223 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 15.4.2010 KUMM(2010)165 finali 2008/0223 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni ta' proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (riformulazzjoni) 2008/0223 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni ta' proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (riformulazzjoni) 1. SFOND Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (COM(2008)0780 – COD/2008/0223): | it-13 ta' Novembru 2008 | Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | it-13 ta’ Mejju 2009 | Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: | l-24 ta’ April 2009 | Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | it-23 ta’ April 2009 | Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari: | 14 ta’ April 2010 | 2. GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI L-għan tar-riformulazzjoni tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (“EPBD”) huwa li tiċċara u tissimplifika ċerti dispożizzjonijiet, twessa’ l-ambitu u ssaħħaħ uħud mid-dispożizzjonijiet tagħha sabiex ittejjeb l-effett tagħhom, u tipprovdi għar-rwol ewlieni tas-settur pubbliku. L-għanijiet u l-prinċipji tad-Direttiva attwali nżammu u xorta għadu f'idejn l-Istati Membri biex jiddeterminaw ir-rekwiżiti konkreti tal-prestazzjoni tal-enerġija. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL fl-EWWEL QARI 3.1. Kummenti ġenerali dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill It-test tal-Pożizzjoni nnegozjata tal-Kunsill huwa, fis-sustanza, f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni u għalhekk għandu jiġi appoġġat. 3.2. Ftehim dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-istadju tal-ewwel qari Il-Pożizzjoni nnegozjata tal-Kunsill hija riżultat tan-negozjati interistituzzjonali f'żewġ passi. L-ewwel pass kopra l-kontenut tal-proposta u t-tieni pass l-adattament tal-proposta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-atti delegati u implimentattivi (l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE) kif ukoll il-bażi legali. Fir-rigward tal-kontenut tal-proposta, fit-30 ta' Novembru 2009, il-president tal-Kumitat ITRE, is-Sur Herbert Reul, ikkonferma li l-Parlament jaqbel mat-test kif intlaħaq ftehim dwaru fl-aħħar diskussjoni politika li saret fis-17 ta' Novembru 2009 u li ġie approvat mill-Coreper fl-20 ta' Novembru 2009. Fir-rigward tal-adattament tal-proposta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-kompromess milħuq ġie approvat mill-Coreper fl-24 ta' Marzu 2010 u kkonfermat mill-president tal-Kumitat ITRE tal-Parlament, is-Sur Reul, fil-25 ta' Marzu 2010. Il-pożizzjoni nnegozjata tal-Kunsill ġiet adottata formalment bi proċedura bil-miktub fl-14 ta' April 2010. Is-suġġetti ewlenin tan-negozjati li ntlaħaq ftehim dwarhom huma kif ġej: Tibdil tal-bażi legali (preambolu): minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonamenttal-Unjoni Ewropea, il-koleġiżlaturi qablu li jbiddlu l-bażi legali għall-Artikolu 194(2) tat-TFUE. Żdied paragrafu mal-Artikolu 1 li jenfasizza li d-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi li ma jipprevenux lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu miżuri iktar stretti. Il-Kummissjoni taqbel ma' dawn it-tibdiliet, li ma jimmodifikawx il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet applikabbli. Dispożizzjonijiet dwar atti delegati u implimentattivi (l-Artikoli 22 sa 26): id-Direttiva tiddelega s-setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta l-qafas ta' metodoloġija komparattiva tal-Artikolu 5 (sat-30 ta' Ġunju 2011) u biex tadatta l-progress tekniku (il-punti 3 u 4 tal-Anness I) għal perjodu ta' 5 snin – li jiġġedded awtomatikament – wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delegazzjoni ta' setgħat meta jridu u joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn wara n-notifika, bil-possibbiltà li jitolbu għal estensjoni ta' xahrejn addizzjonali. Fuq talba tal-Parlament, ġiet inkluża dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika tal-atti delegati waqt il-perjodu tal-vaganzi tal-istituzzjonijiet, flimkien ma' dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li tiddikjara li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva mhumiex se jikkostitwixxu preċedent fuq il-pożizzjonijiet tagħhom dwar atti delegati ( Ara l-Anness I ). Il-Kummissjoni hija mitluba wkoll li tadotta att implimentattiv, skont il-proċedura konsultattiva tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, biex tistabbilixxi skema volontarja ta' ċertifikazzjoni komuni għall-prestazzjoni tal-enerġija ta' bini mhux residenzjali (l-Artikolu 10 (9). L-aħjar rekwiżiti minimi f’sens ta’ nefqa tal-prestazzjoni tal-enerġija u qafas ta' metodoloġija komparattiva (l-Artikolu 5 u l-Anness III): il-Kummissjoni se tiżviluppa metodoloġija komparattiva biex tikkalkula l-aħjar livelli f'sens ta' nefqa tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-bini. L-Istati Membri se jiġġustifikaw kwalunkwe diskrepanza sinifikanti u jippreżentaw pjan li jippreżenta l-passi xierqa. Bini eżistenti (l-Artikolu 7): din id-dispożizzjoni ġiet rinfurzata billi titlob li l-bini eżistenti kollu li għaddej minn rinnovament kbir ikollu jilħaq ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-enerġija u li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-enerġija jiġu stabbiliti wkoll għall-elementi tal-bini. Sistemi tekniċi tal-bini (l-Artikolu 8): dispożizzjoni ġdida teħtieġ l-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-enerġija għas-sistemi tekniċi tal-bini (eżempju t-tisħin, l-ilma sħun, u s-sistemi tal-arja kundizzjonata). Bini b'konsum ta' enerġija kważi żero (l-Artikolu 9): inħoloq kunsens dwar id-definizzjoni tal-'bini b'konsum ta' enerġija kważi żero' u dwar il-ħtieġa għall-iżvilupp ta' pjanijiet nazzjonali biex jiżdied l-għadd tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-31 ta' Diċembru 2018, il-bini l-ġdid okkupat u f'idejn awtorità pubblika u sal-31 ta' Diċembru 2020, bini ġdid ieħor ikun 'bini b'konsum ta' enerġija kważi żero'. Inċentivi finanzjarji u ostakoli tas-suq (l-Artikolu 10): dan l-artikolu l-ġdid iddaħħal biex jenfasizza l-importanza ta' finanzjament xieraq. L-Istati Membri għandhom ifasslu lista ta' miżuri eżistenti u proposti u l-Kummissjoni għandha tippreżenta analiżi tal-fondi disponibbli. Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini tindika r-rwol tagħha fl-appoġġ għall-użu ta' strumenti ta' finanzjament sabiex jinkiseb settur tal-bini Ewropew effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b'użu baxx tal-karbonju ( ara l-Anness II ). Ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija (l-Artikoli 11 sa 13): din id-dispożizzjoni ġiet rinfurzata billi ttejjeb il-kontenut taċ-ċertifikati, ġie rinforzat l-obbligu li ċ-ċertifikat jintwera fil-bini pubbliku u ddaħħlet il-ħtieġa li l-indikatur tal-prestazzjoni stabbilit fiċ-ċertifikat jiġi indikat fir-riklamar tad-djar. Spezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata (l-Artikoli 14 sa 16) u esperti u sistemi ta' kontroll indipendenti (l-Artikolu 18 u l-Anness II): iktar flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-ispezzjonijiet tas-sistemi tal-arja kundizzjonata ntrabtet ma' rekwiżit biex ikunu żgurati sistemi indipendenti ta' kontroll għaċ-ċertifikati u rapporti dwar l-ispezzjonijiet tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata. Klawżola ta' reviżjoni (l-Artikolu 19): il-klawżola ta' reviżjoni saret iktar speċifika billi ġiet stabbilita data biex tiġi evalwata d-Direttiva (l-1 ta' Jannar 2017). Traspożizzjoni (l-Artikolu 28): l-adozzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni mill-Istati Membri nbidlet għal 'sentejn wara d-dħul fis-seħħ' tad-Direttiva. Id-dati tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu ħafna mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva issa huma 'sentejn u sitt xhur' u 'tliet snin' wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Ingħata żmien addizzjonali (sal-31 ta' Diċembru 2015) għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) u (2) għal unitajiet waħdiena li jinkrew. 4. KONKLUŻJONI Il-Pożizzjoni tal-Kunsill tilħaq l-għanijiet tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk tappoġġa t-test. Anness I Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 tat-TFUE "Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pożizzjoni futura tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE jew atti leġiżlattivi individwali li fihom dawn id-dispożizzjonijiet." Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni "Il-Kummissjoni Ewropea tinnota li minbarra f'każijiet fejn l-atti leġiżlattivi jipprovdu għal proċedura ta' urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkunsidraw li n-notifika tal-atti delegati għandha tikkunsidra l-perjodi tal-vaganzi tal-istituzzjonijiet (fix-xitwa, fis-sajf u waqt l-elezzjonijiet Ewropej), sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu kapaċi jeżerċitaw il-prerogattivi tagħhom fi ħdan il-limiti tal-ħin stabbiliti fl-atti leġiżlattivi rilevanti, u hija lesta li taġixxi skont dan." Anness II Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament għall-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija fil-Bini “Il-Kummissjoni tenfasizza r-rwol kruċjali li għandhom l-istrumenti ta’ finanzjament sabiex tirnexxi t-trasformazzjoni tas-settur tal-bini Ewropew f’wieħed effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b’użu baxx tal-karbonju. Il-Kummissjoni se tkompli tinkuraġġixxi lill-Istati Membri jużaw b’mod estensiv il-fondi disponibbli skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (bħalissa sa 4 % tal-ammonti nazzjonali totali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, li jirrappreżentaw ammont ta’ EUR 8 biljuni, jistgħu jintużaw biex jiżdiedu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tad-djar, flimkien mal-appoġġ finanzjarju mhux limitat li diġà huma disponibbli għall-enerġija sostenibbli f’bini pubbliku u kummerċjali/industrijali) u se tappoġġa wkoll lill-Istati Membri biex jużaw aħjar il-fondi disponibbli kollha u l-finanzjament li jista’ jaġixxi bħala azzjoni biex tistimula l-investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tesplora l-possibbiltà li tiżviluppa iktar l-inizjattivi eżistenti kollha, bħall-inizjattiva tal-Bliet Għaqlin (Smart Cities)[1] jew l-użu tal-baġit tal-Ewropa II – Enerġija Intelliġenti, pereżempju, għall-fini tal-qsim tal-għarfien u l-assistenza teknika sabiex jiġu stabbiliti fondi nazzjonali li jistgħu jerġgħu jintużaw. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tipprepara sinteżi u analiżi tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament li huma attwalment applikabbli fl-Istati Membri u tikkunsidra s-sejbiet biex tipprova xxerred l-aqwa prattiki madwar l-UE. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni, wara l-analiżi msemmija fl-Artikolu [9a(4)] tad-Direttiva [2010/XXX/KE], se tikkunsidra l-iżvilupp possibbli ta’ inċentivi finanzjarji fil-ġejjieni (inter alia fir-rigward tal-istrumenti Komunitarji msemmija għal din il-fini fl-Artikolu 9a(4a)) u l-aqwa użu tagħhom għall-investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mtejba tal-bini. [1] SET-Plan COM (2009) 519