Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 41993D0014

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' l-14 ta' Diċembru 1993 dwar it-titjib ta' koperazzjoni ġudizzjarja prattika għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga (SCH/Com-ex (93)14)

ĠU L 239, 22.9.2000, p. 427–427 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/14(2)/oj

41993D0014



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0427 - 0427


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

ta' l-14 ta' Diċembru 1993

dwar it-titjib ta' koperazzjoni ġudizzjarja prattika għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga

(SCH/Com-ex (93)14)

IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, minn hawn "il quddiem imsejjħa" il-Konvenzjoni ta' Schengen,

Wara li kkunsidra l-Artikoli 48 sa' 53 u 76 tal-Konvenzjoni hawn fuq imsemmija,

IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ:

Għat-titjib ta' koperazzjoni ġudizzjarja prattika fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jekk il-parti mitluba mhix fi ħsiebha tinforza talba għal għajnuna reċiproka, jew taħseb li tinforza parti minnha biss, għandha tavża l-parti li qed titlob dwar ir-raunijiet għaċ-ċaħda tagħha u, fejn ikun possibbli, dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jitħarsu qabel ma dik it-talba tkun tista' tiġi infurzata.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ ladarba l-Istati kollha parti għall-Konvenzjoni ta' Schengen ikunu avżaw li tlestew il-proċeduri meħtieġa mis-sistemi legali tagħhom sabiex dawn id-deċiżjonijiet jorbtu fit-territorju tagħhom.

Pariġi, l-14 ta' Diċembru 1993.

Il-President

A. Lamassoure

--------------------------------------------------

Top