This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1143
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/1143 of 9 June 2023 granting a Union authorisation for the single biocidal product ‘Chemisept IPA-N’ in accordance with Regulation (EU) No 528/2012 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1143 tad-9 ta’ Ġunju 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Chemisept IPA-N” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1143 tad-9 ta’ Ġunju 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Chemisept IPA-N” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/3685
ĠU L 151, 12.6.2023, p. 11–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 151/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1143
tad-9 ta’ Ġunju 2023
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Chemisept IPA-N” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ April 2019, AS Chemi-Pharm issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għall-awtorizzazzjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, imsemmi “Chemisept IPA-N”, tat-tip ta’ prodott 1, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-UU051173-14 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali (“ir-Reġistru”). L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-applikazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family”, irreġistrata fir-Reġistru bin-numru tal-każ BC-AQ050985-22. |
(2) |
L-istess prodott bijoċidali uniku “Chemisept IPA-N” fih il-propan-1-ol u l-propan-2-ol bħala s-sustanzi attivi, li huma inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 1. |
(3) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni opinjoni (3) u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) ta’ “Chemisept IPA-N”. |
(4) |
L-opinjoni tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn l-istess prodott bijoċidali uniku u l-prodott bijoċidali ta’ referenza relatat huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (4), u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess prodott bijoċidali uniku jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(5) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2022, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(6) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott bijoċidali uniku “Chemisept IPA-N”. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0027678-0000 lil AS Chemi-Pharm biex tqiegħed fis-suq u tuża l-istess prodott bijoċidali uniku “Chemisept IPA-N” f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mit-2 ta’ Lulju 2023 sal-31 ta’ Lulju 2032.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4).
(3) L-opinjoni tal-ECHA għal ‘Chemisept IPA-N’, it-8 ta’ Diċembru 2021, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4).
ANNESS
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali
Chemisept IPA-N
Prodott tip 1 — Iġjene umana (Diżinfettanti)
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0027678-0000
Numru tal-ass R4BP: EU-0027678-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem (ismijiet) kummerċjali tal-prodott
Isem kummerċjali |
Chemisept IPA-N |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Chemi-Pharm AS |
Indirizz |
Tänassilma tee 11, 76406 Tänassilma küla, Saku vald Estonja |
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0027678-0000 |
|
Numru tal-ass R4BP |
EU-0027678-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
2.7.2023 |
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
31.7.2032 |
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
L-isem tal-manifattur |
AS Chemi-Pharm |
L-indirizz tal-manifattur |
Tänassilma tee 11, 76406 Tänassilma küla, Saku vald, Harju maakond Estonja |
Post ta’ siti ta’ manifattura |
AS Chemi-Pharm, Tänassilma tee 11, 76406 Tänassilma küla, Saku vald, Harju maakond Estonja |
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
Sustanza attiva |
Propan-1-ol |
L-isem tal-manifattur |
OQ Chemicals GmbH (formerly Oxea GmbH) |
L-indirizz tal-manifattur |
Rheinpromenade 4a, 40789 Monheim am Rhein Ġermanja |
Post ta’ siti ta’ manifattura |
OQ Chemicals Corperation (formerly Oxea Coperation), 2001 FM 3057 TX, 77414 Bay City Istati Uniti |
Sustanza attiva |
Propan-1-ol |
L-isem tal-manifattur |
BASF SE |
L-indirizz tal-manifattur |
Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja |
Post ta’ siti ta’ manifattura |
BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja |
Sustanza attiva |
Propan-1-ol |
L-isem tal-manifattur |
SASOL Chemie GmbH & Co. KG |
L-indirizz tal-manifattur |
Secunda Chemical Operations, Sasol Place, 50 Katherine Street, 2090 Sandton Afrika t’Isfel |
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Secunda Chemical Operations, PDP Kruger Street, 2302 Secunda Afrika t’Isfel |
Sustanza attiva |
Propan-2-ol |
L-isem tal-manifattur |
INEOS Solvent Germany GmbH |
L-indirizz tal-manifattur |
Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja |
Post ta’ siti ta’ manifattura |
INEOS Solvent Germany GmbH, Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja INEOS Solvent Germany GmbH, Shamrockstrasse 88, 44623 Herne Ġermanja |
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
Propan-1-ol |
|
Sustanza attiva |
71-23-8 |
200-746-9 |
30,0 |
Propan-2-ol |
|
Sustanza attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
45,0 |
2.2. Tip ta’ formulazzjoni
AL - Kwalunkwe likwidu ieħor
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI
Dikjarazzjonijiet dwar Periklu |
Likwidu u fwar li jaqbdu. Jagħmel ħsara serja lill-għajnejn. Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda. |
Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni |
Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx. Żomm il-kontenitur magħluq sew. Evita li tibla’ bin-nifs fwar. Uża biss barra jew f’post ventilat sew. JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib. Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm frisk. Aħżen f’post imsakkar. Armi il-kontenitur fi punt tal-ġbir tal-iskart awtorizzat.. |
4. UŻU(IJIET) AWTORIZZATI
4.1. Deskrizzjoni użu
Tabella 1
Uża # 1 — għal diżinfezzjoni iġjenika tal-idejn, likwidu
Tip ta’ Prodott |
TP 01 - Iġjene tal-bniedem |
||||||
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Mhux rilevanti. |
||||||
Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Batterji istadju iżvilupp: ebda data isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Mycobacteria istadju iżvilupp: ebda data isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Ħmira istadju iżvilupp: ebda data isem xjentifiku: ebda data isem komuni: vajruses b’involukru istadju iżvilupp: ebda data |
||||||
Qasam tal-użu |
Indoor
|
||||||
Metodu(i) ta’ applikazzjoni |
Metodu: applikazzjoni manwali Deskrizzjoni dettaljata: għorik |
||||||
Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ Applikazzjoni: Dożaġġ: Mill-inqas 3 ml (uża d-dispensaturi: pereżempju issettja għal 1,5 ml għal kull moviment bl-id, 2 movimenti bl-id għal kull 3 ml) Ħin ta’ kuntatt: 30 s Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu Numru u ħin tal-applikazzjoni: M’hemm l-ebda restrizzjoni fin-numru ta’ applikazzjonijiet jew fil-ħin meta jsiru. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni. Il-prodott jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin u ta’ spiss skont kif meħtieġ. |
||||||
Kategorija(i) tal-utenti |
industrijali professjonali |
||||||
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
100, 125, 500, 1 000 ml fi flixkien tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/bojod b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP). Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000 ml tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE. |
4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu
Dawn il-prodotti jistgħu jiġu applikati direttament jew il-prodotti jistgħu jintużaw f’dispensatur jew b’pompa.
Għal għorik tal-idejn iġjeniku uża 3 ml tal-prodott u żomm l-idejn imxarrba għal 30 sekonda.
Timlax mill-ġdid.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.2. deskrizzjoni użu
Tabella 2
Uża # 2 – għad-diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn, likwidu
Tip ta’ Prodott |
TP 01 - Iġjene tal-bniedem |
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Mhux rilevanti. |
Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Batterji istadju iżvilupp: ebda data isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Mycobacteria istadju iżvilupp: ebda data isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Ħmira istadju iżvilupp: ebda data isem xjentifiku: ebda data isem komuni: vajruses b’involukru istadju iżvilupp: ebda data |
Qasam tal-użu |
Indoor Il-prodott jista’ jiġi applikat għal diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn fi sptarijiet u istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa oħrajn: diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn fuq idejn viżibbilment nodfa u xotti u l-parti t’isfel tad-driegħ. Għal użu professjonali biss. |
Metodu(i) ta’ applikazzjoni |
Metodu: applikazzjoni manwali Deskrizzjoni dettaljata: għorik |
Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ Applikazzjoni: Dożaġġ: Għorok ammont suffiċjenti f’porzjonijiet ta’ 3 ml (uża d-dispensaturi: pereżempju issettja għal 1,5 ml għal kull moviment bl-id, 2 movimenti bl-id għal kull 3 ml). Ħin ta’ kuntatt: 90 s Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu Numru u ħin tal-applikazzjoni: M’hemm l-ebda restrizzjoni fin-numru ta’ applikazzjonijiet jew fil-ħin meta jsiru. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni. Il-prodott jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin u ta’ spiss skont kif meħtieġ. |
Kategorija(i) tal-utenti |
professjonali |
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
100, 125, 500, 1 000 ml fi flixkien tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/bojod b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP). Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000 ml tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE. |
4.2.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu
Dawn il-prodotti jistgħu jiġu applikati direttament jew il-prodotti jistgħu jintużaw f’dispensatur jew b’pompa.
Għal għorik tal-idejn kirurġiku uża kemm hemm bżonn porzjonijiet ta’ 3 ml biex iżżomm l-idejn imxarrba għal 90 sekonda.
Timlax mill-ġdid.
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.2.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.2.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.2.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
5. DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)
5.1. Istruzzjonijiet għall-użu
Għal użu professjonali biss.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju
Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal.
Evita l-kuntatt mal-għajnejn.
5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Miżuri tal-ewwel għajnuna ġenerali: Ċaqlaq il-persuna affettwata miż-żona kontaminata u ħudha post ieħor. Ikseb parir/attenzjoni medika jekk tħossok ma tiflaħx. Jekk possibbli uri din il-folja.
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Ħu l-persuna f’post fejn hemm arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda b’ħafna ilma immedjatament. Imbagħad neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Kompli aħsel il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ immedjatament bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal mill-inqas 15-il minuta.
Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.
Informazzjoni għall-istaff tal-kura tas-saħħa/tabib: L-għajnejn iridu wkoll jiġu mlaħalħa ripetutament sakemm tkunu fit-triq għat-tabib jekk ikun hemm esponiment tal-għajn għal kimiċi alkalini (pH > 11), amini u aċidi bħal aċidu aċetiku, aċidu formiku jew aċidu propjoniku.
JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq immedjatament. Agħti xi ħaġa x’tixrob, jekk il-persuna esposta ma tkunx tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.
Miżuri f’każ ta’ ħruġ aċċidentali:
Waqqaf it-tnixxija jekk ma jkunx hemm periklu. Neħħi sorsi ta’ tqabbid ta’ nar. Oqgħod attent ħafna biex tevita ċarġis ta’ elettriku statiku. Ara li ma jkun hemm l-ebda fjammi mikxufin. M’hemmx tipjip.
Tħallix il-prodott jidħol fis-sistema tad-drenaġġ u sistemi pubbliċi tal-ilma.
Imsaħ b’materjal assorbenti (pereżempju biċċa għall-imsiħ). Assorbi t-tixrib b’solidi inerti, bħal tafal jew trab tad-diatomi kemm jista’ jkun malajr. Iġbor b’mod mekkaniku (billi tiknes, tiġbor b’pala). Armi f’konformità mar-regolamenti lokali rilevanti.
5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ir-rimi jrid isir skont ir-regolamenti uffiċjali. Tbattalx ġo drejns. Tarmix mal-iskart domestiku. Armi l-kontenut/kontenitur billi tieħdu f’post awtorizzat għall-ġbir tal-iskart. Battal l-ippakkjar kompletament qabel ir-rimi. Meta jkunu totalment vojta, il-kontenituri jistgħu jiġu riċiklati bħal kwalunkwe ppakkjar ieħor.
5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żmien kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 24 xahar
Aħżen f’post xott, frisk u b’ventilazzjoni tajba. Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Żomm ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.
Temperatura rakkomandata tal-ħżin: 0-30 °C
Taħżinx f’temperaturi taħt 0 °C
Taħżinx viċin ikel, xorb u għalf tal-annimali. Żomm ’il bogħod minn materjal kombustibbli.
6. INFORMAZZJONI OĦRA
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.