This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0154
Proposal for a Council Decision of […] on the conclusion of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and the Republic of Chile on the conclusion of the Understanding concerning the conservation of swordfish stocks in the South-Eastern Pacific Ocean
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill ta’ […] dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill ta’ […] dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku
/* KUMM/2010/0154 finali - NLE 2010/0084 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill ta’ […] dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku /* KUMM/2010/0154 finali - NLE 2010/0084 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 19.4.2010 KUMM(2010)154 finali 2010/0084 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta’ […] dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Wara lment imressaq mill-ANAPA (Spanish National Association of Owners of Deep-sea Longliners), il-Kummissjoni Ewropea fetħet investigazzjoni fl-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill Nru 3286/94 (Regolament dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ) (avviż ta' inizjazzjoni ppubblikat fl-10 ta' Lulju 1998). Fit-23 ta' Marzu 1999, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet ir-rapport investigattiv tagħha, li skontu, il-prattiki taċ-Ċilì li tiċħad l-aċċess għall-portijiet taċ-Ċilì lil bastimenti li jistadu għall-pixxispad fix-Xlokk tal-Paċifiku kienu inkonsistenti mal-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT). Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/296/KE tal-5 ta' April 2000 dwar il-projbizzjoni miċ-Ċilì fuq il-ħatt tal-qabdiet ta' pixxispad minn bastimenti Komunitarji fil-portijiet taċ-Ċilì, il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċedura tad-WTO għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, kontra ċ-Ċilì. B'reazzjoni għal dan il-każ tad-WTO, iċ-Ċilì talbet li ċerti mistoqsijiet jitressqu għar-riżoluzzjoni obbligatorja tat-tilwim skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar. Sussegwentement, iċ-Ċilì u l-Komunità, fid-19 ta' Diċembru 2000 ressqu lment rigward il-Konservazzjoni u l-Isfruttar Sostenibbli tal-Istokkijiet tal-Pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku lil Awla Speċjali fit-Tribunal Internazzjonali tal-Liġi tal-Baħar (ITLOS). Fil-25 ta' Jannar 2001, il-Kummissjoni Ewropea u ċ-Ċilì laħqu arranġament provviżorju, li b'konsegwenza tiegħu, il-Partijiet qablu dwar is-sospensjoni parallela tal-proċeduri tad-WTO u tal-ITLOS. F'April 2008, il-Kunsill adotta deċiżjoni li awtorizzat lill-Kummissjoni twettaq negozjati maċ-Ċilì f'isem il-Komunità Ewropea sabiex jintlaħaq qbil definittiv dwar qafas ġdid għall-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd. Fit-30 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar is-Sajd Intern u Estern, it-test tal-Ftehim, maqbul bejn in-negozjaturi fir-rigward tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxipsad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku. Il-Ftehim il-ġdid se jiżgura l-aċċess għal portijiet deżinjati taċ-Ċilì għall-operazzjonijiet tat-trażbord u tal-ħatt, kif ukoll għal finijiet loġistiċi, għal bastimenti li jtajru l-bnadar tal-Istati Membri li joperaw fl-ilmijiet tax-Xlokk tal-Paċifiku. Il-Ftehim il-ġdid ma jqajjem l-ebda dubju dwar il-kompetenzi rispettivi ta' organizzazzjonijiet reġjonali eżistenti tal-ġestjoni tas-sajd li attwalment huma stabbiliti (il-Kummissjoni InterAmerikana għat-Tonn Tropikali – IATTC) u lanqas dwar dawk li qegħdin fil-proċess li jiġu stabbiliti (l-Organizzazzjoni Reġjonali tax-Xlokk tal-Paċifiku għall-Ġestjoni tas-Sajd – SPRFMO). Fit-3 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni ppreżentat ir-riżultat tat-taħditiet tekniċi bilaterali maċ-Ċilì li seħħew fil-5-6 ta' Ottubru 2009 fi New York, lill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar is-Sajd Intern u Estern. Il-Partijiet inizjalaw Anness tekniku I għall-Ftehim li fih proċeduri dettaljati li għandhom jiġu segwiti minn bastimenti tal-UE li jistadu għall-pixxispad u li jridu l-aċċess għall-portijiet Ċileni magħżula. Dawn il-proċeduri jimxu fl-istess direzzjoni tal-miżuri moderni tal-FAO dwar l-Istat tal-Port Sadanittant, iż-żewġ partijiet diġà rtiraw b'mod konġunt il-każ minn quddiem l-ITLOS. Fis-16 ta' Diċembru 2009, l-Awla Speċjali tal-ITLOS rreġistrat it-twaqqigħ tal-kawża f'konformità mat-talba konġunt miċ-Ċilì u l-UE. Għaddejjin ukoll it-tħejjijiet għal irtirar konġunt tal-kawża quddiem id-WTO (WT/DS/193 - Measures Affecting the Transit and Importation of Swordfish [Miżuri li Jolqtu t-Tranżitu u l-Importazzjoni tal-Pixxispad]). Madankollu, il-Kummissjoni mhijiex sejra, f'dan l-istadju, tipproponi l-għeluq tal-kawża dwar ir-Regolament rigward l-Ostakoli għall-Kummerċ. Il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposta għall-irtirar biss wara l-konklużjoni formali tal-Ftehim mill-awtoritajiet rispettivi tal-UE u dawk taċ-Ċilì, u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-portijiet taċ-Ċilì mill-bastimenti tas-sajd tal-UE li jistadu għall-pixxispad fl-ibħra internazzjonali tax-Xlokk tal-Paċifiku ġew implimentati b'mod sodisfaċenti matul perjodu ta' żmien raġjonevoli. L-Istati Membri u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu mistiedna mill-Kummissjoni sabiex jibdew il-proċedura rilevanti għall-konklużjoni. Sadanittant, sabiex jiġi żgurat li l-aċċess għall-bastimenti tal-UE li jistadu għall-pixxispad għall-portijiet magħżula taċ-Ċilì ma jkomplix jiġi ttardjat, huwa meħtieġ li jiġi applikat provviżorjament il-Ftehim li għalih fl-istess ħin ġiet proposta deċiżjoni separata tal-Kunsill. 2010/0084 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta’ […] dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet ta' pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218 (6) (a) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew[1], Billi: 1. Huwa l-għan tal-Unjoni Ewropea li tistabilixxi ftehimiet qafas ta' kooperazzjoni dwar is-sajd ma' Partijiet terzi biex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli ta' speċijiet ta' interess komuni u l-aċċess għall-bastimenti tal-UE għall-portijiet ta' Partijiet terzi għal operazzonijiet ta' trażbord u ta' ħatt l-art, u għal skopijiet loġistiċi. 2. Fl-4 ta' April 2008 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-konservazzjoni ta' stokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess billi ngħata bidu għall-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku u għall-Anness I dettaljat tiegħu. 3. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/XXX ta' [...][2], il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku ġie applikat provviżorjament sakemm jiġi konkluż il-Ftehim, wara skambju ta' ittri maċ-Ċilì . 4. Huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea li tikkonkludi l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri maċ-Ċilì , ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku b'dan qed jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea. It-test ta' dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì huwa mhemuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Kummissjoni Ewropea hija awtorizzata li tiffirma, f'isem l-Unjoni Ewropea, l-Ittra mill-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 1 u li taħtar il-persuni li jkollhom is-setgħa li li jipproċedu għall-iffirmar. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ- Ċilì dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku A. Ittra mill-Unjoni Ewropea Sinjur/Sinjura, Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati li twettqu fi Brussell fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li wasslu għall-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim'), kif ukoll għad-diskussjonijiet tekniċi bilaterali fi New York fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009. Intlaħaq qbil bejn l- Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì dwar il-Ftehim li ġej: i) iż-żewġ Partijiet approvaw il-Ftehim imsemmi li dwaru ntlaħaq qbil fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 inkluż l-Anness I dettaljat miftiehem fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009 fi New York. ii) id-dokumenti u t-tagħrif li ġejjin jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri: a) il-Ftehim miftiehem fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 fi Brussell kif immodifikat: (b) bl-Anness I dettaljat għall-Ftehim kif miftiehem matul il-laqgħa teknika bilaterali fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009 fi New York; (c) bin-Note Verbale taċ-Ċilì tat-23 ta' Novembru 2009 li tagħżel il-portijiet Ċileni ta' Arica, Antofagasta u Punta Arenas għal aċċess minn bastimenti tal-UE li jistadu għall-pixxispad fl-ibħra internazzjonali fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku, fir-rigward tal-punt (xi) tal-Anness imsemmi fil-(b) hawn fuq. Inkun obbligat jekk tirrikonoxxi li rċevejt din l-ittra u tikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu Ftehim bejn iċ-Ċilì u l-Unjoni Ewropea biex jiġi konkluż il-Ftehim.. Dan il-ftehim għandu japplika mill-ġurnata wara dik li fiha tasal it-tweġiba tiegħek. Jekk jogħġbok, Sinjur/a, aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi. Għall-Unjoni Ewropea, B. Ittra mir-Repubblika taċ- Ċilì Sinjur/Sinjura, Għandi l-unur ngħarrfek li waslitli l-ittra tiegħek bid-data ta’ llum, li taqra kif ġej: 'Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati li twettqu fi Brussell fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li wasslu għall-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim'), kif ukoll għad-diskussjonijiet tekniċi bilaterali fi New York fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009. Intlaħaq qbil bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì dwar il-Ftehim li ġej: i) iż-żewġ Partijiet approvaw il-Ftehim imsemmi li dwaru ntlaħaq qbil fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 inkluż l-Anness I dettaljat miftiehem fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009 fi New York. ii) id-dokumenti u t-tagħrif li ġejjin jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri: a) it-test tal-Ftehim miftiehem fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 fi Brussell kif immodifikat: (b) bl-Anness I dettaljat għall-Ftehim kif miftiehem matul il-laqgħa teknika bilaterali fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009 fi New York; (c) bin-Note Verbale taċ-Ċilì tat-23 ta' Novembru 2009 li tagħżel il-portijiet Ċileni ta' Arica, Antofagasta u Punta Arenas għal aċċess minn bastimenti tal-UE li jistadu għall-pixxispad fl-ibħra internazzjonali fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku, fir-rigward tal-punt (xi) tal-Anness imsemmi fil-(b) hawn fuq. Inkun obbligat jekk tirrikonoxxi li rċevejt din l-ittra u tikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu Ftehim bejn iċ-Ċilì u l-Unjoni Ewropea biex jiġi konkluż il-Ftehim. Dan il-ftehim għandu japplika mill-ġurnata wara dik li fiha tasal it-tweġiba tiegħek'. Għandi l-unur nikkonferma li l-ittra tiegħek u din it-tweġiba jikkostitwixxu Ftehim bejn iċ-Ċili u l-Unjoni Ewropea. Jekk jogħġbok, Sinjur/a, aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi. Għar-Repubblika taċ-Ċilì [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU L , , p. .