This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R2628
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/2628 of 27 November 2023 concerning the authorisation of guanidinoacetic acid and a preparation of guanidinoacetic acid as feed additives for chickens reared for breeding and chickens reared for laying in feed and in water for drinking, and chickens for fattening in water for drinking (holder of authorisation: Alzchem Trostberg GmbH), and correcting and amending Implementing Regulation (EU) 2016/1768
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2628 tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, u għat-tiġieġ tas-simna fl-ilma għax-xorb (detentur tal-awtorizzazzjoni: Alzchem Trostberg GmbH), u li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768

C/2023/7987
ĠU L, 2023/2628, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2628/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32016R1768 | Sostituzzjoni | anness | 18/12/2023 | |
Modifies | 32016R1768 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 18/12/2023 | |
Modifies | 32016R1768 | Sostituzzjoni | titolu | 18/12/2023 |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2628 |
28.11.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2628
tas-27 ta’ Novembru 2023
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, u għat-tiġieġ tas-simna fl-ilma għax-xorb (detentur tal-awtorizzazzjoni: Alzchem Trostberg GmbH), u li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
L-addittiv aċidu gwanidinoaċetiku kien awtorizzat bħala sustanza u bħala preparat għall-użu fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1768 (2). |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għall-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, bit-talba li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”. |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta’ Settembru 2022 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, l-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku huma sikuri għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għall-ħnienes u għall-ħnieżer tas-simna għall-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, u sikuri għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċidu gwanidinoaċetiku mhuwiex tossiku meta jinġibed man-nifs, mhuwiex irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u mhuwiex sensitizzatur dermali. L-Awtorità rrakkomandat li jitqies li l-livelli massimi sikuri proposti tal-addittivi huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-għalf ikun fih biżżejjed donaturi tal-metil (għajr il-metjonina, eż. kolina, betaina u aċidu foliku) u tal-vitamina B12. |
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittivi għandhom il-potenzjal li jkunu effikaċi għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għat-tnissil, għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna. Din l-effikaċja hija relatata ma’ titjib tal-parametri tal-prestazzjoni f’dawk l-ispeċijiet ta’ annimali. Fl-opinjonijiet tagħha dwar l-aċidu gwanidinoaċetiku adottati fis-27 ta’ Jannar 2016 (4) u fit-28 ta’ Settembru 2022, l-Awtorità ddikjarat li dan l-addittiv jenħtieġ li ma jitqiesx li jagħmel parti mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, minħabba li l-aċidu gwanidinoaċetiku jiġi kkonvertit esklużivament fi kreatina u ma jistax jiġi kkonvertit lura għal aċidu amminiku, filwaqt li l-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom” jinkludi sustanzi li finalment jidħlu fil-metaboliżmu tal-ġisem u bħala tali jieħdu sehem fil-mogħdijiet tas-sinteżi tal-proteini. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li biex jiġi appoġġat effett nutrittiv ġdid tal-addittivi kkonċernati, jenħtieġ li tiġi pprovduta evidenza rilevanti tal-effikaċja tagħhom fil-ħnieżer u fil-pollam. L-Awtorità ma qisitx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf u fl-ilma li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza li ġie mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-aċidu gwanidinoaċetiku u l-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku jiġu riallokati għall-kategorija “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tal-Awtorità b’rabta mal-effetti tal-addittivi fuq il-prestazzjoni żooteknika tal-annimali u l-fatt li ma jikkorrispondux mat-tip ta’ prodotti inklużi fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”. |
(8) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (5) u l-gwida tal-Awtorità dwar il-valutazzjoni tal-effikaċja tal-addittivi tal-għalf (6), jenħtieġ li jiġu pprovduti minimu ta’ tliet studji biex tintwera l-effikaċja għall-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali fil-mira rilevanti fir-rigward tal-addittivi żootekniċi li jaffettwaw il-produzzjoni jew il-prestazzjoni tal-annimali. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu pprovduti studji addizzjonali mill-applikant fir-rigward tal-użu tal-aċidu gwanidinoaċetiku u l-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna. |
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 jipprevedi li l-aċidu gwanidinoaċetiku jitħalla jiġi introdott fis-suq u jintuża bħala addittiv f’għamla ta’ preparat, iżda l-kompożizzjoni ta’ tali preparat bi żball ma ġietx speċifikata fit-termini tal-awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li tiġi prevista deskrizzjoni aktar akkurata tal-aċidu gwanidinoaċetiku awtorizzat kemm bħala sustanza u bħala preparat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768, billi tiġi speċifikata l-kompożizzjoni tal-addittiv awtorizzat bħala preparat. Jenħtieġ ukoll li jiġi assenjat numru ta’ identifikazzjoni differenti biex issir distinzjoni bejn iż-żewġ forom tal-addittiv. |
(10) |
Kemm ir-riallokazzjoni tal-addittivi għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, inkluża r-referenza tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, u l-ispeċifikazzjoni tal-kompożizzjoni tal-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku jenħtieġ li jiġu riflessi fl-awtorizzazzjoni mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768, li għalhekk jenħtieġ li jiġi kkoreġut skont dan. |
(11) |
Barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 jenħtieġ li tipprevedi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar dwar il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbilità tal-addittivi u tat-taħlitiet lesti minn qabel ikkonċernati. Jenħtieġ ukoll li dik l-awtorizzazzjoni ma tibqax tirreferi għall-proċeduri u l-miżuri tas-sikurezza tal-utenti, abbażi tal-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-Awtorità tat-28 ta’ Settembru 2022. Barra minn hekk, minħabba l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u tal-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku għall-użu kemm fl-għalf kif ukoll fl-ilma għax-xorb, jixraq li jiġi previst li l-użu simultanju tal-addittivi fl-għalf u fl-ilma għax-xorb ma jkunx permess, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju li jinqabżu l-livelli sikuri tal-użu għall-annimali fil-mira. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-valutazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u tal-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati fir-rigward tal-użu tagħhom għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dawk l-addittivi jiġi awtorizzat għall-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb. Fir-rigward tal-użu fl-għalf, l-awtorizzazzjoni mogħtija b’dan ir-Regolament jenħtieġ li tikkonċerna biss it-tiġieġ imrobbija għat-tnissil u t-tiġieġ imrobbija għall-bajd. |
(13) |
Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-addittivi awtorizzati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768, jixraq li jiġi previst perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw minn dawk il-modifiki. B’mod partikolari, ir-riallokazzjoni tal-addittivi għall-kategorija “addittivi żootekniċi” tirriżulta fl-għoti tal-awtorizzazzjoni relatata lil detentur speċifiku. Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodu tranżitorju jippermetti lill-partijiet interessati jissottomettu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi kkonċernati li jagħmlu parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi”, u jenħtieġ li jqis iż-żmien meħtieġ biex tiġi pproċessata tali applikazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Madankollu, jenħtieġ li l-perjodu tranżitorju ma jaqbiżx id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768. |
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza u l-preparat speċifikati fl-Anness I, li jagħmlu parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Korrezzjoni u emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768
1. It-titolu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1768 tal-4 ta’ Ottubru 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni: Alzchem Trostberg GmbH) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2009”.
2. L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Is-sustanza u l-preparat speċifikati fl-Anness, li jagħmlu parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi żootekniċi’ u mill-grupp funzjonali ‘addittivi żootekniċi oħra’, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.”.
3. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
Is-sustanza u l-preparat speċifikati fl-Anness II, għall-użu fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna, u l-għalf li jkun fih minnhom, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sal-25 ta’ Ottubru 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-18 ta’ Diċembru 2023.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1768 tal-4 ta’ Ottubru 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 904/2009 (ĠU L 270, 5.10.2016, p. 4).
(3) EFSA Journal 2022;20(5):7269.
(4) EFSA Journal 2016;14(2):4394.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).
(6) EFSA Journal 2018;16(5):5274.
ANNESS I
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ta’ ilma għax-xorb |
||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni) |
|||||||||||||||||||||||||
4d372 |
Alzchem Trostberg GmbH |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Aċidu gwanidinoaċetiku 98 % fuq il-bażi ta’ materja niexfa Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b’sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Purità: 98 % Impuritajiet:
Metodu analitiku (1): Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf kompost u fl-ilma: kromatografija tal-joni flimkien ma’ detezzjoni ultravjola (IC-UV). |
Tiġieġ imrobbija għall-bajd u għat-tnissil |
— |
600 |
1 200 |
300 |
600 |
|
It-18 ta’ Diċembru 2033 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ta’ ilma għax-xorb |
||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni) |
|||||||||||||||||||||||||
4d372i |
Alzchem Trostberg GmbH |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparat li fih minimu ta’ 96 % aċidu gwanidinoaċetiku. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b’sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Purità: 98 % Impuritajiet:
Metodu analitiku (2): Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf kompost u fl-ilma: kromatografija tal-joni flimkien ma’ detezzjoni ultravjola (IC-UV). |
Tiġieġ imrobbija għall-bajd u għat-tnissil |
— |
600 |
1 200 |
300 |
600 |
|
It-18 ta’ Diċembru 2033 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ta’ ilma għax-xorb |
|||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni) |
|||||||||||||||||||||||
4d372 |
Alzchem Trostberg GmbH |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Aċidu gwanidinoaċetiku 98 % fuq il-bażi ta’ materja niexfa Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b’sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Purità: 98 % Impuritajiet:
Metodu analitiku (3): Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-ilma: kromatografija tal-joni flimkien ma’ detezzjoni ultravjola (IC-UV). |
Tiġieġ tas-simna |
— |
300 |
600 |
|
It-18 ta’ Diċembru 2033 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ta’ ilma għax-xorb |
|||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni) |
|||||||||||||||||||||||
4d372i |
Alzchem Trostberg GmbH |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparat li fih minimu ta’ 96 % aċidu gwanidinoaċetiku. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b’sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Purità: 98 % Impuritajiet:
Metodu analitiku (4): Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-ilma: kromatografija tal-joni flimkien ma’ detezzjoni ultravjola (IC-UV). |
Tiġieġ tas-simna |
— |
300 |
600 |
|
It-18 ta’ Diċembru 2033 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ANNESS II
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/ kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni) |
|||||||||||||||||||||
4d372 |
Alzchem Trostberg GmbH |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Aċidu gwanidinoaċetiku 98 % fuq il-bażi ta’ materja niexfa Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b’sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Purità: 98 % Impuritajiet:
Metodu analitiku (1): Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf kompost: kromatografija tal-joni flimkien ma’ detezzjoni ultravjola (IC-UV). |
Tiġieġ tas-simna |
— |
600 |
1 200 |
|
Il-25 ta’ Ottubru 2026 |
||||||||||||
Ħnienes miftuma |
600 |
1 200 |
|||||||||||||||||||
Ħnieżer tas-simna |
600 |
1 200 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni) |
|||||||||||||||||||||
4d372i |
Alzchem Trostberg GmbH |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparat li fih minimu ta’ 96 % aċidu gwanidinoaċetiku. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b’sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Purità: 98 % Impuritajiet:
Metodu analitiku (2): Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf kompost: kromatografija tal-joni flimkien ma’ detezzjoni ultravjola (IC-UV). |
Tiġieġ tas-simna |
— |
600 |
1 200 |
|
Il-25 ta’ Ottubru 2026 |
||||||||||||
Ħnienes miftuma |
600 |
1 200 |
|||||||||||||||||||
Ħnieżer tas-simna |
600 |
1 200 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2628/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)