This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1329
Commission Regulation (EU) 2023/1329 of 29 June 2023 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of polyglycerol polyricinoleate (E 476) and the Annex to Commission Regulation (EU) No 231/2012 as regards specifications for glycerol (E 422), polyglycerol esters of fatty acids (E 475) and polyglycerol polyricinoleate (E 476) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1329 tad-29 ta’ Ġunju 2023 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-gliċerol (E 422), għall-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) u għall-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1329 tad-29 ta’ Ġunju 2023 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-gliċerol (E 422), għall-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) u għall-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/4285
ĠU L 166, 30.6.2023, p. 66–75
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1333 | Żieda | anness II parti E Test | 20/07/2023 | |
Modifies | 32008R1333 | Sostituzzjoni | anness II parti E Test | 20/07/2023 | |
Modifies | 32012R0231 | Sostituzzjoni | anness Test | 20/07/2023 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32023R1329R(01) | (FR) |
30.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/66 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1329
tad-29 ta’ Ġunju 2023
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-gliċerol (E 422), għall-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) u għall-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati biex jintużaw fl-ikel u l-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(3) |
Il-listi tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu aġġornati f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, b’inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li tkun saret applikazzjoni. |
(4) |
Il-gliċerol (E 422), l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) u l-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) huma sustanzi awtorizzati f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(5) |
Fil-15 ta’ Marzu 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ħarġet opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-gliċerol (E 422) bħala addittiv tal-ikel (4), fejn ikkonkludiet li ma kienx hemm bżonn ta’ konsum aċċettabbli ta’ kuljum numeriku, u li ma kien hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza tal-addittiv tal-ikel għall-użi rrapportati. L-Awtorità rrakkomandat xi modifiki fl-ispeċifikazzjonijiet għall-E 422 stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 u li tingħatalha aktar informazzjoni dwar l-użi u l-livelli tal-użu. |
(6) |
Fit-23 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal data teknika dwar l-addittiv tal-ikel ġliċerol (E 422), u speċifikat id-data meħtieġa identifikata mill-Awtorità. |
(7) |
Wara l-preżentazzjoni tad-data mill-operaturi kummerċjali interessati, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni xjentifika biex tikkonferma li d-data teknika pprovduta mill-operaturi kummerċjali interessati kienet suffiċjenti biex tappoġġa emenda fl-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel, il-gliċerol (E 422), biex jinġiebu f’konformità mal-istandards attwali, kif kienet irrakkomandat l-Awtorità. |
(8) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha adottata fit-18 ta’ Mejju 2022 (5), l-Awtorità kkonkludiet li l-ispeċifikazzjonijiet attwali għall-gliċerol (E 422) kellhom jiġu adattati b’mod partikolari billi jitbaxxew il-limiti massimi għall-elementi tossiċi (arseniku, ċomb, merkurju u kadmju), billi jitħassar il-metodu ta’ identifikazzjoni bbażat fuq il-formazzjoni tal-akroleina mat-tisħin, billi jitħassar it-test għall-preżenza tal-akroleina, billi jiġi inkluż limitu massimu għall-akroleina u billi tiġi mmodifikata d-definizzjoni tal-gliċerol (E 422). |
(9) |
Għalhekk jixraq li jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet għall-gliċerol (E 422). Jenħtieġ li d-definizzjoni tal-addittiv tal-ikel tiġi emendata biex tkun ristretta għall-proċessi tal-manifattura li dwarhom kienet ivvalutat id-data l-Awtorità. Jenħtieġ li jitbaxxew il-limiti massimi attwali għall-elementi tossiċi f’konformità mal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, filwaqt li jitqiesu l-livelli li jistgħu jinkisbu fil-preżent billi tintuża prattiki tajba ta’ manifattura. Jenħtieġ li jitħassar il-metodu ta’ identifikazzjoni għall-gliċerol ibbażat fuq il-formazzjoni tal-akroleina mat-tisħin, meta wieħed iqis li l-kontenut tal-gliċerol fl-E 422 għandu jiġi ddeterminat b’metodu analitiku xieraq. Jenħtieġ li jitħassar it-test għall-preżenza tal-akroleina u li jiġi inkluż limitu numeriku massimu għall-akroleina bi qbil mal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità u filwaqt li jitqies il-livell li bħalissa jista’ jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ prattiki tajba ta’ manifattura. |
(10) |
Meta jitqies li l-Awtorità ma identifikatx tħassib immedjat dwar is-saħħa marbut mal-preżenza ta’ elementi tossiċi u l-akroleina, huwa xieraq li matul perjodu tranżizzjonali jiġi permess l-użu tal-addittiv tal-ikel, il-gliċerol (E 422), imqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(11) |
Għall-istess raġunijiet, huwa xieraq li l-ikel li jkun fih l-addittiv tal-ikel, il-gliċerol (E 422), li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikun jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq għal perjodu tranżizzjonali u jibqa’ fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”. |
(12) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2017, l-Awtorità ħarġet opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) bħala addittiv tal-ikel (6), li kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn ta’ konsum aċċettabbli ta’ kuljum numeriku u li l-addittiv tal-ikel ma kien ta’ ebda tħassib għas-sikurezza bl-użi u bil-livelli tal-użu rrapportati. L-Awtorità rrakkomandat xi modifiki fl-ispeċifikazzjonijiet għall-E 475 stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012. |
(13) |
Fit-23 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal data teknika dwar l-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475), li kellha fil-mira d-data meħtieġa identifikata mill-Awtorità. |
(14) |
Wara l-preżentazzjoni tad-data mill-operaturi kummerċjali interessati, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni xjentifika biex tikkonferma li d-data teknika pprovduta mill-operaturi kummerċjali interessati kienet suffiċjenti biex tappoġġa emenda fl-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) biex jinġiebu f’konformità mal-istandards attwali, kif irrakkomandat mill-Awtorità. |
(15) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, adottata fl-1 ta’ April 2022 (7), l-Awtorità kkonkludiet li l-ispeċifikazzjonijiet attwali għall-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) kellhom jiġu adattati b’mod partikolari billi jitnaqqsu l-limiti massimi għall-elementi tossiċi, billi jiġu inklużi l-limiti massimi għall-impuritajiet u l-kostitwenti li huma ta’ tħassib għas-sikurezza u billi tiġi mmodifikata d-definizzjoni tal-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475). |
(16) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet għall-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475). Id-definizzjoni tal-addittiv tal-ikel jenħtieġ li tiġi emendata sabiex l-użu tal-gliċerol għall-produzzjoni tal-addittiv tal-ikel jiġi ristrett għall-gliċerol li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel (E 422). Il-limiti massimi attwali għall-elementi tossiċi jenħtieġ li jitnaqqsu u l-limiti massimi għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u ta’ esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD), għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) u għall-aċidu eruċiku jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’konformità mal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità u filwaqt li jitqies il-livell li bħalissa jista’ jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ prattiki tajba ta’ manifattura. |
(17) |
Minħabba li qegħdin jiġu implimentati tekniki ġodda ta’ manifattura li jirriżultaw fil-produzzjoni tal-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) b’livelli aktar baxxi ta’ esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol), huwa xieraq li l-manifatturi tal-addittivi tal-ikel jingħataw perjodu tranżizzjonali biex jilħqu livell massimu ta’ 5 mg/kg għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) fl-addittiv tal-ikel (E 475). Madankollu, minħabba li l-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin huma ġenotossiċi u karċinoġeniċi, jenħtieġ li japplika livell massimu intermedju ta’ 10 mg/kg għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(18) |
Meta jitqies li l-Awtorità ma identifikatx tħassib immedjat dwar is-saħħa relatat mal-preżenza tal-elementi tossiċi, 3-monokloropropandiol (3-MCPD), l-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin, l-aċidu eruċiku u l-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, huwa xieraq li jiġi permess għal perjodu tranżizzjonali l-użu tal-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) li tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jkun permess li l-ikel li jkun fih dan l-addittiv, ikompli jitqiegħed fis-suq għall-istess perjodu tranżizzjonali u jibqa’ fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”. |
(19) |
Għall-istess raġunijiet u meta jitqies il-kontenut imnaqqas fih ta’ esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, l-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) imqiegħed legalment fis-suq wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jikkonforma mal-livell massimu intermedju mnaqqas għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) jenħtieġ li jitħalla jintuża sakemm jispiċċaw l-istokkijiet, u l-ikel li jkun fih dan l-addittiv tal-ikel jenħtieġ li jitħalla jitqiegħed fis-suq u jibqa’ fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”. |
(20) |
Fl-24 ta’ Marzu 2017, l-Awtorità ħarġet opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) bħala addittiv tal-ikel (8). L-Awtorità kkonkludiet li s-sett ta’ data ta raġuni biex jiżdied il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum għal 25 mg/kg bw kuljum. L-Awtorità rrakkomandat xi modifiki għall-ispeċifikazzjonijiet tal E 476 stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012. |
(21) |
Fit-23 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal data teknika dwar l-addittiv tal-ikel poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476), li kellha fil-mira d-data identifikata bħala meħtieġa mill-Awtorità. |
(22) |
Fit-18 ta’ Marzu 2020, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) bħala emulsjonant fis-silġ li jittiekel għall-emulsjoni tax-xaħam u taż-żejt tat-tip ilma fiż-żejt u z-zlazi emulsifikati b’kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 20 %. Sussegwentement, il-Kummissjoni qegħdet l-applikazzjoni għad-disponibbiltà tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(23) |
Il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) huwa kapaċi jipproduċi emulsjonijiet stabbli ta’ ilma fiż-żejt bi qtar ta’ daqsijiet iżgħar li jistgħu jiġu ffriżati biex jipproduċu silġ artab, kremuż u li jittiekel li jeħtieġ inqas enerġija fil-proċess tal-manifattura u li jkollu aktar stabbiltà fil-katina tal-provvista tal-oġġetti ffriżati. Dan jippermetti l-użu ta’ xaħmijiet u żjut b’saturazzjoni baxxa u b’inqas zokkor fis-silġ li jittiekel. Il-livell tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) meħtieġ biex tinkiseb il-funzjoni teknoloġika maħsuba huwa 4 000 mg/kg. |
(24) |
Il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) jippermetti wkoll li jitnaqqas iż-żejt fiz-zlazi emulsifikati (eż. fil-mayonnaise jew fit-taħlitiet għal fuq l-insalata) mingħajr effett negattiv fuq is-sensazzjoni fil-ħalq. Il-livell massimu awtorizzat attwalment ta’ 4 000 mg/kg mhuwiex biżżejjed għal prodotti b’kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 20 %. Il-livell ta’ użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) meħtieġ biex tinkiseb il-funzjoni teknoloġika maħsuba fi prodotti b’kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 20 % huwa ta’ 8 000 mg/kg. |
(25) |
Wara l-preżentazzjoni tad-data mill-operaturi kummerċjali interessati b’rispons għas-sejħa pubblika għad-data teknika u l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni dwar l-estensjoni tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476), il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni xjentifika biex tikkonferma li d-data teknika pprovduta mill-operaturi kummerċjali interessati kienet tappoġġa b’mod adegwat emenda fl-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel, il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476), biex jinġiebu f’konformità mal-istandards attwali, kif irrakkomandat mill-Awtorità. |
(26) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha adottata fit-30 ta’ Marzu 2022 (9), l-Awtorità kkonkludiet li l-estensjoni tal-użu proposta ma twassalx għal tħassib dwar is-sikurezza. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-ispeċifikazzjonijiet attwali għall-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) kellhom jiġu adattati b’mod partikolari billi jitbaxxew il-limiti massimi għall-elementi tossiċi, billi jiġu inklużi l-limiti massimi għall-impuritajiet li huma ta’ tħassib għas-sikurezza u billi tiġi mmodifikata d-definizzjoni tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476). |
(27) |
Għalhekk jixraq li l-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) jiġi awtorizzat fil-kategorija tal-ikel 03 “Silġ li jittiekel” b’livell massimu ta’ 4 000 mg/kg, jiżdied il-livell massimu awtorizzat fil-kategorija tal-ikel 12.6 “Żlazi” għal 8 000 mg/kg għaz-zlazi emulsifikati b’kontenut ta’ xaħam ta’ 20 % jew aktar u jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu fid-dawl tal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità. Id-definizzjoni tal-addittiv tal-ikel jenħtieġ li tiġi emendata sabiex l-użu tal-gliċerol għall-produzzjoni tal-addittiv tal-ikel jiġi ristrett għall-gliċerol li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel (E 422). Jenħtieġ li jitbaxxew il-limiti massimi attwali għall-elementi tossiċi u jenħtieġ li l-limiti massimi għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u ta’ esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD) u ta’ esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) jiġu stabbiliti f’konformità mal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità u filwaqt li jitqies il-livell li bħalissa jista’ jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ prattiki tajba ta’ manifattura. |
(28) |
Meta jitqies li l-Awtorità ma identifikatx tħassib immedjat dwar is-saħħa relatat mal-preżenza tal-elementi tossiċi, 3-monokloropropandiol (3-MCPD), l-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin u esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, jixraq li jiġi permess għal perjodu tranżizzjonali l-użu tal-addittiv tal-ikel il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) li tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(29) |
Għall-istess raġunijiet, jixraq li l-ikel li jkun fih l-addittiv tal-ikel poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikun jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq għal perjodu tranżizzjonali u jibqa’ fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”. |
(30) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati skont dan. |
(31) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-addittiv tal-ikel il-gliċerol (E 422) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju jew għall-akroleina applikabbli mill-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jiżdied mal-ikel f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 sal-20 ta’ Jannar 2024.
L-ikel li fih l-addittiv tal-ikel il-gliċerol (E 422) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju jew għall-akroleina applikabbli mill-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sal-20 ta’ Jannar 2024 u jista’ jkompli jiġi kkummerċjaizzat sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.
L-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju, għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD), għall-aċidu eruċiku jew għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli mill-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jiżdied mal-ikel f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 sal-20 ta’ Jannar 2024.
L-ikel li fih l-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju, għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD), għall-aċidu eruċiku jew għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli minn l-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sal-20 ta’ Jannar 2024 u jista’ jkompli jiġi kkummerċjaizzat sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.
L-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) li jkun tqiegħed fis-suq legalment wara l-20 ta’ Lulju 2023 u sal-20 ta’ Jannar 2024 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli mill-20 ta’ Jannar 2024 jista’ jiżdied mal-ikel f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.
L-ikel li fih l-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u sal-20 ta’ Jannar 2024 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli mill-20 ta’ Jannar 2024 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq u jkompli jiġi kkummerċjalizzat sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.
L-addittiv tal-ikel il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju, għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD), jew tal-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli minn l-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jiżdied mal-ikel f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 sal-20 ta’ Jannar 2024.
L-ikel li fih l-addittiv tal-ikel il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju, għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD) jew tal-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli minn l-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sal-20 ta’ Jannar 2024 u jista’ jkompli jiġi kkummerċjaizzat sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(4) EFSA Journal 2017;15(3):4720.
(5) EFSA Journal 2022;20(6):7353.
(6) EFSA Journal 2017;15(12):5089.
(7) EFSA Journal 2022;20(5):7308.
(8) EFSA Journal 2017;15(3):4743.
(9) EFSA Journal 2022;20(5):7294.
ANNESS I
Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:
(1) |
fil-Kategorija 03 (Silġ li jittiekel), tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata tal-E 473-474:
|
(2) |
fil-Kategorija 12.6 (Zlazi), l-entrata tal-E 476 (Poliriċinoleat tal-poligliċerol) hija sostitwita b’din li ġejja:
|
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 422 Gliċerol hija sostitwita b’din li ġejja:
|
(2) |
l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 475 Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin hija sostitwita b’din li ġejja:
Il-kriterji tal-purità japplikaw għall-addittiv ħieles mill-imlieħ tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju tal-aċidi xaħmin, iżda dawn is-sustanzi jistgħu jkunu preżenti sa livell massimu ta’ 6 % (espressi bħala oleat tas-sodju).”; |
(3) |
l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 476 Poliriċinoleat tal-poligliċerol hija sostitwita b’din li ġejja:
|