This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0226
Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on rental right and lending right and on certain rights related to copyright in the field of intellectual property (Codified version)
Proposta għal Direttiva ke tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (Verżjoni kkodifikata)
Proposta għal Direttiva ke tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (Verżjoni kkodifikata)
/* KUMM/2006/0226 finali - COD 2006/0073 */
Proposta għal Direttiva ke tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2006/0226 finali - COD 2006/0073 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 22.5.2006 KUMM(2006)226 finali 2006/0073(COD) Proposta għal DIRETTIVA KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali ( Verżjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta disposizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi sikwit b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin, sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kondizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita. Peress illi l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali[3]. Id-Direttiva l-ġdida tħassar lill-atti varji inkorporati fiha[4] ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom biss b’dawk l-emendi formali kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni tfasslet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 92/100/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Direttiva kkodifikata. ê 92/100/KEE (adattat) 2006/0073(COD) Proposta għal DIRETTIVA KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli Ö 47 Õ (2), Ö 55 Õ u Ö 95 Õ tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Ö Filwaqt li jaġixxu Õ skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6] Billi: ê 1. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. ê 92/100/KEE Premessa 4 2. Kiri u self ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u s-suġġett ta’ protezzjoni ta’ drittijiet relatati qed ikollu rwol dejjem aktar importanti b’mod partikolari għall-awturi, artisti u produtturi ta’ fonogrammi u films. Il-piraterija qed issir theddida dejjem akbar. ê 92/100/KEE Premessa 5 3. Il-protezzjoni adekwata tax-xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u s-suġġett tal-protezzjoni ta’ drittijiet relatati bi drittijiet ta’ kiri u self kif ukoll il-protezzjoni tas-suġġett tal-protezzjoni tad-drittijiet relatati bid-dritt ta’ fissar, dritt ta’ distribuzzjoni, dritt ta’ xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku tista’ f’dan is-sens tkun ikkunsidrata bħala ta’ importanza fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku u kulturali tal-Komunità. ê 92/100/KEE Premessa 6 4. Id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet ta’ protezzjoni relatati għandhom jadattaw għal żviluppi ekonomiċi ġodda bħal forom ġodda ta’ sfruttament. ê 92/100/KEE Premessa 7 5. Ix-xogħol kreattiv u artistiku ta’ awturi u artisti jeħtieġ dħul adegwat bħala bażi għal aktar xogħol kreattiv u artistiku, u l-investimenti meħtieġa b’mod partikulari għall-produzzjoni ta’ fonogrammi u films huma għoljin u riskjużi. Il-possibbiltà biex tiżgura dak id-dħul u tirkupra dak l-investiment tista’ tkun garantita biss permezz ta’ protezzjoni legali adekwata tad-detenturi tad-drittijiet relatati. ê 92/100/KEE Premessi 8 u 9 (adattat) 6. Dawn l-attivitajiet kreattivi, artistiċi u intraprenditorjali huma, fil-parti l-kbira tagħhom, attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom. Ö Safejn dan l-attivitajiet jikkostitwixxu prinċipalment is-serviżżi, Õ il-provvista u l-eżerċizzju tagħhom għandu jiġi ffaċilitat billi tkun provduta protezzjoni legali armonizzata fil-Komunità. ê 92/100/KEE Premessa 10 (adattat) 7. Il-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri għandha tiġi approssimata b’tali mod li ma tmurx kontra lkonvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma bbażati ħafna mid-drittijiet ta’ l-awtur u l-liġijiet tad-drittijiet relatati Ö ta’ bosta Stati Membri. Õ ê 92/100/KEE Premessa 11 8. Il-qafas legali tal-Komunità dwar id-dritt ta’ kiri u d-dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur jistgħu jkunu limitati biex jistabbilixxu li l-Istati Membri jipprovdu drittijiet dwar il-kiri u s-self għal ċerti gruppi ta’ detenturi ta’ drittijiet u b’żieda ma’ dan biex jistabbilixxu d-drittijiet ta’ ffissar, distribuzzjoni, xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku għal ċerti gruppi ta’ detenturi fil-qasam tal-protezzjoni ta’ drittijiet relatati. ê 92/100/KEE Premessa 12 9. Huwa meħtieġ li jiġu mfissra l-kunċetti ta’ kiri u self għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. ê 92/100/KEE Premessa 13 (adattat) 10. Huwa mixtieq, bl-iskop ta’ kjarifika, li jiġi eskluż mill-kiri u s-self fit-tifsira ta’ din id-Direttiva ċerti forom li jagħmlu disponibbli, bħal per eżempju li tagħmel disponibbli fonogrammi u films għall-iskop ta’ esibizzjoni jew xandir pubbliku, jagħmel disponibbli għall-fini ta’ esibizzjoni, jew li jagħmel disponibbli għal użu ta’ riferenza fuq il-post. Is-self fit-tifsira ta’ din id-Direttiva Ö m’għandux jinkludi Õ li tagħmel disponibbli bejn stabbilimenti li huma aċċessibbli għall-pubbliku. ê 92/100/KEE Premessa 14 11. Fejn is-self minn stabbiliment aċċessibbli mill-pubbliku jġib miegħu ħlas ta’ ammont li ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż tat-tħaddim ta’ l-istabbiliment, ma hemmx vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett fit-tifsira ta’ din id-Direttiva. ê 92/100/KEE Premessa 15 12. Huwa meħtieġ l-introdużżjoni ta’ arranġamenti li jiżguraw li ħlas ekwu mhux rinunzjabbli jinkiseb mill-awturi u artisti li għandhom iżommu l-possibbiltà li jafdaw l-amministrazzjoni ta’ dan id-dritt lil collective societies li jirrappreżentawhom. ê 92/100/KEE Premessi 16 u 17 13. Il-ħlas ekwu jista’ jitħallas fuq bażi ta’ pagament wieħed jew diversi f’kwalunkwe ħin waqt jew wara l-konklużjoni tal-kuntratt. Dan għandu jikkunsidra l-importanza tal-kontribut ta’ l-awturi u artisti relatati mal-fonogramm jew film. ê 92/100/KEE Premessa 18 (adattat) 14. Huwa meħtieġ ukoll li ta’ l-anqas jiġu protetti d-drittijiet ta’ l-awturi rigward self pubbliku billi jiġu pprovvduti arranġamenti speċifiċi. Minkejja dan, kull miżura Ö meħuda bħala deroga mid-dritt esklussiv ta’ self lill-pubbliku għandha Õ tkun konformi, b’mod partikulari ma’ l-Artikolu Ö 12 Õ tat-Trattat. ê 92/100/KEE Premessa 19 (adattat) 15. Ö Id-disposizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva dwar drittjiiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur m’għandhomx jipprojbixxu Õ lil Stati Membri milli jestendu Ö għal dawn id-drittijiet esklussivi, il-preżunzjoni prevista f’din id-Direttiva dwar kuntratti relatati mal-produzzjoni tal-films konklużi, individwalment jew kollettivament, minn artisiti flimkien ma’ prodotturi tal-films. Õ Barra minn hekk, Ö dawk Õ id-disposizzjonijiet Ö m’għandhomx jipprevenu Õ lil Stati Membri milli jipprovdu għal prezunżjoni konfutabbli ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-isfruttar rigward id-drittijiet esklussivi ta’ l-artisti previsti fid-disposizzjonijiet rilevanti ta’ din-Direttiva, sa fejn din il-prezunżjoni hija kompatibbli mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ l-Artisiti, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet tax-Xandir (minn issa ’l quddiem imsemmija l-Konvenzjoni ta’ Ruma). ê 92/100/KEE Premessa 20 (adattat) 16. L-Istati Membri Ö għandhom ikunu kapaċi li Õ jipprovdu għal protezzjoni aktar vasta għal detenturi ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur minn dawk meħtieġa mid-disposizzjonijiet stabbiliti b’din id-Direttiva rigward xandir u kommunikazzjoni lill-pubbliku. ê 92/100/KEE Premessa 21 17. Id-drittijiet tal-kiri u s-self armonizzati u l-protezzjoni armonizzata fil-qasam tad-drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur m’għandhomx ikunu eżerċitati b’mod li jikkostitwixxu restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri jew b’mod li huwa kuntrarju għar-regola tal-kronoloġija ta’ l-isfruttar tal-media, kif rikonoxxut fis-sentenza mogħtija fis-Société Cinéthèque v. FNCF[9]. ê 18. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B, ê 92/100/KEE ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: KAPITOLU I DRITT TA’ KIRI U SELF Artikolu 1 L-għan ta’ l-armonizzazzjoni 1. Skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, soġġett għall-Artikolu 6, dritt biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-kiri jew is-self ta’ oriġinali u kopji ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur, u materji oħra kif stipulat fl-Artikolu 3(1). ê 92/100/KEE (adattat) Ö 2. Id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu eżawriti b’ebda bejgħ jew att ieħor ta’ distribuzzjoni ta’ oriġinali u kopji ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u materji oħra kif stipulat fl-Artikolu 3(1). Õ Ö Artikolu 2 Õ Ö Definizzjonijiet Õ 1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva Ö għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: Õ Ö (a) Õ «kiri» tfisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perijodu limitat ta’ żmien u għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett Ö ; Õ Ö (b) Õ «self» ifisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perjodu limitat ta’ żmien u mhux għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett, meta jsir permezz ta’ stabbilimenti li huma aċċessibbli għall-pubbliku Ö ; Õ Ö (ċ) «film» ifisser xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv jew xbiehat li jiċċaqilqu, sew jekk akkumpanjati bil-ħoss sew jekk le; Õ Ö 2. Id-direttur prinċipali ta’ xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv għandu jkun kunsidrat bħala l-awtur tiegħu jew wieħed mill-awturi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal oħrajn biex ikunu kkunsidrati bħala l-ko-awturi tiegħu. Õ ê 92/100/KEE Artikolu 3 Detenturi tad-drittijiet u materji tad-dritt tal-kiri u self 1. Id-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi kiri u self għandu jkun ta’ dawn li ġejjin: (a) l-awtur fir-rigward ta’ l-oriġinal jew il-kopji tax-xogħol tiegħu; (b) l-artist fir-rigward ta’ l-iffissar tal-wirja tiegħu; ê 92/100/KEE (adattat) (ċ) il-produttur tal-fonogramm fir-rigward tal-fonogrammi tiegħu; (d) il-produttur ta’ l-ewwel iffissar ta’ film dwar l-oriġinal u l-kopji tal-film tiegħu. 2. Din id-Direttiva Ö ma tkoprix Õ id-drittijiet tal-kiri u self relatati mal-bini u max-xogħlijiet ta’ l-arti applikata. ê 92/100/KEE 3. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu trasferiti, mogħtija jew suġġetti għall-għoti ta’ liċenzji kuntrattwali. 4. Bla ħsara għall-paragrafu 6, meta kuntratt relatat mal-produzzjoni ta’ film ikun konkluż, individwalment jew kollettivament, minn artisti ma’ produttur tal-films, l-artist kopert b’dan il-kuntratt għandu jkun meqjus, soġġett għall-klawsoli kuntrattwali kuntrarji, li jkun ittrasferixxa d-dritt tal-kiri tiegħu, soġġett għall-Artikolu 5. 5. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal prezunżjoni simili kif stipulata fil-paragrafu 4 dwar l-awturi. 6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-iffirmar ta’ kuntratt konkluż bejn artist u produttur tal-films dwar il-produzzjoni ta’ film ikollu l-effett ta’ l-awtorizzazzjoni tal-kiri, sakemm dan il-kuntratt jipprovdi għal ħlas ekwu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 5. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li dan il-paragrafu għandu japplika mutatis mutandis għad-drittijiet inklużi fil-Kapitolu II. Artikolu 4 Kiri ta’ programmi tal-kompjuter Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250 KEE[10]. Artikolu 5 Dritt mhux rinunzjabbli għal ħlas ekwu 1. Fejn awtur jew artist ikun ittrasferixxa jew assenja d-dritt tal-kiri tiegħu dwar fonogramm jew oriġinal jew kopja ta’ film lil prodotur ta’ fonogramm jew film, dak l-awtur jew artist għandu jżomm id-dritt li jikseb ħlas ekwu għall-kirja. 2. Id-dritt li jikseb ħlas ekwu għall-kirja ma jistax jiġi rinunzjat minn awturi jew artisti. 3. L-amministrazzjoni ta’ dan id-dritt li jikseb ħlas ekwu jista’ jkun fdat lil collecting societies li jirrappreżentaw awturi jew artisti. 4. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw jekk jew sa fejn tista’ tkun imposta l-amministrazzjoni minn collecting societies tad-dritt li jinkiseb ħlas ekwu, kif ukoll il-kwistjoni dwar mingħand min dan il-ħlas jista’ jintalab jew jinġabar. Artikolu 6 Deroga mid-dritt esklussiv ta’ self lill-pubbliku 1. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dritt esklussiv li hemm provdut fl-Artikolu 1(1) dwar is-self lill-pubbliku, sakemm ta’ l-anqas l-awturi jiksbu ħlas għal dan is-self. L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jistabbilixxu dan il-ħlas waqt li jikkunsidraw l-għanijiet ta’ promozzjoni kulturali tagħhom. 2. Fejn l-Istati Membri ma japplikawx id-dritt esklussiv ta’ self li hemm previst fl-Artikolu 1(1) rigward fonogrammi, films u programmi tal-kompjuter, huma għandhom jintroduċu ħlas, ta’ l-anqas lill-awturi. 3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta’ stabbilimenti mill-pagament tal-ħlas imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. KAPITOLU II DRITTTIJIET RELATATI MAD-DRITTIJIET TA’ L-AWTUR Artikolu 7 Dritt ta’ l-Iffissar 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-iffissar tal-wirjiet tagħhom. 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-iffissar tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawn ix-xandiriet ikunu trasmessi bil-fili sew jekk bl-ajru, inklużi bil- cable jew bis-satellita. 3. Distributur bil- cable m’għandux ikollu d-dritt previst fil-paragrafu 2 fejn huwa sempliċiment jerġa’ jittrasmetti bil- cable x-xandiriet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir. Artikolu 8 Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir b’mezzi mingħajr fili u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-wirjiet tagħhom, minbarra fejn il-wirja tkun fiha nnifisha diġà wirja mxandra jew tkun saret minn iffissar. 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jiżguraw li ħlas uniku ekwu jitħallas mill-utent, jekk fonogramm ippubblikat għall-finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, tintuża għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill pubbliku, u biex jiżguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm, jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom. 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir mill-ġdid tax-xandiriet tagħhom b’mezzi mingħajr fili, kif ukoll il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom jekk din il-komunikazzjoni ssir f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ dritt tad-dħul. Artikolu 9 Dritt ta’ distribuzzjoni ê 92/100/KEE (adattat) 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu Ö id-dritt esklussiv li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-oġġetti indikati fil-punti (a) sa (d), inklużi kopji tagħhom, bil-bejgħ jew mod ieħor, minn issa ’l quddiem magħruf bħala «dritt ta’ distribuzzjoni» għal dawn li ġejjin: Õ (a) għall-artisti, rigward l-iffissar tal-wirjiet tagħhom; (b) għall-produtturi tal-fonogrammi, rigward il-fonogrammi tagħhom; (ċ) għall-produtturi ta’ l-ewwel iffissar tal-films, rigward l-oriġinal u l-kopji tal-films tagħhom; (d) għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, rigward l-iffissar tax-xandir tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 7(2). ê 92/100/KEE 2. Id-dritt ta’ distribuzzjoni m’għandux ikun eżawrit fil-Komunità rigward oġġett kif imsemmi fil-paragrafu 1, minbarra fejn l-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ dak l-oġġett isir mid-detentur tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu. 3. Id-dritt ta’ distribuzzjoni għandu jkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu 1, b’mod partikulari l-Artikolu 1(2). 4. Id-dritt ta’ distribuzzjoni jista’ jkun trasferit, assenjat jew soġġett għall-għotja ta’ liċenzji kuntrattwali. Artikolu 10 Limitazzjonijiet għad-drittijiet ê 92/100/KEE (adattat) 1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu limitazzjonijiet għad-drittijiet imsemmija Ö f’dan il- Õ Kapitolu rigward ta’: ê 92/100/KEE (a) użu privat; (b) użu ta’ siltiet qosra dwar ir-rappurtar ta’ ġrajjiet kurrenti; (ċ) l-iffissar efimeru minn organizzazzjoni tax-xandir permezz tal-faċilitajiet tagħha stess u għax-xandiriet tagħha; (d) użu biss għall-finijiet ta’ tagħlim jew riċerka xjentifika. 2. Irrispettivament mill-paragrafu 1, kull Stat Membru jista’ jagħmel disposizzjoniet għall-istess tipi ta’ limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi, organizzazzjonijiet tax-xandir u ta’ produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ films, hekk bħad-disposizzjonijet previsti fil-liġi tiegħu rigward il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur f’xogħlijiet letterarji u artistiċi. Madankollu, jistgħu jkunu previsti liċenzji obbligatorji, biss sal-punt fejn ikunu kompatibbli mal-Konvenzjoni ta’ Ruma. ê 2001/29/KE Art. 11(1)(b) (adattat) 3. Il-limitazzjonijiet Ö imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, Õ għandhom jiġu applikati biss f’ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttar normali tas-suġġett u ma jippreġudikawx mingħajr raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet. ê 92/100 (adattat) KAPITOLU III DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI Artikolu 11 Applikazzjoni fil-ħin 1. Din id-Direttiva għandha tapplika fir-rigward ta’ xogħlijiet, wirjiet, fonogrammi, xandiriet u l-ewwel iffissar ta’ films protetti mid-drittijiet ta’ l-awtur imsemmija Ö fiha Õ li Ö kienu Õ, fl-1 ta’ Lulju 1994, għadhom protetti bil-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri fil-qasam ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati jew li Ö ssodisfaw Õ il-kriterji għall-protezzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva f’dik id-data. ê 92/100/KEE 2. Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għal kull att ta’ sfruttar imwettaq qabel l-1 ta’ Lulju 1994. ê 92/100/KEE (adattat) 3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-detenturi ta’ drittijiet jitqiesu bħala li jkunu taw l-awtorizzazzjoni tagħhom għall-kiri jew self ta’ oġġett imsemmi Ö fil-punti (a) sa (d) ta’ Õ l-Artikolu 3(1) li huwa ppruvat li kien sar disponibbli lil terzi għal din l-għan jew li kien akkwistat qabel l-1 ta’ Lulju 1994. ê 92/100/KEE Madankollu, b’mod partikulari fejn dan l-oġġett huwa reġistrazzjoni diġitali, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li detenturi ta’ drittijiet ikollhom dritt li jiksbu ħlas adekwat għall-kiri jew self ta’ dak l-oġġett. ê 92/100/KEE (adattat) 4. L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(2) għal xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi magħmula qabel l-1 ta’ Lulju 1994. 5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 u soġġett għall- paragrafu 7, din id-Direttiva m’għandha taffettwa l-ebda kuntratt konkluż qabel Ö id-19 ta’ Novembru 1992 Õ. ê 92/100/KEE 6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu, soġġett għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 7, li meta detenturi ta’ drittijiet li jakkwistaw drittijiet ġodda skond id-disposizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, ikunu taw, qabel l-1 ta’ Lulju 1994, il-kunsens tagħhom għall-isfruttar, għandhom jitqiesu bħala li jkunu ttrasferew id-drittijiet ġodda esklussivi. ê 92/100/KEE (adattat) 7. Għall-kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Lulju 1994, id-dritt mhux rinunzjabbli għall-ħlas ekwu li hemm provdut fl-Artikolu 5 għandu japplika biss fejn l-awturi jew artisti jew dawk li jirrappreżentawhom ikunu bagħtu talba għal dak l-għan qabel l-1 ta’ Jannar 1997. Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn id-detenturi tad-drittijiet rigward il-livell ta’ ħlas, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livell ta’ ħlas ekwu. Artikolu 12 Relazzjoni bejn id-drittijiet ta’ l-awtur u d-drittijiet relatati Il-protezzjoni ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur skond din id-Direttiva għandha tħalli intatt u m’għandha bl-ebda mod taffettwa l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur. Artikolu 13 Ö Komunikazzjoni Õ L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali Ö adottati Õ fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. ê Artikolu 14 Tħassir Id-Direttiva 92/100/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II. Artikolu 15 Dħul fis-Seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . ê 92/100/KEE (adattat) Artikolu 16 Ö Destinatarji Õ ê 92/100/KEE Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President é ANNESS I Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ l- emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 14) Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE (ĠU L 346, tas-27.11.1992, p. 61) | Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE (ĠU L 290, ta’ l-24.11.1993, p. 9) | L-Artikolu 11(2) biss | Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, tat-22.6.2001, p. 10) | L-Artikolu 11(1) biss | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 14) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | 92/100/KEE | L-1 ta’ Lulju 1994 | 93/98/KEE | L-1 ta’ Lulju 1995 | 2001/29/KE | It-22 ta’ Diċembru 2002 | _____________ ANNESS II Tabella Ta’ Korrelazzjoni Direttiva 92/100/KEE | Din id-Direttiva | Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1) | Artikolu 1(2) | Artikolu 2 (1), kliem introduttorju u punt (a) | Artikolu 1(3) | Artikolu 2 (1), punt (b) | Artikolu 1(4) | Artikolu 1(2) | Artikolu 2(1), kliem introduttorju | Artikolu 3(1), kliem introduttorju | Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 3(1)(a) | Artikolu 2(1), it-tieni inċiż | Artikolu 3(1)(b) | Artikolu 2(1), it-tielet inċiż | Artikolu 3(1)(ċ) | Artikolu 2(1), ir-raba’ inċiż, l-ewwel sentenza | Artikolu 3(1)(d) | Artikolu 2(1), ir-raba’ inċiż, it-tieni sentenza | Artikolu 2 (1), punt (ċ) | Artikolu 2(2) | Artikolu 2, punt (2) | Artikolu 2(3) | Artikolu 3(2) | Artikolu 2(4) | Artikolu 2(3) | Artikolu 2(5) | Artikolu 2(4) | Artikolu 2(6) | Artikolu 2(5) | Artikolu 2(7) | Artikolu 2(6) | Artikolu 3 | Artikolu 4 | Artikolu 4 | Artikolu 5 | Artikolu 5(1) sa (3) | Artikolu 6(1) sa (3) | Artikolu 5(4) | – | Artikolu 6 | Artikolu 7 | Artikolu 8 | Artikolu 8 | Artikolu 9(1), kliem introduttorju u kliem finali | Artikolu 9(1), kliem introduttorju | Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 9(1)(a) | Artikolu 9(1), it-tieni inċiż | Artikolu 9(1)(b) | Artikolu 9(1), it-tielet inċiż | Artikolu 9(1)(ċ) | Artikolu 9(1), ir-raba’ inċiż | Artikolu 9(1)(d) | Artikolu 9(2), (3) u (4) | Artikolu 9(2), (3) u (4) | Artikolu 10(1) | Artikolu 10(1) | Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza | Artikolu 10(2), l-ewwel sotto-paragrafu | Artikolu 10(2), it-tieni sentenza | Artikolu 10(2), it-tieni sotto-paragrafu | Artikolu 10(3) | Artikolu 10(3) | Artikolu 13(1) u (2) | Artikolu 11(1) u (2) | Artikolu 13(3), l-ewwel sentenza | Artikolu 11(3), l-ewwel sotto-paragrafu | Artikolu 13(3), it-tieni sentenza | Artikolu 11(3), it-tieni sotto-paragrafu | Artikolu 13(4) | Artikolu 11(4) | Artikolu 13(5) | – | Artikolu 13(6) | Artikolu 11(5) | Artikolu 13(7) | Artikolu 11(6) | Artikolu 13(8) | – | Artikolu 13(9) | Artikolu 11(7) | Artikolu 14 | Artikolu 12 | Artikolu 15(1) | – | Artikolu 15(2) | Artikolu 13 | – | Artikolu 14 | – | Artikolu 15 | Artikolu 16 | Artikolu 16 | – | Anness I | – | Anness II | _____________ [1] KUMM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness I, Parti A għal din il-proposta. [5] ĠU C [...], [...], pġ. [...]. [6] ĠU C [...], [...], pġ. [...]. [7] ĠU L 346, tas-27.11.1992, pġ. 61. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, tat-22.6.2001, pġ. 10). [8] Ara l-Anness I, Parti A. [9] Każijiet 60/84 u 61/84, Ġabra 1985, pġ. 2605. [10] ĠU L 122, tas-17.5.1991, pġ. 42.