Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026R1122

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1122 tas-26 ta’ Mejju 2026 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-Enterococcus lactis NCIMB 11181 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S)

C/2026/3304

ĠU L, 2026/1122, 27.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1122/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1122/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1122

27.5.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1122

tas-26 ta’ Mejju 2026

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-Enterococcus lactis NCIMB 11181 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-Enterococcus lactis NCIMB 11181 (preċedentement identifikat bħala Enterococcus faecium NCIMB 11181). Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-Enterococcus lactis NCIMB 11181 bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-għalf u fl-ilma tax-xorb għat-tiġieġ tas-simna jew imrobbi għall-bajd, għal speċijiet oħra ta’ pollam tas-simna jew imrobbija għall-bajd, u għall-għasafar ornamentali, u titlob l-użu simultanju ta’ dak il-preparat fl-għalf mal-koċċidjostati monensina tas-sodju u d-dekokinat, u biex dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabilizzaturi tal-flora intestinali”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta’ Jannar 2024 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat tal-Enterococcus lactis NCIMB 11181 huwa sikur għat-tiġieġ tas-simna jew imrobbi għall-bajd, għal speċijiet oħra ta’ pollam tas-simna jew imrobbija għall-bajd, u għall-għasafar ornamentali, kif ukoll għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-formulazzjoni solida li tinħall fl-ilma tal-addittiv titqies li mhix irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn. Minħabba n-natura proteinaċa tal-aġent attiv, kemm il-formulazzjonijiet solidi kif ukoll dawk solidi li jinħallu fl-ilma tal-addittiv jitqiesu sensitizzaturi respiratorji. L-awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar il-potenzjal tal-formulazzjoni solida tal-addittiv li jkun irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn jew dwar il-potenzjal taż-żewġ formulazzjonijiet tal-addittiv li jikkawżaw sensitizzazzjoni tal-ġilda. Barra minn hekk, ikkonkludiet li l-użu tal-Enterococcus lactis NCIMB 11181 huwa kompatibbli mal-koċċidjostati monensina tas-sodju u d-dekokinat. Wara l-valutazzjoni tad-data l-ġdida mressqa mill-applikant, fl-opinjoni tagħha tas-16 ta’ Settembru 2025 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv għandu potenzjal li jkun effikaċi bħala addittiv żootekniku għat-tiġieġ tas-simna meta jiġi ssupplimentat fi 3 × 1010 CFU/kg ta’ għalf komplet u fl-ilma tax-xorb fi 1,5 × 1010 CFU/L. Il-konklużjoni għat-tiġieġ tista’ tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u estrapolata għal speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna, il-pollam kollu mrobbi għall-bajd u l-għasafar ornamentali. L-Awtorità ma qisitx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq.

(5)

Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kien tal-fehma li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ntlaħqu f’valutazzjoni preċedenti dwar applikazzjoni oħra għall-awtorizzazzjoni tal-istess addittiv u vverifikati mill-Awtorità fl-opinjoni tagħha tal-1 ta’ Frar 2012 (4) huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (5), ma kienx meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza.

(6)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat tal-Enterococcus lactis NCIMB 11181 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għall-pollam tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni u għall-għasafar ornamentali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv tan-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)   EFSA Journal 2024;22:e8623, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8623.

(3)   EFSA Journal. 2025;23:e9680, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9680.

(4)   EFSA Journal 2012;10(2):2574, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2012.2574.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

CFU/l ta’ ilma tax- xorb

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzaturi tal-flora intestinali.

4b1708

Chr. Hansen A/S

Enterococcus lactis

NCIMB 11181

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat tal-Enterococcus

lactis NCIMB 11181 li fih minimu ta’: forma solida: 5 × 1010 CFU/g additiv;

Forma solida li tinħall fl-ilma: 2 × 1011 CFU/g additiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Enterococcus lactis

NCIMB 11181

Metodu analitiku  (1)

L-enumerazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb: metodu tat-tifrix bl-użu tal-agar tal-eskulin ażid biljari — EN 15788

Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (Pulsed Field Gel Electrophoresis, PFGE) — CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

Pollam tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni

Għasafar ornamentali

3 × 1010

1,5 × 1010

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin, l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana u l-istabbiltà fl-ilma tax-xorb.

2.

L-addittiv jista’ jintuża permezz tal-ilma tax-xorb.

3.

Il-formulazzjoni tal-addittiv li jinħall fl-ilma għandha tintuża permezz tal-ilma tax-xorb.

4.

L-addittiv jista’ jintuża simultanjament mal-koċċidjostati li ġejjin, f’konformità mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni rispettivi tagħhom bħala addittivi tal-għalf: monensina tas-sodju u dekokinat.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għall-għajnejn (għall-formulazzjoni solida biss), għan-nifs u għall-ġilda.

Is-16 ta’ Ġunju 2036

(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1122/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top