This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42006D0481
2006/481/EC,Euratom: Decision of the Representatives of the Governments of the Member States of 22 June 2006 appointing a judge to the Court of First Instance of the European Communities
Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tat- 22 ta’ Ġunju 2006 li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej
Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tat- 22 ta’ Ġunju 2006 li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU L 189, 12.7.2006, p. 15–15
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 52–52
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2007
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
52 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
tat-22 ta’ Ġunju 2006
li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej
(2006/481/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,
Billi:
Skond l-Artikoli 5 u 7, flimkien ma' l-Artikolu 47 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura Pernilla LINDH, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perjodu li fadal tal-mandat tagħha, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2007,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Nils WAHL huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tiegħu sal-31 ta' Awwissu 2007.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussel, 22 ta’ Ġunju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
G. WOSCHNAGG