Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 41994D0025

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-iskambju ta' informazzjoni ta' l-istatistika dwar il-ħruġ ta' viżi uniformi (SCH/Com-ex (94)25)

ĠU L 239, 22.9.2000, p. 173–174 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2010; Imħassar b' 32009R0810

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/25(3)/oj

41994D0025



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0173 - 0174


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

tat-22 ta' Diċembru 1994

dwar l-iskambju ta' informazzjoni ta' l-istatistika dwar il-ħruġ ta' viżi uniformi

(SCH/Com-ex (94)25)

IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenjzoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 12(3) tal-Konvenzjoni hawn fuq imsemmija,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiskambjaw informazzjoni ta' statistika ma' xulxin dwar il-ħruġ ta' viżi uniformi. It-tabella mehmuża hawnhekk tindika x'informazzjoni għandha tinġabar u l-intervalli dan it-tibdil għandu jsir.

2. Il-Partijiet Kontrattani għandhom jibagħtu l-informazzjoni ta' statistika lis-Segretarjat Ġenerali ta' Schengen. Is-Segretarjat għandu jiġbor din l-informazzjoni u jħejji tabelli globali li jagħtu ħarsa sewwa ta' kull perjodu, li għandu jagħmilha disponibbli lill-Partijiet Kontrattanti.

3. Minkejja dan l-iskambju imsemmi, informazzjoni ta' statistika tista' tinbidel lokalment fi ħdan il-qafas ta' koperazzjoni konsulari skond il-proċedura miftiehma mir-Rappreżentanzi kkonċernati.

Bonn, it-22 ta' Diċembru 1994.

Il-President

Bernd Schmidbauer

--------------------------------------------------

SCH/II-Visa (94)33 rev.

Skambju ta' statistiċi dwar l-ħruġ ta' viżi

1. TIBDIL TA' STATISTIĊI DWAR ĦRUĠ TA' VIŻI

Tip ta' Viża | Frekwenza | Informazzjoni biex tinbidel |

Viża uniformi maħruġa mir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari | Kull sitt xhur | - Ħruġ ta' Rappreżentanza - Tip ta' viża (żmien qasir, viża ta' transitu, viża ta' transitu f'ajruport) - Tip ta' dokument ta' vjaġġar - Nazzjonalità |

Viża uniformi (maħruġa fil-burdura) | Kull kwart ta' sena | - Ħruġ ta' post ta' burdura - Tip ta' viża - Tip ta' dokument ta' vjaġġar - Nazzjonalità |

Viża b'validità limitata territorjali | Kull kwart ta' sena | - Ħrug ta' Rappreżentanza/post ta' bordura - Nazzjonalità (statistiċi għandhom jinġabru mingħajr preġudizzju għall- obbligu li javża l-Partijiet Kontraenti l-oħra) |

Viża maħruġa wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali tal-Partijiet Kontraenti l-oħra | Kull sena | - Ara dokument SCH/IIViżjoni (93)20 rev.3 |

--------------------------------------------------

Top