Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 32025R1140

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1140 tas-27 ta’ Frar 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekords li għandhom jinżammu tas-servizzi, l-attivitajiet, l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet kollha tal-kriptoassi mwettqa

C/2025/1206

ĠU L, 2025/1140, 10.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1140/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Právní stav dokumentu platné

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1140/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1140

10.6.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1140

tas-27 ta’ Frar 2025

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekords li għandhom jinżammu tas-servizzi, l-attivitajiet, l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet kollha tal-kriptoassi mwettqa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(10), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rekords li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi huma meħtieġa jżommu, jenħtieġ li jiġu adattati għat-tip ta’ negozju tagħhom u għall-firxa ta’ servizzi, attivitajiet, ordnijiet, u tranżazzjonijiet tal-kriptoassi li jwettqu.

(2)

Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu liberi li jiddeterminaw il-mod li bih iżommu rekords tad-data rilevanti relatata mal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet kollha fil-kriptoassi. Madankollu, rekords konsistenti u komparabbli dwar is-servizzi, l-attivitajiet, l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet huma essenzjali għall-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom u biex jieħdu miżuri ta’ infurzar. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-istess analiżi fuq is-settijiet tad-data kollha tar-rekords, irrispettivament minn liema fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi pproduċa r-rekord. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jipprovdu dettalji konsistenti tar-rekords dwar is-servizzi, l-attivitajiet, l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet billi jużaw standards uniformi meta awtorità kompetenti titlob din l-informazzjoni skont l-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2023/1114. Għall-istess raġunijiet, jeħtieġ li jiġi speċifikat li jenħtieġ li r-rekords jinżammu f’mezz li jippermetti superviżjoni effettiva mill-awtoritajiet kompetenti.

(3)

Sabiex jiġi ingranat l-għarfien u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), biex jiġu żgurati standards ta’ rapportar konsistenti fis-settur finanzjarju kollu u biex jiġi minimizzat il-piż tar-rapportar għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, jenħtieġ li d-data tiġi rreġistrata f’konformità mal-istandards imsemmija f’dak ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn dan ir-Regolament Delegat u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/416 (3), jenħtieġ li japplikaw l-istess standards meta r-rekords ikunu meħtieġa wkoll f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw kif xieraq is-servizzi pprovduti mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, jeħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jżommu rekord tal-arranġamenti u l-proċeduri ta’ politika stabbiliti biex jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2023/1114.

(5)

L-abbuż tas-suq, inkluża l-manipulazzjoni tas-suq, jista’ jitwettaq permezz ta’ diversi mezzi, inkluż permezz ta’ negozjar algoritmiku. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq, meta d-deċiżjonijiet dwar l-investiment jittieħdu minn persuna għajr il-klijent jew minn algoritmu tal-kompjuter, dik il-persuna jew algoritmu jenħtieġ li jiġu identifikati fir-rekords tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet bl-użu ta’ identifikaturi uniċi, robusti u konsistenti. Għall-istess raġunijiet, huwa importanti li jiġi stabbilit li meta aktar minn persuna waħda f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment, il-persuna b’responsabbiltà primarja għad-deċiżjoni għandha tiġi identifikata fir-rekord.

(6)

Sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni unika, konsistenti u robusta tal-persuni fiżiċi fir-rekords tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet, dawk il-persuni fiżiċi jenħtieġ li jiġu identifikati permezz ta’ konkatenazzjoni tal-pajjiż tan-nazzjonalità tagħhom segwita minn identifikaturi assenjati mill-pajjiż tan-nazzjonalità ta’ dawk il-persuni. Meta dawk l-identifikaturi ma jkunux disponibbli, il-persuni fiżiċi jenħtieġ li jiġu identifikati permezz ta’ identifikaturi maħluqa minn konkatenazzjoni tad-data tat-twelid u l-isem tagħhom.

(7)

Jeħtieġ li ċerta data personali tiġi rreġistrata mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi biex jidentifikaw il-klijenti tagħhom jew persuni fiżiċi oħra rilevanti għal ordnijiet jew tranżazzjonijiet fil-kriptoassi, peress li din id-data hija fundamentali sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż fil-qasam tal-abbuż tas-suq. Għall-istanzi kollha ta’ identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi, dan għandu jsir billi jiġi segwit il-livell ta’ prijoritizzazzjoni tal-identifikaturi differenti dettaljati fl-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (4).

(8)

Huwa possibbli li persuni fiżiċi li jeħtieġ li jiġu identifikati għal finijiet ta’ żamma tar-rekords ikunu residenti ta’ pajjiż għajr dak tan-nazzjonalità tagħhom. Il-pajjiż ta’ residenza ta’ persuni fiżiċi jista’ jaffettwa diversi obbligi skont ir-Regolament (UE) 2023/1114, u għalhekk huwa element importanti tad-data biex tiġi żgurata superviżjoni effettiva mill-awtoritajiet kompetenti. Kull meta l-pajjiż ta’ residenza tagħha jkun differenti min-nazzjonalità ta’ dik il-persuna, dan jenħtieġ li jiġi indikat billi jiġi pprovdut il-kodiċi tal-pajjiż ta’ residenza ta’ dik il-persuna fiżika.

(9)

Sabiex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza tas-suq u sabiex tkun possibbli l-komparabbiltà tar-rekords li għandhom jinżammu mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, jenħtieġ li l-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li huma entitajiet ġuridiċi jiġu identifikati b’kodiċi li jkun kompatibbli mal-kriterji stabbiliti fil-livell internazzjonali għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ identifikazzjoni robusti għall-monitoraġġ tas-swieq finanzjarji. Jenħtieġ li dan il-kodiċi jkun uniku, newtrali, affidabbli, b’sors miftuħ, skalabbli, aċċessibbli, disponibbli mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli, u soġġett għal qafas ta’ governanza xieraq. Dawn il-kriterji ntużaw ukoll mill-awtoritajiet kompetenti għall-valutazzjoni tal-identifikaturi l-aktar xierqa fi standards tekniċi preċedenti dwar id-data superviżorja (5) , (6), biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komparabbiltà tad-data dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji, u għalhekk jenħtieġ li jkunu applikabbli wkoll fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

(10)

L-LEI huwa identifikatur internazzjonali rikonoxxut b’mod wiesa’, finanzjarjament u operazzjonalment aċċessibbli li jintuża fis-swieq finanzjarji. L-LEI huwa identifikatur internazzjonali li jiżgura l-aċċess għad-data sottostanti f’kull ħin, li jippermetti l-komparabbiltà u l-aggregazzjoni tal-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni, itejjeb il-kwalità u l-puntwalità tad-data aggregata u jnaqqas il-piż tar-rapportar għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, fejn ikun disponibbli, jirreġistraw l-LEI ta’ klijenti li jkunu persuni ġuridiċi li f’isimhom iwettqu ordnijiet u jeżegwixxu tranżazzjonijiet. Madankollu, hemm identifikaturi ta’ entitajiet ġuridiċi oħra li jistgħu jkunu xierqa għall-użu fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tirrikjedi li l-kumpaniji soġġetti għal dik id-Direttiva jkollhom identifikatur Uniku Ewropew (“EUID”), li jidentifika l-kumpaniji b’mod inekwivoku u tabilħaqq huwa għodda xierqa għall-identifikazzjoni tal-entitajiet fl-UE. Fi żmien perjodu ta’ 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-ESMA se jaħdmu mill-qrib biex jiffaċilitaw l-użu tal-EUID bħala għodda sabiex jiġu identifikati l-klijenti li huma entitajiet ġuridiċi għall-fini ta’ dan ir-Regolament. Wara t-tlestija ta’ din il-ħidma, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta r-rieda li tuża l-EUID għall-finijiet tal-Artikolu 14. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat il-prinċipju ta’ aċċess miftuħ għal identifikaturi oħra li jistgħu jkunu adattati għal skopijiet superviżorji u tiġi appoġġjata l-integrità tas-suq, dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji li jenħtieġ li jiġu ssodisfati minn dawk l-identifikaturi alternattivi. Sabiex is-suq ikun jista’ juża dawn l-identifikaturi alternattivi eliġibbli, jenħtieġ li l-ESMA tapprova l-użu tagħhom meta jkunu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(11)

Metodu uniku għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-partijiet konformi mal-kriterji u l-istrumenti msemmija hawn fuq li jsegwu dawn il-prinċipji jappoġġja direttament l-isforzi biex jinkiseb monitoraġġ tas-suq xprunat mid-data mill-awtoritajiet kompetenti.

(12)

Imġiba abbużiva manwali jew algoritmika tista’ sseħħ ukoll meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jiddetermina l-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għall-aċċess jew il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li lilu għandhom jiġu trażmessi l-ordnijiet jew kwalunkwe kundizzjoni oħra relatata mal-eżekuzzjoni tal-ordni. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq, jenħtieġ li persuna jew algoritmu tal-kompjuter fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jwettaq dawn l-attivitajiet jiġu identifikati fir-rekords tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet. Għall-istess raġunijiet, meta jkunu involuti kemm persuna kif ukoll algoritmu tal-kompjuter, jew ikunu involuti aktar minn persuna waħda jew algoritmu wieħed, jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jiddetermina, fuq bażi konsistenti billi jsegwi kriterji predeterminati, liema persuna jew algoritmu huwa primarjament responsabbli għal dawk l-attivitajiet.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għal informazzjoni li tkun rilevanti, preċiża u kompluta, jenħtieġ li jiġu speċifikati d-dettalji relatati mal-ordni li għandha tiġi trażmessa bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.

(14)

Minħabba n-natura transfruntiera tan-negozjar tal-kriptoassi, sabiex jiġu evitati lakuni fid-data meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jittrażmetti ordnijiet jew jeżegwixxi tranżazzjonijiet permezz ta’ entità li għaliha ma japplikax ir-Regolament (UE) 2023/1114, jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jirreġistra t-trażmissjoni ta’ dawk l-ordnijiet jew l-eżekuzzjoni ta’ dawk it-tranżazzjonijiet daqslikieku kien ittrażmetta dawk l-ordnijiet jew eżegwixxa dawk it-tranżazzjonijiet huwa stess. Din l-informazzjoni tista’ tkun ta’ importanza partikolari għat-twettiq ta’ monitoraġġ adegwat tas-suq u superviżjoni tal-abbuż tas-suq mill-awtorità kompetenti.

(15)

Sabiex jimmonitorjaw kif xieraq l-integrità u l-istabbiltà tas-swieq fil-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu informazzjoni affidabbli, konsistenti u standardizzata dwar il-kriptoassi li jiġu nnegozjati. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tippermettilhom jidentifikaw il-kriptoassi individwali li jkunu qed jiġu nnegozjati skont prinċipji stabbiliti fil-livell internazzjonali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirkupraw il-karatteristiċi ewlenin tal-kriptoassi nnegozjati, inklużi l-karatteristiċi speċifiċi għat-teknoloġija tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jużaw identifikatur tat-token diġitali maqbul fil-livell internazzjonali biex jidentifikaw il-kriptoassi fir-rekords tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti. L-Identifikatur tat-Token Diġitali (DTI) mmaniġġjat mill-Fondazzjoni tal-Identifikaturi tat-Tokens Diġitali huwa identifikatur maqbul fil-livell internazzjonali li jiggarantixxi informazzjoni affidabbli, konsistenti, standardizzata u disponibbli u jippermetti l-komparabbiltà u l-aggregazzjoni tal-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea, itejjeb il-kwalità u l-puntwalità tad-data aggregata u jnaqqas il-piż tar-rapportar għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu jistgħu jużaw id-DTI biex jidentifikaw il-kriptoassi. Madankollu, sabiex jiġi żgurat il-prinċipju ta’ aċċess miftuħ għal identifikaturi tat-tokens oħra li jistgħu jkunu adattati għal skopijiet superviżorji u tiġi appoġġjata l-integrità tas-suq, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji li jenħtieġ li jiġu ssodisfati minn dawk l-identifikaturi alternattivi. Sabiex is-suq ikun jista’ juża identifikaturi alternattivi eliġibbli, jenħtieġ li l-ESMA tapprova l-użu tagħhom meta jkunu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(16)

Sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw kif xieraq l-integrità u l-istabbiltà tas-swieq fil-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu informazzjoni affidabbli, konsistenti u standardizzata dwar il-kriptoassi li jiġu nnegozjati. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tippermettilhom jikklassifikaw il-kriptoassi individwali li jkunu qed jiġu nnegozjati skont prinċipji stabbiliti fil-livell internazzjonali. Din il-klassifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti wkoll lill-awtoritajiet jikkonnettjaw id-data fuq il-white papers mad-data dwar it-tranżazzjonijiet u l-ordnijiet fl-istess kriptoassi. Il-kodiċi ISO għall-Klassifikazzjoni ta’ Strumenti Finanzjarji (CFI, Classification of Financial Instruments) huwa standard internazzjonali użat għall-klassifikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji. Madankollu, il-kriptoassi li mhumiex strumenti finanzjarji attwalment ma jistgħux jiġu deskritti bl-użu tal-kodiċi CFI. Il-kodiċi ISO għas-CFI qed jiġi rivedut biex jakkomoda l-klassifikazzjoni tal-kriptoassi, iżda din ir-reviżjoni mhux se tiġi ffinalizzata qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, sakemm tiġi kkompletata din ir-reviżjoni, jenħtieġ li tintuża klassifikazzjoni interim li tindika t-tip ta’ kriptoassi (kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi, tokens irreferenzjati ma’ assi, u tokens tal-flus elettroniċi).

(17)

Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ tas-suq effiċjenti u effettiv mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li r-rekords tat-tranżazzjonijiet jirriflettu jekk it-tranżazzjoni ġietx eżegwita kompletament jew parzjalment permezz ta’ fergħa tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li tinsab fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz. L-inklużjoni ta’ data li tagħti dettalji dwar l-attività ta’ kull fergħa fir-rekords miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, jenħtieġ li ma twassalx għal piż amministrattiv sproporzjonat għall-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, iżda tkun tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw is-servizzi pprovduti mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi b’mod aktar effiċjenti u jtejbu l-viżibbiltà dwar kif dawk is-servizzi jiġu pprovduti fi ħdan l-Istati Membri differenti.

(18)

F’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jżommu biss informazzjoni li tkun meħtieġa u suffiċjenti biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni komprensiva tal-konformità tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2023/1114 u mad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq. Meta jipproċessaw id-data personali inkluża fir-rekords, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(19)

Sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni ċerta u effiċjenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet jew tranżazzjonijiet, jenħtieġ li dawk il-fornituri jiżguraw li jiġu identifikati fir-rekords miżmuma skont l-obbligi tagħhom taż-żamma tar-rekords bl-użu ta’ identifikaturi tal-entitajiet ġuridiċi (LEIs) ivvalidati, maħruġa u debitament imġedda. Skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2023/1114, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi huma meħtieġa jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika sabiex jiġu awtorizzati. Barra minn hekk, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom u jieħdu miżuri ta’ infurzar f’konformità mal-Artikolu 68(10) tar-Regolament (UE) 2023/1114, jenħtieġ li dan l-identifikatur jiġi vverifikat, aġġornat u inkluż fir-rekords li għandhom jinżammu f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(20)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u ta opinjoni fit-28 ta’ Awwissu 2024.

(21)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li ġew sottomessi lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”).

(22)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA 1

Żamma ta’ rekords u dispożizzjoni ġenerali dwar rekords

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tranżazzjoni” tfisser il-konklużjoni ta’ akkwiżizzjoni jew disponiment ta’ kriptoassi għajr il-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2023/1114;

(2)

“twettiq ta’ tranżazzjoni” tfisser l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni jew it-trażmissjoni ta’ ordni għall-kriptoassi f’isem klijent;

(3)

“eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni” tfisser il-forniment ta’ kwalunkwe wieħed mis-servizzi li ġejjin jew it-twettiq ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin li jirriżultaw fi tranżazzjoni:

(a)

ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għall-kriptoassi f’isem il-klijenti;

(b)

l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti;

(c)

skambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn;

(d)

it-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-investiment f’konformità mal-mandat diskrezzjonali mogħti minn klijent;

(e)

trasferiment ta’ kriptoassi lejn jew mill-kontijiet.

Artikolu 2

Żamma ta’ rekords

1.   Ir-rekords għandhom jinżammu f’mezz li jippermetti l-ħażna ta’ informazzjoni b’mod aċċessibbli għal referenza fil-ġejjieni mill-awtorità kompetenti, f’tali forma u mod li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jaċċessaw dawk ir-rekords faċilment u jirrikostitwixxu kull stadju ewlieni tal-ipproċessar ta’ kull servizz, attività, ordni jew tranżazzjoni tal-kriptoassi;

(b)

ikun possibbli li tiġi aċċertata faċilment kwalunkwe korrezzjoni jew emenda oħra għar-rekords, u l-kontenut tar-rekords qabel dawn il-korrezzjonijiet jew l-emendi;

(c)

ma jkunx possibbli li r-rekords jiġu mmanipulati jew mibdula;

(d)

ikun jippermetti l-isfruttament tad-data permezz tal-ICT jew kwalunkwe sistema effiċjenti oħra, meta ma jkunx possibbli li d-data tiġi analizzata faċilment minħabba l-volum u n-natura tagħha;

(e)

l-arranġamenti għaż-żamma tar-rekords tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords skont dan ir-Regolament irrispettivament mit-teknoloġija użata.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iżommu r-rekords elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness, skont in-natura tas-servizzi u l-attivitajiet tagħhom.

3.   L-obbligu li jinżammu r-rekords elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness ma għandu jaffettwa l-ebda obbligu li jinżammu rekords stabbiliti fi kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni.

TAQSIMA 2

Żamma tar-rekords relatati ma’ servizzi tal-kriptoassi speċifiċi u ma’ attivitajiet tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

Artikolu 3

Żamma tar-rekords tal-politiki u l-proċeduri tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iżommu rekords ta’ kwalunkwe politika u proċedura li huma meħtieġa jżommu bil-miktub skont ir-Regolament (UE) 2023/1114 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iżommu wkoll ir-rekords tal-valutazzjoni u tar-rieżami perjodiku, imwettqa mill-korp maniġerjali tagħhom, tal-effettività tal-arranġamenti ta’ politika, u tal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 68(6) tar-Regolament (UE) 2023/1114, inkluż ta’ kwalunkwe nuqqas identifikat fir-rigward ta’ dawn l-arranġamenti u proċeduri ta’ politika u ta’ kwalunkwe miżura meħuda biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet.

Artikolu 4

Żamma tar-rekords ta’ dokumenti li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u tal-klijent

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iżommu d-dokumenti li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-forniment ta’ servizz tagħhom, kif ukoll dawk li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tal-klijenti tagħhom għal perjodu ta’ ħames snin mit-terminazzjoni tal-ftehim li jipprovdu servizzi.

2.   Fuq talba ta’ awtorità kompetenti, li saret qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iżommu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għal perjodu ta’ mhux aktar minn seba’ snin mid-data tat-terminazzjoni tal-ftehim biex jipprovdu servizzi tal-kriptoassi.

Artikolu 5

Żamma tar-rekords fir-rigward tas-salvagwardja tal-kriptoassi u l-fondi tal-klijenti

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iżommu rekords li jippermettulhom jiddistingwu, fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien, il-kriptoassi u l-fondi miżmuma għal klijent wieħed mill-kriptoassi u l-fondi miżmuma għal kwalunkwe klijent ieħor u mill-assi tagħhom stess.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iżommu r-rekords tagħhom b’mod li jiżgura li dawn ikunu jistgħu jintużaw għal finijiet ta’ awditjar bħala rekords.

3.   Dawn ir-rekords għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

rekords li jidentifikaw faċilment il-bilanċi tal-kriptoassi u l-fondi miżmuma għal kull klijent;

(b)

meta l-fondi tal-klijenti jinżammu mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 70(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2023/1114, id-dettalji tal-kontijiet li fihom jinżammu dawk il-fondi u l-ftehimiet rilevanti bejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew mal-banek ċentrali li magħhom jitqiegħdu l-fondi tal-klijenti;

(c)

dettalji tal-kontijiet miftuħa ma’ partijiet terzi li jżommu kriptoassi għall-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u tal-ftehimiet dwar l-esternalizzazzjoni ma’ dawk il-partijiet terzi;

(d)

id-dettalji tal-partijiet terzi li jwettqu kwalunkwe kompitu esternalizzat f’konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2023/1114 u d-dettalji tal-kompiti esternalizzati;

(e)

l-ismijiet u l-funzjonijiet tal-persuni responsabbli għaż-żamma tal-kriptoassi u l-fondi tal-klijenti fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(f)

ftehimiet li jistabbilixxu s-sjieda tal-klijenti fuq il-kriptoassi u l-fondi.

TAQSIMA 3

Żamma tar-rekords tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet

Artikolu 6

Żamma tar-rekords tal-ordnijiet

1.   Għal kull ordni inizjali riċevuta minn klijent u għal kull deċiżjoni inizjali ta’ negozjar meħuda, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jirreġistraw u jżommu d-dettalji stabbiliti fit-tieni u fit-tielet kolonna tat-Tabella 2 tat-Taqsima 2 tal-Anness u d-dettalji stabbiliti fit-Tabella 4 tat-Taqsima 4 ta’ dak l-Anness, sa fejn dawn id-dettalji jikkonċernaw l-ordnijiet inizjali u dawk id-deċiżjonijiet ta’ negozjar.

2.   Meta awtorità kompetenti titlob kwalunkwe wieħed mid-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mal-Artikolu 94(1), il-punti (a) jew (d), jew l-Artikolu 94(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2023/1114, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jipprovdu dawn id-dettalji kif stabbilit fir-raba’ kolonna tat-Tabella 2 tat-Taqsima 2 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

3.   Meta d-dettalji stabbiliti fit-Tabella 2 tat-Taqsima 2 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament ikunu meħtieġa wkoll skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2023/1114 jew l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, dawn għandhom jinżammu skont l-istandards stabbiliti f’dawk ir-Regolamenti.

Artikolu 7

Żamma tar-rekords tat-tranżazzjonijiet

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom, immedjatament wara li jkunu wettqu tranżazzjoni, jirreġistraw id-dettalji stabbiliti fit-tieni u fit-tielet kolonna tat-Tabella 3 tat-Taqsima 3 u tat-Tabella 4 tat-Taqsima 4 tal-Anness.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu kwalunkwe wieħed mid-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mal-Artikolu 94(1), il-punti (a) jew (d), jew l-Artikolu 94(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-operaturi tal-pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jipprovdu dawn id-dettalji kif stabbilit fir-raba’ kolonna tat-Tabella 3 tat-Taqsima 3 tal-Anness.

Artikolu 8

Identifikazzjoni ta’ persuna jew algoritmu tal-kompjuter fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment

1.   Meta persuna jew algoritmu tal-kompjuter fi ħdan fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment li jakkwista jew jiddisponi minn kriptoassi speċifiku f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew f’isem klijent f’konformità ma’ mandat diskrezzjonali mogħti mill-klijent, dik il-persuna jew l-algoritmu tal-kompjuter għandu jiġi identifikat u rreġistrat kif speċifikat fil-Kamp 41 tat-Tabella 3 tat-Taqsima 3 tal-Anness.

2.   Meta persuna u algoritmu tal-kompjuter ikunu t-tnejn li huma involuti fit-teħid tad-deċiżjoni dwar l-investiment, jew aktar minn persuna jew algoritmu wieħed ikunu involuti fit-teħid ta’ dik id-deċiżjoni, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jirreġistra l-persuna jew l-algoritmu tal-kompjuter bir-responsabbiltà primarja għal dik id-deċiżjoni.

Artikolu 9

Deżinjazzjoni biex jiġu identifikati persuni fiżiċi

1.   Klijent li jkun persuna fiżika għandu jiġi identifikat fir-rekords tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi bl-użu tad-deżinjazzjoni li tirriżulta mill-konkatenazzjoni tal-ISO 3166-1 alpha-2 (kodiċi tal-pajjiż b’2 ittri) tan-nazzjonalità tal-klijent, segwita mill-identifikatur nazzjonali tal-klijenti speċifikat fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590, abbażi tan-nazzjonalità tal-klijent.

2.   L-identifikatur nazzjonali tal-klijenti msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi assenjat f’konformità mal-livelli ta’ prijorità previsti fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590 bl-użu tal-identifikatur tal-ogħla prijorità li persuna jkollha, irrispettivament minn jekk dak l-identifikatur ikunx diġà magħruf mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

3.   Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika, jekk il-persuna tkun ċittadin ta’ aktar minn pajjiż wieħed fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), għandu jintuża l-kodiċi tal-pajjiż tal-ewwel nazzjonalità meta jiġi ssortjat b’mod alfabetiku skont il-kodiċi ISO 3166-1 alpha-2 tiegħu u l-identifikatur ta’ dik in-nazzjonalità assenjata f’konformità mal-paragrafu 2.

4.   Meta persuna fiżika tkun ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż mhux fiż-ŻEE, għandu jintuża l-identifikatur bl-ogħla prijorità f’konformità mal-kamp li jirreferi għall-“pajjiżi l-oħra kollha” previst fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590. Meta persuna fiżika jkollha nazzjonalità ta’ pajjiż fiż-ŻEE u ta’ pajjiż li mhux fiż-ŻEE, għandhom jintużaw il-kodiċi tal-pajjiż tan-nazzjonalità tal-pajjiż fiż-ŻEE u l-identifikatur bl-ogħla prijorità ta’ dik in-nazzjonalità assenjata f’konformità mal-paragrafu 2.

5.   Meta klijent ikun residenti ta’ pajjiż għajr dik tan-nazzjonalità tiegħu, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jidentifikaw ukoll lil dik il-persuna abbażi tal-pajjiż ta’ residenza tal-persuna kif preskritt fil-Kamp 41 tat-Tabella 2 fl-Anness.

6.   Meta l-identifikatur assenjat f’konformità mal-paragrafu 2 ikun ibbażat fuq CONCAT, il-klijent għandu jiġi identifikat mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi bl-użu tal-konkatenazzjoni tal-elementi li ġejjin fl-ordni li ġejja:

(a)

id-data tat-twelid tal-persuna fil-format SSSSXXJJ;

(b)

l-ewwel ħames karattri tal-isem tal-persuna;

(c)

l-ewwel ħames karattri tal-kunjom tal-persuna.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-prefissi mal-ismijiet għandhom jiġu esklużi u l-ismijiet u l-kunjomijiet li jkunu iqsar minn ħames karattri jiġu mehmuża b’“#” sabiex jiġi żgurat li r-referenzi għall-ismijiet u l-kunjomijiet f’konformità mal-paragrafu 6 ikun fihom ħames karattri. Il-karattri kollha għandhom ikunu f’ittri kapitali. Ma għandu jintuża l-ebda apostrofu, aċċent, sink, sinjal tal-punteġġjatura jew spazju.

Artikolu 10

Identifikazzjoni ta’ persuna jew algoritmu tal-kompjuter li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni

1.   Meta persuna jew algoritmu tal-kompjuter fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxi tranżazzjoni jiddetermina liema pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li tinsab barra mill-Unjoni għandha taċċessa, liema fornitur ieħor ta’ servizzi tal-kriptoassi jittrażmetti ordnijiet lil jew kwalunkwe kundizzjoni relatata mal-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni, dak l-impjegat jew algoritmu tal-kompjuter għandu jiġi identifikat fil-Kamp 41 tat-Tabella 3 fit-Taqsima 3 tal-Anness.

2.   Meta persuna fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tieħu deċiżjonijiet li jiddeterminaw l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jassenja deżinjazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ dik il-persuna fir-rekords tat-tranżazzjonijiet tiegħu f’konformità mal-Artikolu 9.

3.   Meta algoritmu tal-kompjuter li jkun jopera taħt il-kontroll tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jieħu deċiżjonijiet li jiddeterminaw l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, dak l-algoritmu tal-kompjuter għandu jiġi identifikat fil-Kamp 43 tat-Tabella fit-Taqsima 3 tal-Anness.

4.   Meta persuna u algoritmu tal-kompjuter ikunu t-tnejn li huma involuti fl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, jew ikunu involuti aktar minn persuna waħda jew algoritmu wieħed, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jirreġistra l-persuna jew l-algoritmu tal-kompjuter primarjament responsabbli għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fil-Kamp 43 tat-Tabella 3 fit-Taqsima 3 tal-Anness.

Artikolu 11

Reġistrazzjoni ta’ riċeviment u trażmissjoni tal-ordnijiet

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jirċievu u jittrażmettu lil fornitur ieħor ta’ servizzi tal-kriptoassi ordni għall-kriptoassi f’isem il-klijenti kif imsemmi fl-Artikolu 1(3)(a) għandhom jirreġistraw id-dettalji ta’ dawn l-ordnijiet kif speċifikat fil-Kampi 1, 2, 10, 12, 14, 15, 16, 17, 19, 20, 21, 25, 37 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 2 tal-Anness, jekk u sa fejn dawk il-kampijiet ikunu rilevanti għal dik l-ordni.

2.   Meta l-ordni trażmessa tkun waslet mingħand fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li qabel kien ittrażmetta dik l-ordni, il-kampijiet ipprovduti skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li jidentifikaw il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi trażmittenti.

3.   Meta ordni tiġi trażmessa aktar minn darba, id-dettalji tal-ordni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk tal-klijent tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li l-ewwel ittrażmetta l-ordni u għandhom jiġu rreġistrati mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li ttrażmetta l-ordni għall-ewwel darba.

4.   Meta l-ordnijiet jiġu aggregati għal aktar minn klijent wieħed, id-dettalji tal-ordni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati għal kull klijent.

Artikolu 12

Reġistrazzjoni tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ pjattaformi ta’ negozjar jew fornituri ta’ servizzi li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) 2023/1114

1.   Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jeżegwixxi ordni jew tranżazzjoni f’isem klijent permezz ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jew fornitur ta’ servizzi li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) 2023/1114, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jirreġistra d-dettalji tal-ordni jew tat-tranżazzjoni bħallikieku jkun eżegwixxa l-ordni jew it-tranżazzjoni huwa stess.

2.   Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jirreġistra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-kampijiet speċifikati fit-Tabella 2 tat-Taqsima 2 u fit-Tabella 3 tat-Taqsima 3 tal-Anness, meta dawk il-kampijiet jkunu applikabbli għall-ordni jew għat-tranżazzjoni inkwistjoni.

Artikolu 13

Reġistrazzjoni ta’ riċeviment u trażmissjoni tal-ordnijiet lil entitajiet li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) 2023/1114

1.   Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jittrażmetti ordni lil entità li għaliha ma japplikax ir-Regolament (UE) 2023/1114, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jirreġistra d-dettalji tal-ordni trażmessa fil-kampijiet speċifikati fit-Tabella 2 tat-Taqsima 2 tal-Anness, sa fejn dawk il-kampi jkunu applikabbli għall-ordni jew għat-tranżazzjoni inkwistjoni.

2.   Meta l-ordni tiġi aggregata għal bosta klijenti, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 9 u 14, kif applikabbli, għandha tiġi rreġistrata għal kull klijent.

Artikolu 14

Identifikazzjoni tal-klijenti li huma entitajiet ġuridiċi

1.   Meta jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 6 u 7, fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jidentifika kwalunkwe klijent li jkun entità ġuridika billi juża kodiċi tal-identifikatur ta’ entità ġuridika li jkun jikkorrispondi għal dawk il-klijenti.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jirreġistraw il-kodiċijiet tal-identifikaturi ta’ entitajiet ġuridiċi li jkunujikkonformaw mal-istandard ISO 17442 u li jkunu inklużi fil-bażi tad-data tal-LEI Globali li tiġi miżmuma mill-Unità Operattiva Ċentrali maħtura mill-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja għas-Sistema ta’ Identifikatur ta’ Entità Ġuridika.

3.   Meta l-klijent ma jkollux identifikatur ta’ entità ġuridika li jkun konformi mal-istandard ISO 17442, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jikseb wieħed għall-klijent, jew juża identifikatur definit fil-livell tal-Unjoni li jissodisfa l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

ikun uniku;

(b)

ikun newtrali;

(c)

ikun affidabbli;

(d)

ikun sors miftuħ;

(e)

ikun skalabbli;

(f)

ikun aċċessibbli;

(g)

ikun disponibbli mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli;

(h)

ikun soġġett għal qafas ta’ governanza xieraq.

Artikolu 15

Identifikazzjoni tal-kriptoassi

Meta jipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 6 u 7, fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jidentifika l-kriptoassi li jkunu s-suġġett tal-ordni jew it-tranżazzjoni rreġistrata, jew li jkunu użati bħala mezz ta’ pagament, billi juża identifikatur tat-token diġitali li jkun konformi mal-istandard ISO 24165 jew identifikatur uniku ekwivalenti approvat mill-ESMA fil-livell tal-Unjoni, li jissodisfa l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

ikun uniku;

(b)

ikun newtrali;

(c)

ikun affidabbli;

(d)

ikun sors miftuħ;

(e)

ikun skalabbli;

(f)

ikun aċċessibbli;

(g)

ikun disponibbli fuq bażi ta’ kost raġonevoli; u

(h)

ikun soġġett għal qafas ta’ governanza xieraq.

Artikolu 16

Reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-fergħat

1.   Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jwettaq tranżazzjoni kompletament jew parzjalment permezz tal-fergħa tiegħu, huwa għandu jinkludi fir-rekords tat-tranżazzjonijiet tiegħu, il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 ta’ din il-fergħa, f’konformità mal-Kampijiet 7, 16, 34, 42 jew 44 tat-Tabella 3 fit-Taqsima 3 tal-Anness.

2.   Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jinkludi fir-rekords tat-tranżazzjonijiet l-informazzjoni li ġejja:

(a)

jekk il-fergħa rċevietx l-ordni mingħand klijent jew jekk il-fergħa ħaditx deċiżjoni dwar l-investiment għal klijent f’konformità mal-mandat diskrezzjonali mogħti lilha mill-klijent;

(b)

jekk il-fergħa għandhiex responsabbiltà superviżorja għall-persuna li tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment ikkonċernata;

(c)

jekk il-fergħa għandhiex responsabbiltà superviżorja għall-persuna li tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni;

(d)

jekk it-tranżazzjoni twettqitx kompletament jew parzjalment fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li tinsab barra mill-Unjoni bl-użu tas-sħubija tal-fergħa ta’ dik il-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.

Artikolu 17

Identifikazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jwettaq ordnijiet u tranżazzjonijiet

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jwettqu ordnijiet jew tranżazzjonijiet li jiskattaw l-obbligu li jżommu rekords għandhom jiżguraw li dawn jiġu identifikati fir-rekords li għandhom jinżammu skont dan ir-Regolament b’identifikatur ta’ entità ġuridika korrett li jkun jikkonforma mal-istandard ISO 17442 u li jkun inkluż fil-bażi tad-data tal-LEI Globali li tiġi miżmuma mill-Unità Operattiva Ċentrali maħtura mill-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja għas-Sistema ta’ Identifikatur ta’ Entità Ġuridika.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jiżguraw li d-data ta’ referenza relatata mal-identifikatur ta’ entità ġuridika tagħhom tiġġedded f’konformità mat-termini ta’ kwalunkwe waħda mill-Unitajiet Operattivi Lokali akkreditati tas-Sistema ta’ Identifikatur ta’ Entità Ġuridika Globali.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/416 tad-29 ta’ Novembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut u l-format tar-rekords tal-kotba tal-ordnijiet għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi (ĠU L, 2025/416, 14.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/416/oj).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 449, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/590/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/363 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti dwar id-dettalji ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (securities financing transactions, SFT) lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 rigward l-użu ta’ kodiċi ta’ rapportar fir-rapportar tal-kuntratti tad-derivati (ĠU L 81, 22.3.2019, p. 85, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/363/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1247/oj).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (kodifikazzjoni) (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1132/oj).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).


ANNESS

TAQSIMA 1

Rekords ta’ servizzi u attivitajiet: lista ta’ rekords li għandhom jinżammu mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi skont in-natura tas-servizzi u l-attivitajiet tagħhom

Tip ta’ rekord

Sommarju tal-kontenut

Komunikazzjoni mal-klijenti

Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

Kull komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni maħruġa mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi (ħlief f’forma orali) jew f’ismu.

Informazzjoni lill-klijenti

Informazzjoni għajr il-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduta mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew f’ismu, lill-klijent dwar il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, is-servizzi u l-attivitajiet tiegħu, il-kriptoassi, u l-kostijiet applikabbli u l-imposti relatati.

Rekords ta’ komunikazzjoni mal-klijenti

Rekords ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi jew komunikazzjonijiet elettroniċi relatati ma’ tranżazzjonijiet jew mar-riċeviment, it-trażmissjoni u l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet tal-klijenti, inkluż fejn dawn il-konverżazzjonijiet jew il-komunikazzjonijiet ma jirriżultawx fil-konklużjoni ta’ tranżazzjoni jew fil-forniment tas-servizzi ta’ riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet jew l-eżekuzzjoni ta’ ordni.

Drittijiet u obbligi tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u tal-klijent

Ftehimiet mal-klijenti

Kwalunkwe dokument maqbul bejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-klijent li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet.

Kunsens tal-klijent

Kwalunkwe komunikazzjoni bejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-klijent jew kwalunkwe dokument li juri li l-klijent ta l-kunsens tiegħu għall-forniment tas-servizzi u għat-termini li permezz tagħhom il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi se jipprovdi dawn is-servizzi lill-klijent.

Abbuż tas-suq

Abbuż tas-suq

Rekords ta’ każijiet fejn iċ-ċirkostanzi jindikaw li twettaq, qed jitwettaq, jew x’aktarx li jitwettaq abbuż tas-suq. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu l-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-algoritmi tal-kompjuter involuti. Għall-persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet fil-kriptoassi, ir-rekords għandhom jinkludu l-informazzjoni li tiddokumenta l-analiżi mwettqa fir-rigward tal-ordnijiet, it-tranżazzjonijiet, utal-aspetti tal-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit li jistgħu jikkostitwixxu abbuż tas-suq, imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi standards tekniċi adottati skont l-Artikolu 92(2) tar-Regolament (UE) 2023/1114).

Salvagwardja tal-kriptoassi u l-fondi tal-klijenti

Kriptoassi tal-klijenti u mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi miżmuma mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi

Ir-rekords li jippermettu lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jissalvagwardja d-drittijiet ta’ sjieda tal-klijenti u jipprevjeni l-użu tal-kriptoassi tal-klijenti għan-nom proprju tagħhom, kif meħtieġ mill-Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Fondi tal-klijenti miżmuma minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi

Ir-rekords li jippermettu lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jissalvagwardja d-drittijiet ta’ sjieda tal-klijenti u jipprevjeni l-użu tal-fondi tal-klijenti għan-nom proprju tagħhom, kif meħtieġ mill-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Kwalunkwe dokument, rekord, jew evidenza li turi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Trattament tal-ilmenti

Ilmenti

Ir-rekords miżmuma f’konformità mal-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/294 (1).

Kunflitti ta’ interess u tranżazzjonijiet personali

Kunflitti ta’ interess

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi standards tekniċi adottati skont l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Tranżazzjoni personali

Ir-rekords ta’ tranżazzjoni personali kif imsemmi fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi standards tekniċi adottati skont l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114, li jispeċifikaw id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni, il-kundizzjonijiet, il-volum tagħha, il-kontroparti u kwalunkwe awtorizzazzjoni jew projbizzjoni b’rabta ma’ dik it-tranżazzjoni, f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat.

Esternalizzazzjoni

Ftehimiet dwar l-esternalizzazzjoni

Rekords tal-ftehimiet bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Servizzi u attivitajiet esternalizzati

Rekords ta’ kwalunkwe servizz jew attività esternalizzata lil parti terza flimkien, inklużi:

(a)

l-isem, l-uffiċċju reġistrat, l-indirizz tal-operat, u l-istatus regolatorju tal-parti terza li lilha jkun ġie esternalizzat is-servizz jew l-attività, jew kwalunkwe parti mis-servizz jew l-attività;

(b)

l-isem, il-funzjoni, u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna inkarigata mis-servizz jew l-attività, jew parti mis-servizz jew l-attività, fil-parti terza li lilha s-servizz jew l-attività, jew kwalunkwe parti mis-servizz jew l-attività li tkun ġiet esternalizzata;

(c)

l-isem u l-funzjoni tal-persuna inkarigata mis-servizz jew l-attività, jew parti mis-servizz jew l-attività, għand il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

Kustodja u amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti

Reġistru tal-pożizzjonijiet

Rekords tar-reġistri tal-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 75(2) u (4) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Dikjarazzjoni tal-pożizzjonijiet

Rekords tad-dikjarazzjoni tal-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 75(5) tar-Regolament 2023/1114.

Komunikazzjonijiet mal-klijenti

Rekords ta’ kwalunkwe komunikazzjoni mal-klijent imsemmija fl-Artikolu 75(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/1114, inkluż ir-rispons riċevut mill-klijent jew in-nuqqas tiegħu.

Użu minn fornituri oħra ta’ servizzi tal-kriptoassi

Meta l-kriptoassi tal-klijenti jew il-mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi jinżammu jew jiġu kkontrollati f’konformità mal-Artikolu 75(9) tar-Regolament (UE) 2023/1114:

(a)

rekords mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-kriptoassi li juru l-pożizzjonijiet tal-klijenti;

(b)

rekords ta’ komunikazzjonijiet li juru li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kkonforma mal-Artikolu 75(9), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi

Regoli operattivi

Kopja tar-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114, inklużi n-nuqqasijiet identifikati u l-miżuri meħuda biex jiġu rimedjati.

Valutazzjoni tal-idoneità tal-kriptoassi

Rekords tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) 2023/1114 u l-eżitu tagħha.

Funzjoni ta’ anonimizzazzjoni integrata

Rekords ta’ każijiet fejn il-kriptoassi jkollhom funzjoni ta’ anonimizzazzjoni integrata.

Kunsens tal-klijent għan-negozjar matched principal

Rekords tal-kunsens tal-klijenti lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkun involut fin-negozjar matched principal fuq il-pjattaforma għall-kriptoassi li jopera, kif imsemmi fl-Artikolu 76(6) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Skambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħra

Prezz u limiti

(1)

Rekords tal-prezz tal-kriptoassi jew tal-metodu għad-determinazzjoni tal-prezz tal-kriptoassi proposti għall-iskambju ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħra, u kwalunkwe limitu applikabbli ddeterminat mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi fuq l-ammont li għandu jiġi skambjat, kif imsemmi fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

(2)

Dawn ir-rekords għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull prezz, il-metodu għad-determinazzjoni tal-prezz, u l-limitu applikabbli:

(a)

l-identifikazzjoni tal-kriptoassi;

(b)

jekk il-kriptoassi jistax jiġi skambjat ma’ fondi jew ma’ kriptoassi jew mat-tnejn li huma;

(c)

il-prezz tal-kriptoassi;

(d)

l-ammont ta’ kriptoassi skambjati ma’ kriptoassi ieħor.

Tqegħid tal-kriptoassi

Informazzjoni lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi

Rekords tal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114 u tal-kunsens riċevut mill-offerent jew mill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew minn kwalunkwe parti terza li taġixxi f’ismu.

Operazzjonijiet ta’ tqegħid

Rekords ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ tqegħid tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, miżmuma f’konformità mar-rekwiżit li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollu fis-seħħ proċedura ċentralizzata biex jidentifika l-operazzjonijiet kollha ta’ tqegħid tiegħu kif previst fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi standards tekniċi adottati skont l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Pariri u mmaniġġjar ta’ portafolli

Informazzjoni lill-klijenti

Rekords ta’ kwalunkwe komunikazzjoni li ssir f’konformità mal-Artikolu 81(2), (4) u (9) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Valutazzjoni tal-idoneità

Rekords tal-informazzjoni kollha miġbura minn kull klijent u vvalutata biex titwettaq il-valutazzjoni tal-idoneità msemmija fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114, u d-dokumenti interni kollha relatati ma’ din il-valutazzjoni tal-idoneità.

Rekords tal-klijenti li ma pprovdewx l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 81(8) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Pariri dwar l-investiment

Rekords tal-ħin u d-data li fihom ingħata parir dwar il-kriptoassi, rekords tal-kriptoassi li ġew rakkomandati, u r-rapport tal-idoneità pprovdut lill-klijent f’konformità mal-Artikolu 81(13) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Dikjarazzjoni perjodika għas-servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli

Rekords ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni perjodika pprovduta lill-klijent f’konformità mal-Artikolu 81(14) tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Inċentivi

1.

Rekords ta’ kwalunkwe benefiċċju nonmonetarju minuri riċevut mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 81(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/1114. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-natura tal-benefiċċju nonmonetarju minuri u d-data li fiha ġie riċevut;

(b)

il-klijent u s-servizz jew l-attività rċevuta;

(c)

kif dan il-benefiċċju nonmonetarju minuri jikkonforma mal-Artikolu 81(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/1114.

2.

Rekords ta’ kwalunkwe inċentiv riċevut mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 81(6) tar-Regolament (UE) 2023/1114. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-natura, l-ammont u d-data li fiha ġie riċevut l-inċentiv;

(b)

il-klijent u s-servizz jew l-attività li fir-rigward tagħhom ikun ġie riċevut;

(c)

kif dan l-inċentiv jikkonforma mal-Artikolu 81(6), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/1114;

(d)

kwalunkwe komunikazzjoni li ssir f’konformità mal-Artikolu 81(6), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Servizzi ta’ trasferiment

Rekords li għandhom jinżammu mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur

Rekords ta’:

(a)

l-istruzzjonijiet kollha riċevuti;

(b)

l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 14(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2023/1113;

(c)

il-mezzi ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (UE) 2023/1113;

(d)

kwalunkwe sospensjoni jew rifjut ta’ kwalunkwe struzzjoni għat-twettiq tat-trasferiment tal-kriptoassi u r-raġuni għal din is-sospensjoni jew rifjut.

Rekords li għandhom jinżammu mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju

Rekords ta’:

(a)

l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 14(1), (2) u (3), tar-Regolament (UE) 2023/1113;

(b)

il-mezzi ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2023/1113;

(c)

kwalunkwe ritorn, sospensjoni, jew rifjut tat-trasferiment tal-kriptoassi u r-raġuni għal dan ir-ritorn, sospensjoni, jew rifjut;

(d)

kwalunkwe miżura meħuda f’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2023/1113, flimkien mal-identifikazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kkonċernati.

Rekords li għandhom jinżammu mill-fornituri intermedjarji ta’ servizzi tal-kriptoassi

Rekords ta’:

(a)

l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 14(1), (2) u (3), tar-Regolament (UE) 2023/1113;

(b)

kwalunkwe ritorn, sospensjoni, jew rifjut tat-trasferiment tal-kriptoassi u r-raġuni għal dan ir-ritorn, sospensjoni, jew rifjut;

(c)

kwalunkwe miżura meħuda f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2023/1113, flimkien mal-identifikazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kkonċernati.

TAQSIMA 2

Rekords tal-ordnijiet

Tabella 1

Didaskalija għat-Tabella 2 ta’ din it-Taqsima u għat-Tabella 3 tat-Taqsima 3

Simbolu

Tip ta’ data

Definizzjoni

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kamp tat-test liberu.

{KODIĊI_CFI}

6 karattri

Kodiċi CFI 10962 tal-ISO

{KODIĊI TAL-PAJJIŻ_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b’2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż alpha-2 3166-1 tal-ISO

{KODIĊI TAL-MUNITA_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-munita bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-munita 4217 tal-ISO

{DATA_ĦIN_FORMAT}

Format tad-data u l-ħin skont il-kodiċi 8601 tal-ISO

Data u ħin fil-format li ġej:

SSSS-XX-JJTss:mm:ss.ddddddZ.

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — jiġifieri li għandha tintuża l-ittra “T”;

“ss” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjoni ta’ sekonda tagħha;

Z tirreferi għall-format tal-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rreġistrati f’UTC.

{FORMAT TAD-DATA}

Format tad-data skont il-kodiċi 8601 tal-ISO

Id-dati għandhom jiġu fformattjati skont il-format li ġej: SSSS-XX-JJ.

{DEĊIMALI-n/m}

Numru deċimali sa ċifri n b’kollox, li minnhom sa ċifri m jistgħu jkunu ċifri ta’ frazzjonijiet

Kamp numeriku kemm għall-valuri pożittivi kif ukoll negattivi.

is-separatur deċimali huwa “,” (punt);

in-numri negattivi għandhom il-prefiss “-” (tnaqqis); Il-valuri huma ttondjati u mhux tronkati.

{DTI}

9 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tat-token diġitali kif definit fil-kodiċi standard 24165 tal-ISO

{ISEM_QASIR_DTI}

n karattri alfanumeriċi

Isem qasir DTI kif irreġistrat skont l-elementi tad-data tal-ISO 24165-2 għar-reġistrazzjoni tad-DTI

{INTEGER-n}

Numru integer ta’ mhux aktar minn n ċifri b’kollox

Kamp numeriku kemm għall-valuri integer pożittivi kif ukoll negattivi.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit fil-kodiċi 6166 tal-ISO

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur ta’ entità ġuridika kif definit fil-kodiċi 17442 tal-ISO

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit fil-kodiċi 10383 tal-ISO

{ID_NAZZJONALI}

35 karattru alfanumeriku

L-identifikatur huwa dderivat f’konformità mal-Artikolu 9 u mal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590


Tabella 2

Dettalji tal-ordnijiet li għandhom jinżammu

Numru tal-Kamp

Isem tal-Kamp

Deskrizzjoni tal-kamp

Dettalji dwar id-data tal-ordni li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti

Taqsima A — Identifikazzjoni tal-partijiet rilevanti

1

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-klijenti

Kodiċi użat biex jidentifika l-klijent tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkun issottometta l-ordni.

Meta l-klijent ikun entità ġuridika, għandu jintuża l-kodiċi LEI tal-klijent jew l-identifikaturi alternattivi msemmija fl-Artikolu 14(3).

Meta l-klijent ma jkunx entità ġuridika, għandha tintuża l-{ID_NAZZJONALI}.

Fil-każ ta’ allokazzjonijiet pendenti għandha tintuża l-markatura PNAL.

Dan il-kamp għandu jkun “NOAP” meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollu interess dirett li jixtri jew ibigħ.

{LEI}

{ID_NAZZJONALI}

{ALPHANUM-20}

{PNAL}

“NOAP”

2

Deċiżjoni dwar l-investiment fi ħdan is-CASP

Kodiċi użat biex jidentifika l-persuna jew l-algoritmu fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkun qed jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment.

Meta persuna fiżika fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment, il-persuna li tkun responsabbli jew li jkollha r-responsabbiltà primarja għad-deċiżjoni dwar l-investiment għandha tiġi identifikata bl-{ID_NAZZJONALI}

Meta algoritmu li jiddetermina awtomatikament il-parametri individwali tal-ordnijiet, inkluż il-bidu tal-ordni jew id-determinazzjoni tat-twaqqit, il-prezz jew il-kwantità tagħha, ikun ħa d-deċiżjoni dwar l-investiment, il-kamp għandhu jimtela b’kodiċi assenjat skont l-Artikolu 8.

Dan il-qkamp għandu jitħalla vojt meta d-deċiżjoni dwar l-investiment ma tkunx ittieħdet minn persuna jew algoritmu fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

{ID_NAZZJONALI} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

3

Eżekuzzjoni fi ħdan id-ditta

Kodiċi użat biex jidentifika l-persuna jew l-algoritmu fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni li tirriżulta mill-ordni.

Meta persuna fiżika tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, il-persuna għandha tiġi identifikata mill-{ID_NAZZjONALI}

Meta algoritmu li jiddetermina awtomatikament il-parametri individwali tal-ordnijiet, inkluż il-bidu tal-ordni jew id-determinazzjoni tat-twaqqit, il-prezz jew il-kwantità tagħha, ikun responsabbli għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, dan il-kamp għandu jimtela b’kodiċi assenjat mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, f’konformità mal-Artikolu 10.

Meta aktar minn persuna waħda jew kombinament ta’ persuni u algoritmi jkunu involuti fl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jiddetermina n-negozjant jew l-algoritmu primarjament responsabbli u jimla dan il-kamp bl-identità ta’ dak in-negozjant jew algoritmu.

{ID_NAZZJONALI} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

Taqsima B — Kapaċità tan-negozjar u l-provvediment ta’ likwidità

4

Kapaċità tan-negozjar

Tindika jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jwettaq it-tranżazzjoni huwiex qed iwettaq negozjar matched principal jew jiskambja kriptoassi ma’ fondi.

Meta s-sottomissjoni tal-ordni ma tirriżultax minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jwettaq negozjar matched principal jew jiskambja kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħra, il-kamp għandu jindika li t-tranżazzjoni tkun twettqet taħt kwalunkwe kapaċità oħra.

“DEAL” — Skambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħra

“MTCH” — Matched principal

“AOTC” — Kwalunkwe kapaċità oħra

Taqsima Ċ — Data u ħin

5

Data u Ħin

Id-data u l-ħin għal kull avveniment elenkat fit-Taqsima G u J.

{FORMAT_TAD-DATA_TAL-ĦIN}

Taqsima D — Perjodu ta’ validità u restrizzjonijiet tal-ordnijiet

6

Perjodu ta’ validità

Good-For-Day: l-ordni tiskadi fi tmiem il-jum ta’ negozjar li fih din tkun iddaħħlet fil-ktieb tal-ordnijiet.

Good-Till-Cancelled: l-ordni se tibqa’ attiva fil-ktieb tal-ordnijiet u tista’ tkun eżegwibbli sakemm tiġi fil-fatt ikkanċellata.

Good-Till-Time: l-ordni tiskadi mhux aktar tard minn ħin predeterminat fis-sessjoni ta’ negozjar attwali.

Good-Till-Date: l-ordni tiskadi fi tmiem data speċifikata.

Good-Till-Specified Date and Time: l-ordni tiskadi f’data u ħin speċifikati.

Good After Time: l-ordni tkun attiva biss wara ħin predeterminat fis-sessjoni ta’ negozjar attwali.

Good After Date: l-ordni tkun attiva biss mill-bidu ta’ data predeterminata.

Good After Specified Date and Time: l-ordni tkun attiva biss minn ħin predeterminat f’data predeterminata.

Immediate-Or-Cancel: ordni li tiġi eżegwita malli tidħol fil-ktieb tal-ordnijiet (għall-kwantità li tista’ tkun eżegwita) u li ma tibqax fil-ktieb tal-ordnijiet għall-kwantità li jifdal (jekk ikun hemm) li ma tkunx ġiet eżegwita.

Fill-Or-Kill: ordni li tiġi eżegwita malli tidħol fil-ktieb tal-ordnijiet dment li tkun tista’ tiġi eżegwita kollha: f’każ li l-ordni tkun tista’ tiġi eżegwita parzjalment biss, din tiġi rifjutata awtomatikament u għalhekk ma tkunx tista’ tiġi eżegwita.

Oħrajn: kwalunkwe indikazzjoni addizzjonali li tkun unika għal mudelli ta’ negozju, pjattaformi jew sistemi ta’ negozjar speċifiċi.

“DAVY” — Good-For-Day

“GTCV” — Good-Till-Cancelled

“GTTV” — Good-Till-Time

“GTDV” — Good-Till-Date

“GTSV” — Good-Till-Specified Date and Time

“GATV” — Good After Time

“GADV” — Good After Date

“GASV” — Good After Specified Date and Time

“IOCV” — Immediate-Or-Cancel

“FOKV” — Fill-Or-Kill

jew

karattru {ALPHANUM-4} li ma jkunx qed jintuża diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

7

Restrizzjoni għall-ordnijiet

Good For Closing Price Crossing Session: meta ordni tikkwalifika għas-sessjoni ta’ negozjar bil-prezz tal-għeluq.

Valid For Auction: l-ordni tkun attiva biss u tista’ tiġi eżegwita biss fil-fażijiet tal-irkant (li jistgħu jiġu predefiniti mill-klijent tas-CASP li jkun issottometta l-ordni, eż. irkantijiet tal-ftuħ u/jew tal-għeluq u/jew irkant tal-istess ġurnata).

Valid For Continuous Trading only: l-ordni tkun attiva biss matul in-negozjar kontinwu.

Oħrajn: kwalunkwe indikazzjoni addizzjonali li tkun unika għal mudelli ta’ negozju, pjattaformi jew sistemi ta’ negozjar speċifiċi

“SESR” — Good For Closing Price Crossing Session

“VFAR” — Valid For Auction

“VFCR” — Valid For Continuous Trading only

karattru {ALPHANUM-4} li ma jkunx qed jintuża diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

Dan il-kamp għandu jimtela b’bosta markaturi separati b’virgola meta tkun applikabbli aktar minn markatura waħda

8

Perjodu u ħin tal-validità

Dan il-kamp jirreferi għall-kronogramma li tirrifletti l-ħin li fih l-ordni ssir attiva jew titneħħa għal kollox mill-ktieb tal-ordnijiet:

Good for day: id-data tad-dħul bil-kronogramma immedjatament qabel nofsillejl;

Good till time: id-data tad-dħul u l-ħin għal dak speċifikat fl-ordni;

Good till date: se tkun id-data speċifikata tal-iskadenza bil-kronogramma immedjatament qabel nofsillejl;

Good till specified date and time: id-data u l-ħin speċifikati tal-iskadenza;

Good after time: id-data tad-dħul u l-ħin speċifikat li fih l-ordni ssir attiva;

Good after date: id-data speċifikata bil-kronogramma immedjatament wara nofsillejl;

Good after specified date and time: id-data u l-ħin speċifikati li fihom l-ordni ssir attiva;

Good till Cancel: id-data u l-ħin finali li fihom l-ordni titneħħa awtomatikament mill-operazzjonijiet tas-suq;

Oħrajn: kronogramma għal kwalunkwe tip addizzjonali ta’ validità.

{FORMAT_TAD-DATA_TAL-ĦIN}

Taqsima E — Identifikazzjoni tal-ordni

9

Kodiċi MIC tas-segment

L-identifikazzjoni tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi fejn tkun ġiet sottomessa l-ordni.

Meta l-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi tuża MICs tas-segment, għandu jintuża l-MIC tas-segment.

Meta l-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi ma tużax MICs tas-segment, għandu jintuża l-MIC operattiv.

Dan il-kamp għandu jimtela biss għal ordnijiet li għandhom jiġu eżegwiti fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.

{MIC}

10

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kriptoassi

Identifikatur uniku u mhux ambigwu tal-kriptoassi.

{DTI}

{ALPHANUM-20}

11

Klassifikazzjoni tal-kriptoassi

Tassonomija użata għall-klassifikazzjoni tal-kriptoassi

jew

Kodiċi CFI komplut u preċiż għandu jiġi pprovdut meta jkun disponibbli.

ART

EMT

OT

{KODIĊI_CFI}

12

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-ordni

Kodiċi alfanumeriku assenjat mill-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għall-ordni individwali.

{ALPHANUM-50}

Taqsima F — Avvenimenti li jaffettwaw l-ordni

13

Ordni ġdida, kanċellazzjoni tal-ordni

Ordni ġdida: sottomissjoni ta’ ordni ġdida lis-CASP li jopera l-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.

Ikkanċellata fuq l-inizjattiva tal-klijent tas-CASP: meta l-klijent jiddeċiedi fuq inizjattiva tiegħu stess li jikkanċella l-ordni li jkun daħħal qabel.

“NEWO” — Ordni ġdida

“CAME” — Ikkanċellata fuq l-inizjattiva tal-klijent tas-CASP

Taqsima G — Tip ta’ ordni

14

Tip ta’ ordni

Tidentifika t-tip ta’ ordni sottomessa lill-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi skont il-pjattaforma ta’ negozjar għall-ispeċifikazzjonijiet tal-kriptoassi.

{ALPHANUM-50}

15

Klassifikazzjoni tat-tip ta’ ordni

Klassifikazzjoni tal-ordni skont żewġ tipi ġeneriċi ta’ ordnijiet.

Ordni tal-LIMITU: meta l-ordni tkun negozjabbli;

Ordni ta’ WAQFIEN: meta l-ordni ssir negozjabbli biss mar-realizzazzjoni ta’ avveniment ta’ prezz predeterminat.

L-ittri “LMTO” għal limitu jew l-ittri “STOP” għal waqfien

Taqsima H — Prezzijiet

16

Limitu tal-prezz

Il-prezz massimu li tista’ tinnegozja bih ordni ta’ xiri jew il-prezz minimu li bih tista’ tinnegozja ordni ta’ bejgħ.

Il-firxa tal-prezz għal ordni ta’ strateġija, li jista’ jkun negattiv jew pożittiv.

Dan il-kamp għandu jkun “NOAP” għal ordnijiet li ma għandhomx limitu tal-prezz jew għal ordnijiet bla prezz.

Meta l-prezz ikun irrapportat f’termini monetarji, dan għandu jingħata fl-unità tal-munita prinċipali.

Meta l-kriptoassi jiġi nnegozjat abbażi ta’ par ta’ muniti, il-prezz għandu jesprimi l-kwantità tal-munita tal-kwotazzjoni għal unità waħda tal-munita bażi.

Meta l-prezz jiġi espress f’subkomponenti ta’ dak il-kriptoassi, il-prezz għandu madankollu jiġi rreġistrat f’notazzjoni deċimali tal-prezz espress f’unitajiet ta’ dak il-kriptoassi.

{DEĊIMALI-18/13} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

{DEĊIMALI-11/10} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew rendiment.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

“NOAP”

17

Limitu tal-prezz addizzjonali

Kwalunkwe limitu tal-prezz ieħor li jista’ japplika għall-ordni. Dan il-kamp għandu jitħalla “NOAP” meta ma jkun hemm l-ebda limitu tal-prezz.

Meta l-prezz ikun irrapportat f’termini monetarji, dan għandu jingħata fl-unità tal-munita prinċipali.

Meta l-kriptoassi jiġu nnegozjati abbażi ta’ par ta’ muniti, il-prezz għandu jesprimi l-kwantità tal-munita tal-kwotazzjoni għal unità waħda tal-munita bażi.

Meta l-prezz jiġi espress f’subkomponenti ta’ dak il-kriptoassi, il-prezz għandu madankollu jiġi rreġistrat f’notazzjoni deċimali tal-prezz espress f’unitajiet ta’ dak il-kriptoassi.

{DEĊIMALI-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

{DEĊIMALI-11/10} meta l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew rendiment.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

“NOAP”

18

Prezz ta’ waqfien

Il-prezz li jrid jintlaħaq għall-ordni biex issir attiva.

Għal ordnijiet ta’ waqfien skattati minn avvenimenti indipendenti mill-prezz tal-kriptoassi, dan il-kamp għandu jimtela bi prezz ta’ waqfien ugwali għal żero.

Dan il-kamp għandu jkun “NOAP” meta mhux rilevanti.

Meta l-prezz ikun irrapportat f’termini monetarji, dan għandu jingħata fl-unità tal-munita prinċipali.

Meta l-kriptoassi jiġu nnegozjati abbażi ta’ par ta’ muniti, il-prezz għandu jesprimi l-kwantità tal-munita tal-kwotazzjoni għal unità waħda tal-munita bażi.

Meta l-prezz jiġi espress f’subkomponenti ta’ dak il-kriptoassi, il-prezz għandu madankollu jiġi rreġistrat f’notazzjoni deċimali tal-prezz espress f’unitajiet ta’ dak il-kriptoassi.

{DEĊIMALI-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

{DEĊIMALI-11/10} meta l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew rendiment.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

“NOAP”

19

Limitu tal-prezz pegged

Il-prezz massimu li bih ordni pegged ta’ xiri tista’ tinnegozja jew il-prezz minimu li bih ordni pegged ta’ bejgħ tista’ tinnegozja.

Dan il-kamp għandu jkun “NOAP” jekk mhux rilevanti.

Meta l-prezz ikun irrapportat f’termini monetarji, dan għandu jingħata fl-unità tal-munita prinċipali.

Meta l-kriptoassi jiġu nnegozjati abbażi ta’ par ta’ muniti, il-prezz għandu jesprimi l-kwantità tal-munita tal-kwotazzjoni għal unità waħda tal-munita bażi.

Meta l-prezz jiġi espress f’subkomponenti ta’ dak il-kriptoassi, il-prezz għandu madankollu jiġi rreġistrat f’notazzjoni deċimali tal-prezz espress f’unitajiet ta’ dak il-kriptoassi.

{DEĊIMALI-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

{DEĊIMALI-11/10} meta l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew rendiment.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

“NOAP”

20

Prezz tat-tranżazzjoni

Il-prezz innegozjat tat-tranżazzjoni esklużi, fejn applikabbli, il-kummissjoni, tariffi oħra u imgħax akkumulat.

Prezz li jiġi rreġistrat f’termini monetarji għandu jingħata fl-unità tal-munita prinċipali.

Meta prezz ma jkunx applikabbli, il-kamp għandu jimtela bil-valur “NOAP”.

Meta l-kriptoassi jiġi nnegozjati abbażi ta’ par ta’ muniti, il-prezz għandu jesprimi l-kwantità tal-munita tal-kwotazzjoni għal unità waħda tal-munita bażi.

{DEĊIMALI-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

“NOAP”

21

Munita tal-prezz

Il-munita li fiha jiġi espress il-prezz tan-negozjar għall-kriptoassi relatat mal-ordni (applikabbli meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju).

Meta l-kriptoassi jiġi nnegozjat fi flus elettroniċi/token tal-flus elettroniċi, għandu jintuża l-Identifikatur tat-Token Diġitali jew l-identifikatur alternattiv imsemmi fl-Artikolu 15.

Meta l-prezz tal-kriptoassi jiġi espress f’termini monetarji u jiġi espress f’par ta’ muniti, għandu jiġi rrapportat il-par ta’ muniti li fih jiġi espress il-prezz għall-kriptoassi relatat mal-ordni. L-ewwel kodiċi tal-munita għandu jkun dak tal-munita bażi u t-tieni kodiċi tal-munita għandu jkun dak tal-munita tal-kwotazzjoni. Il-munita tal-kwotazzjoni tiddetermina l-prezz ta’ unità waħda tal-munita bażi. Il-kodiċi tal-munita ISO u l-isem qasir DTI kif irreġistrat skont l-elementi tad-data tal-ISO 24165-2 għar-reġistrazzjoni tad-DTI jew identifikatur alternattiv għandhom jintużaw biex jirrappreżentaw il-munita ta’ kors legali u l-kriptoassi, rispettivament, fil-par ta’ muniti.

{KODIĊI TAL-MUNITA_3}

{DTI}

{ALPHANUM-20}

{KODIĊI TAL-MUNITA_3} jenħtieġ li jintuża għall-muniti ta’ kors legali f’par ta’ muniti.

{ISEM_QASIR_DTI} jenħtieġ li jintuża għall-kriptoassi f’par ta’ muniti.

“NOAP”

22

Notazzjoni tal-prezz

Tindika jekk il-prezz huwiex espress f’valur monetarju, f’perċentwali, f’rendiment jew f’punti bażi.

“MONE” — Valur monetarju

“PERC” — Perċentwal

“YIEL” — Rendiment

“BAPO” — Punti bażi

Taqsima I — Struzzjonijiet tal-ordni

23

Indikatur xiri-bejgħ

Biex juri jekk l-ordni hijiex ta’ xiri jew ta’ bejgħ.

“BUYI” — xiri

“SELL” — bejgħ

24

Status tal-ordni

Biex jiġu identifikati ordnijiet li huma attivi/inattivi/sospiżi:

Attivi — ordnijiet mhux kwotati li huma negozjabbli.

Inattivi — ordnijiet mhux kwotati li Mhumiex negozjabbli.

“ACTI’”— attivi

jew

“INAC” — inattivi

25

Notazzjoni tal-kwantità

Tindika jekk il-kwantità rrapportata hijiex espressa f’numru ta’ unitajiet, bħala valur nominali, jew bħala valur monetarju, jew unitajiet tal-kriptoassi.

“UNIT” — Numru ta’ unitajiet

“NOML” — Valur nominali

“MONE” — Valur monetarju

“CRYP” — Kriptoassi

26

Munita tal-kwantità

Il-munita li fiha tiġi espressa l-kwantità. Il-munita għandha tirreferi għall-unitajiet tal-kriptoassi, anke meta t-tranżazzjoni tkun denominata f’subkomponenti ta’ dak il-kriptoassi.

Dan il-kamp jeħtieġ li jimtela biss meta l-kwantità tkun espressa bħala valur nominali jew monetarju jew unitajiet tal-kriptoassi.

{KODIĊI TAL-MUNITA_3}

{DTI}

{ALPHANUM-20}

27

Kwantità inizjali

In-numru ta’ unitajiet tal-kriptoassi fl-ordni. Meta l-ordni tkun tappartjeni għal frazzjoni ta’ kriptoassi, indika l-kwantità f’notazzjoni deċimali tal-unità.

Il-valur nominali jew monetarju tal-kriptoassi.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-kwantità tiġi espressa bħala numru ta’ unitajiet

{DEĊIMALI-18/5} f’każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali

28

Kwantità li jifdal

Il-kwantità totali li jifdal fil-ktieb tal-ordnijiet wara eżekuzzjoni parzjali jew fil-każ ta’ kwalunkwe avveniment ieħor li jaffettwa l-ordni.

Malli jseħħ avveniment ta’ eżekuzzjoni parzjali dan għandu jkun il-volum totali li jifdal wara dik fl-eżekuzzjoni parzjali. Mad-dħul tal-ordni, dan għandu jkun daqs il-kwantità inizjali.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-kwantità tiġi espressa bħala numru ta’ unitajiet

{DEĊIMALI-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali

29

Kwantità nnegozjata

Meta jkun hemm eżekuzzjoni totali jew parzjali dan il-kamp għandu jimtela bil-kwantità eżegwita.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-kwantità tiġi espressa bħala numru ta’ unitajiet

{DEĊIMALI-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali

30

Kwantità Aċċettabbli Minima (MAQ, Minimum Acceptable Quantity)

Il-kwantità aċċettabbli minima biex ordni tiġi eżegwita, li tista’ tikkonsisti f’bosta eżekuzzjonijiet parzjali u normalment tgħodd biss għal tipi ta’ ordnijiet mhux persistenti.

Dan il-kamp għandu jkun “NOAP” meta mhux rilevanti.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-kwantità tiġi espressa bħala numru ta’ unitajiet

{DEĊIMALI-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali

“NOAP”

31

Daqs eżegwibbli minimu (MES, Minimum executable size)

Id-daqs minimu tal-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe eżekuzzjoni potenzjali individwali.

Dan il-kamp għandu jitħalla vojt meta mhux rilevanti.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-kwantità tiġi espressa bħala numru ta’ unitajiet

{DEĊIMALI-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali

32

MES għall-ewwel eżekuzzjoni biss

Speċifikazzjoni dwar jekk l-MES huwiex rilevanti għall-ewwel eżekuzzjoni biss.

Dan il-kamp jista’ jitħalla vojt meta l-KAMP 29 jitħalla vojt.

“veru”

“falz”

33

Indikatur passiv biss

Jindika jekk l-ordni hijiex sottomessa lill-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi b’karatteristika/markatura, b’tali mod li l-ordni ma għandhiex tiġi eżegwita immedjatament kontra kwalunkwe ordni kontraviżibbli.

“veru”

“falz”

34

Indikatur passiv jew aggressiv

Malli jseħħu avvenimenti ta’ eżekuzzjoni parzjali u sħiħa, jindika jekk l-ordni kinitx diġà tinsab fil-ktieb tal-ordnijiet u qed tipprovdi likwidità (passiva) jew jekk l-ordni bdietx in-negozju u għalhekk ħadet il-likwidità (aggressiva).

Dan il-kamp għandu jitħalla vojt meta mhux rilevanti

“PASV” — passiv jew

“AGRE” — aggressiv.

35

Prevenzjoni tal-Awtoeżekuzzjoni

Tindika jekk l-ordni ddaħħlitx bi kriterji ta’ prevenzjoni tal-awtoeżekuzzjoni, sabiex ma teżegwixxix meta jkun hemm ordni fuq in-naħa opposta tal-ktieb imdaħħla mill-istess membru jew parteċipant.

“veru”

“falz”

36

Pjattaforma ta’ negozjar għall-kodiċi tal-identifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi

Għal ordnijiet eżegwiti fuq pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi, kodiċi alfanumeriku assenjat mill-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għat-tranżazzjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/416 (2).

Il-kodiċi għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull MIC tas-segment ISO10383 u għal kull jum ta’ negozjar.

Il-komponenti tal-kodiċi tal-identifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet ma għandux jiżvela l-identità tal-kontropartijiet tat-tranżazzjoni li jkun qed jinżamm il-kodiċi għaliha.

 

Għal tranżazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ trażmissjoni f’isem il-klijenti lil entità li tipprovdi servizzi tal-kriptoassi barra mill-Unjoni, din l-informazzjoni għandha tiġi rreġistrata meta tkun tista’ tiġi rkuprata.

{ALPHANUM-52}

Taqsima J — Prezz u volum indikattivi tal-irkant

37

Prezz indikattiv tal-irkant

Il-prezz li mistenni jiddiżinkroċja bih kull irkant fir-rigward tal-kriptoassi li għalihom tkun saret ordni waħda jew aktar.

{DEĊIMALI-18/5} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju jew nominali.

Meta l-prezz ikun irrapportat f’termini monetarji, dan għandu jingħata fl-unità tal-munita prinċipali.

{DEĊIMALI-11/10} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew rendiment

38

Volum indikattiv tal-irkant

Il-volum (numru ta’ unitajiet ta’ kriptoassi) li jista’ jiġi eżegwit bil-prezz indikattiv tal-irkant fil-Kamp 50 meta l-irkant ikun intemm f’dak il-mument preċiż ta’ żmien.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-kwantità tiġi espressa bħala numru ta’ unitajiet

{DEĊIMALI-18/5} f’każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali

Taqsima K — Trażmissjoni tal-ordni

39

Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi trażmittenti

F’każ ta’ trażmissjoni ta’ ordni skont l-Artikolu 11, il-kodiċi LEI tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi trażmittenti.

{LEI}

40

Trażmissjoni ta’ indikatur tal-ordni

“veru” għandha timtela mid-ditta trażmittenti fir-rapport tad-ditta trażmittenti meta l-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni speċifikati fl-Artikolu 11 ma jkunux ġew issodisfati

“falz” — fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha

“veru”

“falz”

Taqsima L — Pajjiż ta’ residenza tal-klijent

41

Identifikazzjoni tal-pajjiż ta’ residenza

Għandha timtela meta klijent ikun resident ta’ pajjiż differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu, kif deskritt fl-Artikolu 9(5).

{KODIĊI TAL-PAJJIŻ_2}

“NOAP”

TAQSIMA 3

Rekords tat-tranżazzjonijiet

Għad-didaskalija, jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima 2, it-Tabella 1.

Tabella 3

Dettalji tat-tranżazzjonijiet li għandhom jinżammu

Nru tal-kamp

Kamp

Kontenut li għandu jiġi rreġistrat

Dettalji dwar id-data tat-tranżazzjonijiet li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti

1

Status tat-tranżazzjoni

Indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni hijiex ġdida jew kanċellazzjoni.

“NEWT” — Ġdida

“CANC” — Kanċellazzjoni

2

Numru tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet

Numru ta’ identifikazzjoni li huwa uniku għad-ditta ta’ eżekuzzjoni għal kull rekord.

{ALPHANUM-52}

3

Pjattaforma ta’ negozjar għall-kodiċi tal-identifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi

Dan huwa numru ġġenerat mill-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi u mibgħut kemm lix-xerrejja kif ukoll lill-bejjiegħa f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/416 tar-Regolament (UE) 2023/1114. Meta rilevanti, il-hash tat-tranżazzjoni jew sekwenza alfanumerika oħra ta’ identifikazzjoni li tiġi ġġenerata awtomatikament fuq id-DLT li tippermetti l-identifikazzjoni unika ta’ tranżazzjoni speċifika.

{ALPHANUM-52}

4

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-entità ta’ eżekuzzjoni

Kodiċi użat biex jidentifika l-entità li teżegwixxi t-tranżazzjoni.

{LEI}

{ALPHANUM-20}

5

CASP kopert mir-Regolament (UE) 2023/1114.

Jindika jekk l-entità identifikata fil-Kamp 4 hijiex fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li għalih japplika r-Regolament (UE) 2023/1114.

“veru” — iva

“falz” — le

6

Kodiċi tal-identifikazzjoni tax-xerrej

Kodiċi użat biex jidentifika l-akkwirent tal-kriptoassi.

Meta x-xerrej ikun entità ġuridika, għandu jintuża l-kodiċi LEI tal-akkwirent jew l-identifikaturi alternattivi msemmija fl-Artikolu 14(3).

Meta x-xerrej ikun persuna fiżika, l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 9.

Meta l-ordni ġiet trażmessa għall-eżekuzzjoni f’isem il-klijenti għal ditta li twettaq servizzi tal-kriptoassi barra mill-Unjoni, għandu jintuża l-kodiċi MIC tal-pjattaforma jew il-LEI jew identifikaturi ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 14 tad-ditta.

Meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jeżegwixxi t-tranżazzjoni fuq pjattaforma ta’ negozjar li tinsab f’pajjiż terz, il-LEI tax-xerrej, l-identifikatur alternattiv imsemmi fl-Artikolu 14(3) jew l-ID_Nazzjonali għandhom jiġu rreġistrati.

“INTC” għandha tintuża biex jiġi ddeżinjat kont tal-klijent aggregat fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi biex jirrapporta trasferiment f’dak il-kont jew barra minnu b’allokazzjoni assoċjata lill-klijent(i) individwali barra minn jew f’dak il-kont rispettivament.

{LEI}

{ALPHANUM-20}

{MIC}

{ID_NAZZJONALI}

“INTC”

7

Il-pajjiż tal-fergħa tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għax-xerrej

Meta x-xerrej ikun klijent, dan il-kamp għandu jidentifika l-pajjiż tal-fergħa li tkun irċeviet l-ordni mingħand il-klijent jew li tkun ħadet deċiżjoni dwar l-investiment għal klijent f’konformità ma’ mandat diskrezzjonali mogħti lilu mill-klijent kif meħtieġ mill-Artikolu 16.

Meta din l-attività ma tkunx twettqet minn fergħa, dan il-kamp jenħtieġ li jimtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru domiċiljari tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun stabbilixxa l-uffiċċju rreġistrat tiegħu.

{KODIĊI TAL-PAJJIŻ_2}

8

Xerrej — isem/ismijiet

Isem/ismijiet sħiħ/sħaħ tax-xerrej. F’każ ta’ aktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha għandhom jiġu inklużi f’dan il-kamp, separati b’virgola.

{ALPHANUM-140}

9

Xerrej — kunjom/kunjomijiet

Kunjom/Kunjomijiet sħiħ/sħaħ tax-xerrej. F’każ ta’ aktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha għandhom jiġu inklużi f’dan il-kamp, separati b’virgola.

{ALPHANUM-140}

10

Xerrej — data tat-twelid

Data tat-twelid tax-xerrej.

{FORMAT TAD-DATA}

11

Kodiċi tad-deċiżur għax-xerrej

Kodiċi użat biex jidentifika l-persuna li tieħu d-deċiżjoni biex takkwista l-kriptoassi.

Meta d-deċiżjoni tittieħed minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, dan il-kamp għandu jimtela bl-identità tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi minflok b’dak tal-individwu li jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment.

Meta d-deċiżur ikun entità ġuridika, għandhom jintużaw il-kodiċi LEI jew l-identifikaturi alternattivi msemmija fl-Artikolu 14(3) tad-deċiżur.

Meta d-deċiżur ma jkunx entità ġuridika, għandu jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 9.

{LEI}

{ALPHANUM-20}

{ID_NAZZJONALI}

12

Deċiżur għax-xiri — Isem/Ismijiet

Isem/Ismijiet sħiħ/sħaħ tad-deċiżur għax-xerrej. F’każ ta’ aktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha għandhom jiġu inklużi f’dan il-kamp, separati b’virgola.

{ALPHANUM-140}

13

Deċiżur għax-xiri — Kunjom/Kunjomijiet

Kunjom/Kunjomijiet sħiħ/sħaħ tad-deċiżur għax-xerrej. F’każ ta’ aktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha għandhom jiġu inklużi f’dan il-kamp, separati b’virgola.

{ALPHANUM-140}

14

Deċiżur għax-xiri — Data tat-twelid

Data tat-twelid tad-deċiżur għax-xerrej.

{FORMAT TAD-DATA}

15

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-bejjiegħa

Kodiċi użat biex jidentifika d-disponitur tal-kriptoassi.

Meta l-bejjiegħ ikun entità ġuridika, għandhom jintużaw il-kodiċi LEI tad-disponitur jew l-identifikaturi alternattivi msemmija fl-Artikolu 14(3).

Meta l-bejjiegħ ma jkunx entità ġuridika, għandu jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 9.

Meta l-ordni tkun ġiet trażmessa għall-eżekuzzjoni f’isem il-klijent lil fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkun jipprovdi servizzi barra mill-Unjoni, għandu jintuża l-kodiċi MIC tal-pjattaforma jew l-LEI ta’ dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

Meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jeżegwixxi t-tranżazzjoni fuq pjattaforma ta’ negozjar li tinsab f’pajjiż terz, għandhom jiġu pprovduti l-LEI, l-identifikatur alternattiv imsemmi fl-Artikolu 14(3) jew l-ID_Nazzjonali tal-bejjiegħ.

“INTC” għandha tintuża biex jiġi ddeżinjat kont tal-klijent aggregat fi ħdan is-CASP biex jiġi rreġistrat trasferiment lejn jew minn dak il-kont b’allokazzjoni assoċjata lill-klijent(i) individwali barra minn jew f’dak il-kont rispettivament.

{LEI}

{ALPHANUM-20}

{MIC}

{ID_NAZZJONALI}

“INTC”

16

Pajjiż tal-fergħa għall-bejjiegħ

Meta l-bejjiegħ ikun klijent, dan il-kamp għandu jidentifika l-pajjiż tal-fergħa li tkun irċeviet l-ordni mingħand il-klijent jew li tkun ħadet deċiżjoni dwar l-investiment għal klijent f’konformità ma’ mandat diskrezzjonali mogħti lilha mill-klijent kif meħtieġ mill-Artikolu 16.

Meta din l-attività ma tkunx twettqet minn fergħa, dan il-kamp għandu jimtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru domiċiljari tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun stabbilixxa l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tiegħu (fil-każ ta’ ditti ta’ pajjiżi terzi).

{KODIĊI TAL-PAJJIŻ_2}

17

Bejjiegħ — isem/ismijiet

isem/ismijiet sħiħ/sħaħ tal-bejjiegħ. F’każ ta’ aktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha għandhom jiġu inklużi f’dan il-kamp, separati b’virgola.

{ALPHANUM-140}

18

Bejjiegħ — kunjom/kunjomijiet

Kunjom/Kunjomijiet sħiħ/sħaħ tal-bejjiegħ. F’każ ta’ aktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha għandhomjiġu inklużi f’dan il-kamp, separati b’virgola.

{ALPHANUM-140}

19

Bejjiegħ — data tat-twelid

Data tat-twelid tal-bejjiegħ

{FORMAT TAD-DATA}

20

Kodiċi tad-deċiżur għall-bejjiegħ

Kodiċi użat biex jidentifika l-persuna li tieħu d-deċiżjoni biex tbigħ il-kriptoassi.

Meta d-deċiżjoni tittieħed minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, dan il-kamp għandu jimtela bl-identità tas-CASP minflok b’dak tal-individwu li jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment.

Meta d-deċiżur ikun entità ġuridika, għandu jintuża l-kodiċi LEI jew l-identifikatur alternattiv imsemmi fl-Artikolu 14(3) tad-deċiżur. Meta d-deċiżur ikun entità mhux ġuridika, għandu jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 9.

{LEI}

{ALPHANUM-20}

{ID_NAZZJONALI}

21

Deċiżur għall-bejgħ — Isem/Ismijiet

Isem/Ismijiet sħiħ/sħaħ tad-deċiżur għall-bejjiegħ. F’każ ta’ aktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha għandhom jiġu inklużi f’dan il-qkamp, separati b’virgola.

{ALPHANUM-140}

22

Deċiżur għall-bejgħ — Kunjom/Kunjomijiet

Kunjom/Kunjomijiet sħiħ/sħaħ tad-deċiżur għall-bejjiegħ. F’każ ta’ aktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha għandhom jiġu inklużi f’dan il-kamp, separati b’virgola.

{ALPHANUM-140}

23

Deċiżur għall-bejgħ — Data tat-twelid

Data tat-twelid tad-deċiżur għall-bejjiegħ.

{FORMAT TAD-DATA}

24

Trażmissjoni tal-indikatur tal-ordni

“veru” għandha timtela mid-ditta trażmittenti fir-rapport tad-ditta trażmittenti meta l-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni speċifikati fl-Artikolu 11 ma jkunux ġew issodisfati

“falz” — fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha

“veru”

“falz”

25

Trażmissjoni tal-kodiċi tal-identifikazzjoni tad-ditta għax-xerrej

Kodiċi użat biex jidentifika d-ditta li tittrażmetti l-ordni.

Dan għandu jimtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bil-kodiċi tal-identifikazzjoni pprovdut mid-ditta trażmittenti.

{LEI}

{ALPHANUM-20}

26

Kodiċi tal-identifikazzjoni tad-ditta trażmittenti għall-bejjiegħ

Kodiċi użat biex jidentifika d-ditta li tittrażmetti l-ordni.

Dan għandu jimtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bil-kodiċi tal-identifikazzjoni pprovdut mid-ditta trażmittenti

{LEI}

{ALPHANUM-20}

27

Data u ħin tan-negozjar

Id-data u l-ħin meta ġiet eżegwita t-tranżazzjoni.

Għal tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f’ċentru tan-negozjar, id-data u l-ħin għandhom ikunu meta l-partijiet jaqblu mal-kontenut tal-kampijiet li ġejjin: il-kwantità, il-prezz, il-muniti fil-Kampijiet 31, 34 u 44, il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument, il-klassifikazzjoni tal-istrument u l-kodiċi tal-istrument sottostanti, fejn applikabbli. Għal tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f’ċentru tan-negozjar, il-ħin irreġistrat għandu jkun mill-inqas sal-eqreb sekonda.

Meta t-tranżazzjoni tirriżulta minn ordni trażmessa mid-ditta ta’ eżekuzzjoni f’isem klijent lil parti terza meta l-kundizzjonijiet għal trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 11 ma jkunux ġew issodisfatti, din għandha tkun id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni minflok il-ħin tat-trażmissjoni tal-ordni.

{FORMAT_TAD-DATA_TAL-ĦIN}

28

Kapaċità tan-negozjar

Tindika jekk is-CASP li jwettaq it-tranżazzjoni huwiex qed iwettaq negozjar matched principal, jew skambju ta’ kriptoassi ma’ fondi

Meta t-tranżazzjoni ma tirriżultax mid-ditta ta’ eżekuzzjoni li twettaq negozjar matched principal jew permezz ta’ skambju ta’ kriptoassi ma’ fondi, il-kamp għandu jindika li t-tranżazzjoni tkun twettqet taħt kwalunkwe kapaċità oħra.

“DEAL” — Skambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħra

“MTCH” — Matched principal

“AOTC” — Kwalunkwe kapaċità oħra

29

Kwantità

In-numru ta’ unitajiet tal-kriptoassi jew il-valur monetarju tal-kriptoassi.

Meta l-prezz jiġi espress f’subkomponenti ta’ dak il-kriptoassi, huwa għandu madankollu jiġi rreġistrat f’notazzjoni deċimali tal-prezz espress f’unitajiet ta’ dak il-kriptoassi.

L-informazzjoni rrapportata f’dan il-kamp għandha tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-Kampi 31 u 32.

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-kwantità tiġi espressa bħala numru ta’ unitajiet

{DEĊIMALI-18/5} f’każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali

30

Munita tal-kwantità

Munita li fiha tiġi espressa l-kwantità.

Applikabbli biss meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur nominali jew monetarju.

Il-kwantità għandha tirreferi għall-unitajiet tal-kriptoassi, anke meta t-tranżazzjoni tkun denominata f’subkomponenti ta’ dak il-kriptoassi.

Meta l-kriptoassi jiġi nnegozjat fi flus elettroniċi/token tal-flus elettroniċi, għandu jintuża l-kodiċi tal-Identifikatur tat-Token Diġitali jew l-identifikatur alternattiv imsemmi fl-Artikolu 15.

{KODIĊI TAL-MUNITA_3}

{DTI}

{ALPHANUM-20}

31

Prezz

Il-prezz innegozjat tat-tranżazzjoni esklużi, fejn applikabbli, il-kummissjoni, kwalunkwe tariffa oħra u imgħax akkumulat.

Meta l-kriptoassi jiġu nnegozjati abbażi ta’ par ta’ muniti, il-prezz għandu jesprimi l-kwantità tal-munita tal-kwotazzjoni għal unità waħda tal-munita bażi.

Meta l-prezz jiġi espress f’subkomponenti ta’ dak il-kriptoassi, il-prezz għandu madankollu jiġi rreġistrat f’notazzjoni deċimali tal-prezz espress f’unitajiet ta’ dak il-kriptoassi.

Meta l-prezz jiġi rreġistrat f’termini monetarji, dan għandu jingħatat fl-unità tal-munita prinċipali.

Meta l-prezz ma jkunx applikabbli, il-valur għandu jkun “NOAP”.

L-informazzjoni rreġistrata f’dan il-kamp għandha tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-Kamp 30.

{DEĊIMALI-18/13} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju

{DEĊIMALI-11/10} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew rendiment

{DEĊIMALI-18/17} f’każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

“NOAP” f’każ li l-prezz ma jkunx applikabbli

32

Munita tal-Prezz

Munita li fiha jiġi espress il-prezz (applikabbli meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju).

Meta l-prezz tal-kriptoassi jiġi espress f’termini monetarji u jiġi espress f’par ta’ muniti, għandu jiġi rrapportat il-par ta’ muniti li fih jiġi espress il-prezz għall-kriptoassi relatat mal-ordni. L-ewwel kodiċi tal-munita għandu jkun dak tal-munita bażi u t-tieni kodiċi tal-munita għandu jkun dak tal-munita tal-kwotazzjoni. Il-munita tal-kwotazzjoni tiddetermina l-prezz ta’ unità waħda tal-munita bażi. Il-kodiċi tal-munita ISO u l-isem qasir DTI kif irreġistrat f’konformità mal-elementi tad-data tal-ISO 24165-2 għar-reġistrazzjoni tad-DTI jew l-identifikatur alternattiv imsemmi fl-Artikolu 15 għandhom jintużaw biex jirrappreżentaw il-munita ta’ kors legali u l-kriptoassi rispettivament fil-par ta’ muniti.

{KODIĊI TAL-MUNITA_3}

{DTI}

{ALPHANUM-20}

{KODIĊI TAL-MUNITA_3} jenħtieġ li jintuża għall-muniti ta’ kors legali f’par ta’ muniti

{ISEM_QASIR_DTI} jenħtieġ li jintuża għall-kriptoassi f’par ta’ muniti

“NOAP”

33

Pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi

L-identifikazzjoni tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi fejn tkun ġiet eżegwita t-tranżazzjoni.

Uża l-MIC tas-segment ISO 10383 għal tranżazzjonijiet eżegwiti fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi. Meta l-MIC tas-segment ma jkunx jeżisti, uża l-MIC operattiv.

Uża l-kodiċi MIC “XOFF” għall-kriptoassi ammessi għan-negozjar, jew innegozjati fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jew li għalihom tkun saret talba għall-ammissjoni, meta t-tranżazzjoni fuq dak il-kriptoassi ma tkunx ġiet eżegwita fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.

Uża l-kodiċi MIC “XXXX” għal kriptoassi li mhumiex ammessi għan-negozjar jew innegozjati fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi, jew li għalihom ma tkun saret l-ebda talba għall-ammissjoni.

{MIC}

34

Pajjiż tas-sħubija tal-fergħa

Kodiċi użat biex jidentifika l-pajjiż ta’ fergħa tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li l-pjattaforma ta’ negozjar tiegħu għas-sħubija fil-kriptoassi ntużat għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni.

Meta ma tkunx intużat pjattaforma ta’ negozjar ta’ fergħa għas-sħubija fil-kriptoassi, dan il-kamp għandu jimtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru domiċiljari tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew bil-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż fejn id-ditta tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta’ ditti ta’ pajjiż terz).

Dan il-kamp għandu jimtela biss għan-naħa tas-suq ta’ tranżazzjoni eżegwita fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.

{KODIĊI TAL-PAJJIŻ_2}

35

Pagament bil-quddiem

Il-valur monetarju ta’ kwalunkwe pagament bil-quddiem riċevut jew imħallas mill-bejjiegħ.

Meta l-bejjiegħ jirċievi l-pagament bil-quddiem, il-valur li jimtela għandu jkun pożittiv. Meta l-bejjiegħ iħallas il-pagament bil-quddiem, il-valur li jimtela għandu jkun negattiv.

{DEĊIMALI-18/5}

36

Munita tal-pagament bil-quddiem

Il-munita tal-pagament bil-quddiem.

{KODIĊI TAL-PAJJIŻ_3}

{DTI}

{ALPHANUM-20}

37

Identifikazzjoni tal-komponent tan-negozjar kumpless

Identifikatur, intern għall-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, sabiex jidentifika r-rekords tat-tranżazzjonijiet kollha relatati mal-istess eżekuzzjoni ta’ kombinament ta’ kriptoassi. Il-kodiċi jrid ikun uniku fil-livell tad-ditta għall-grupp ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet relatati mal-eżekuzzjoni.

{ALPHANUM-35}

38

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-kriptoassi

Il-kodiċi użat biex jidentifika l-kriptoassi.

Dan il-kamp japplika għal kriptoassi li għalihom tkun saret talba għall-ammissjoni għan-negozjar, li huma ammessi għan-negozjar jew innegozjati fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.

{DTI}

{ALPHANUM-20}

39

Isem sħiħ tal-kriptoassi

L-isem sħiħ tal-kriptoassi.

{ALPHANUM-350}

40

Klassifikazzjoni tal-kriptoassi

Tassonomija użata għall-klassifikazzjoni tal-kriptoassi.

jew

Kodiċi CFI komplut u preċiż għandu jiġi pprovdut meta jkun disponibbli.

ART

EMT

OT

{CFI_CODE}

41

Deċiżjoni dwar l-investiment fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi

Kodiċi użat biex jidentifika l-persuna jew l-algoritmu fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkun qed jieħu d-deċiżjoni dwar l- investiment. Il-kodiċi għandu jibqa’ l-istess għal kull sett ta’ kodiċi jew strateġija ta’ negozjar li jikkostitwixxu l-algoritmu u għandu jintuża b’mod konsistenti meta ssir referenza għall-algoritmu jew għall-verżjoni tal-algoritmu ladarba jiġi assenjat lilu.

Għall-persuni fiżiċi, għandu jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 9.

Meta d-deċiżjoni dwar l-investiment tkun ittieħdet minn algoritmu li jiddetermina awtomatikament il-parametri individwali tal-ordnijiet, inkluża d-deċiżjoni li tinbeda l-ordni jew li jiġu ddeterminati t-twaqqit, il-prezz jew il-kwantità tagħha, il-kamp għandu jimtela kif stabbilit fl-Artikolu 8.

Dan il-kamp japplika biss għal deċiżjoni dwar l-investiment fi ħdan id-ditta.

Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 11, dan il-kamp għandu jimtela mid-ditta riċeventi fi ħdan ir-rekord tad-ditta riċeventi bl-użu tal-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti.

{ID_NAZZJONALI} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

42

Pajjiż tal-fergħa responsabbli għall-persuna li tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment

Kodiċi użat biex jidentifika l-pajjiż tal-fergħa tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għall-persuna li tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment, kif stabbilit fl-Artikolu 16.

Meta l-persuna li tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment ma tkunx ġiet issorveljata minn fergħa, dan il-kamp għandu jimtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru domiċiljari tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun stabbilixxa l-uffiċċju rreġistrat tiegħu.

Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 11, dan il-kamp għandu jimtela mid-ditta riċeventi fi ħdan ir-rekord tad-ditta riċeventi bl-użu tal-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti.

Dan il-kamp ma japplikax meta d-deċiżjoni dwar l-investiment tkun ittieħdet minn algoritmu li jiddetermina awtomatikament il-parametri individwali tal-ordnijiet, inkluż dwar jekk għandhiex tinbeda l-ordni jew jekk jiġux iddeterminati t-twaqqit, il-prezz jew il-kwantità tagħha.

{KODIĊI TAL-PAJJIŻ_2}

43

Eżekuzzjoni fi ħdan id-ditta

Kodiċi użat biex jidentifika l-persuna jew l-algoritmu li jiddetermina awtomatikament il-parametri individwali fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet, inkluża d-deċiżjoni li tinbeda l-ordni jew li jiġu ddeterminati t-twaqqit, il-prezz jew il-kwantità tagħha.

Għall-persuni fiżiċi, għandu jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 9. Meta l-eżekuzzjoni tkun saret minn algoritmu li jiddetermina awtomatikament il-parametri individwali tal-ordnijiet, inkluża d-deċiżjoni li tinbeda l-ordni jew li jiġu ddeterminati t-twaqqit, il-prezz jew il-kwantità tagħha, il-kamp għandu jimtela kif stabbilit fl-Artikolu 8.

{ID_NAZZJONALI} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

CLIENT — Klijent

44

Il-pajjiż tal-fergħa li tissorvelja l-persuna li tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni

Kodiċi użat biex jidentifika l-pajjiż tal-fergħa tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għall-persuna li tiddetermina l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 16.

Meta l-persuna responsabbli ma tkunx ġiet issorveljata minn fergħa, dan il-kamp għandu jimtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru domiċiljari tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew il-kodiċi tal-pajjiż fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun stabbilixxa l-uffiċċju rreġistrat tiegħu.

Dan il-kamp ma japplikax meta l-eżekuzzjoni tkun saret minn algoritmu li jiddetermina awtomatikament il-parametri individwali tal-ordnijiet, inkluża d-deċiżjoni li tinbeda l-ordni, jew li jiġu ddeterminati t-twaqqit, il-prezz jew il-kwantità tagħha.

{KODIĊI TAL-PAJJIŻ_2}

45

Indikatur ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira

Deżinjazzjoni biex tidentifika kwalunkwe bejgħ ta’ kriptoassi li l-bejjiegħ ma jkollux is-sjieda tiegħu fil-mument tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ, inkluż dan il-bejgħ meta fil-mument tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ il-bejjiegħ ikun issellef jew qabel li jissellef is-sehem jew l-istrument ta’ dejn għall-konsenja fis-saldu.

“veru”

“falz”

TAQSIMA 4

Data fil-katina

Tabella 4

Dettalji tad-data fil-katina li għandha tinżamm

Nru tal-kamp

Kamp

Kontenut li għandu jiġi rreġistrat

Dettalji li għandhom jiġu pprovduti lill-awtorità kompetenti

1

Hash tat-tranżazzjoni

Identifikatur li jippermetti l-identifikazzjoni unika ta’ tranżazzjoni speċifika li sseħħ fuq in-network.

{ALPHANUM-140}

2

Indirizzi tal-kartiera

Kodiċi li jidentifika b’mod uniku l-kartiera, li tappartjeni lix-xerrej/lill-bejjiegħ, li lilu jiġi ttrasferit il-kriptoassi.

{ALPHANUM-140}

3

Indirizzi ta’ Kuntratti Intelliġenti

Kodiċi li jidentifika b’mod uniku l-indirizz tal-kuntratt intelliġenti.

{ALPHANUM-140}

4

Kronogramma

Kronogramma tal-ħolqien tal-blokka.

{FORMAT_TAD-DATA_TAL-ĦIN}

5

Kwantità/Provvista Totali Attwali

Proporzjon bejn il-kwantità trasferita u l-ammont varjabbli attwali tal-assi.

 

6

ID tat-Token

Identifikatur tat-Token Diġitali

{DTI}

7

Tariffa tan-network

Tariffi li huma mitluba jkopru l-ispejjeż għall-ħolqien ta’ blokk ġdid.

 

8

Limitu tat-tariffa

Dan huwa l-ammont massimu ta’ “tariffi tan-network” li utent fil-katina jkun lest li jħallas għall-eżekuzzjonijiet ta’ tranżazzjoni speċifika.

 

9

Daqs tad-data

Dan il-kamp huwa konness mal-Kamp 8. Tranżazzjoni fil-katina jista’ jkun fiha “fajls” f’kamp tad-data speċifiku li jaffettwa t-“tariffi tan-network” meħtieġa biex tiġi pproċessata t-tranżazzjoni.

 

10

Għal

L-identifikaturi uniċi għax-xerrej u l-bejjiegħ normalment jiġu ġġenerati mill-protokoll tad-DLT fuq il-bażi tal-indirizzi tal-kartiera tax-xerrej/tal-bejjiegħ.

{ALPHANUM-140}

11

Minn

L-identifikatur uniku għall-bejjiegħ normalment iġġenerat mill-protokoll tad-DLT fuq il-bażi tal-indirizzi tal-kartiera tal-bejjiegħ.

{ALPHANUM-140}

12

Munita

Kodiċi tal-munita

{KODIĊI TAL-MUNITA_3}

{DTI}

13

Numru tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet

Numru ta’ identifikazzjoni rrapportat fil-Kamp 2 tat-Taqsima 3 li huwa uniku għad-ditta ta’ eżekuzzjoni għal kull rekord biex jiġi żgurat li tista’ ssir rabta bejn ir-rapport fil-katina u dak barra mill-katina.

{ALPHANUM-140}


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/294 tal-1 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti, il-mudelli u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi (ĠU L, 2025/294, 13.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/294/oj).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/416 tad-29 ta’ Novembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut u l-format tar-rekords tal-kotba tal-ordnijiet għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi (ĠU L, 2025/416, 14.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/416/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1140/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Nahoru