Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0954

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/954 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jikkoreġi l-Annessi XIII, XIV u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk ta’ ungulati, ta’ pollam u ta’ għasafar tal-kaċċa u ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom l-Unjoni mhijiex id-destinazzjoni finali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/3092

    ĠU L 128, 15.5.2023, p. 84–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/954/oj

    15.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 128/84


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/954

    tat-12 ta’ Mejju 2023

    li jikkoreġi l-Annessi XIII, XIV u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk ta’ ungulati, ta’ pollam u ta’ għasafar tal-kaċċa u ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom l-Unjoni mhijiex id-destinazzjoni finali

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistipula, inter alia, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, u japplika mill-21 ta’ April 2021. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali hu li dawk il-kunsinni jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, żona jew kompartiment tiegħu, elenkat f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew mit-territorji, jew miż-żoni, jew mill-kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li l-kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jingħataw permess jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiż terz jew mit-territorju, miż-żona jew mill-kompartiment tiegħu li jkun elenkat għall-ispeċijiet u għall-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament Delegat. Fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ġew stabbiliti listi simili f’bosta atti tal-Kummissjoni, inkluż fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) għall-kunsinni tal-pollam u tal-prodotti tal-pollam u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (5) għall-kunsinni ta’ ċerti annimali u laħam frisk. Ir-regolamenti (KE) Nru 798/2008 u (UE) Nru 206/2010 tħassru bir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 b’effett mill-21 ta’ April 2021.

    (4)

    It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati. Fit-titolu tal-kolonna 7 ta’ dik it-tabella, jenħtieġ li tiddaħħal nota f’qiegħ il-paġna biex tirrifletti n-nota f’qiegħ il-paġna stabbilita fit-titolu tal-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 li tipprevedi li laħam frisk miksub minn ungulati skarnati u ċertifikati qabel id-data tal-għeluq għandu jitħalla jidħol fl-Unjoni għal perjodu limitat biss.

    (5)

    Barra minn hekk, fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, fl-entrata għaż-żona BR-2 fil-Brażil, jenħtieġ li tiddaħħal il-kundizzjoni speċifika “Ma sar l-ebda tilqim” biex tirrifletti l-garanzija supplimentari “H” fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 peress li f’dik iż-żona fil-Brażil ma jitwettaq l-ebda tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer u għalhekk l-awtorità kompetenti tal-Brażil trid timplimenta sorveljanza seroloġika regolari biex turi n-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiha. Jenħtieġ għalhekk li t-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi kkoreġuta skont dan.

    (6)

    It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati. Jenħtieġ li fit-titolu tal-kolonna 6 ta’ dik it-tabella tiddaħħal nota f’qiegħ il-paġna biex tirrifletti n-nota f’qiegħ il-paġna stabbilita fit-titolu tal-kolonna 6 A tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 li tipprevedi li laħam frisk miksub minn pollam u minn tjur tal-kaċċa skarnati u ċertifikati qabel id-data tal-għeluq għandu jitħalla jidħol fl-Unjoni għal perjodu limitat biss. Jenħtieġ għalhekk li t-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi kkoreġuta skont dan.

    (7)

    It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom l-Unjoni mhijiex id-destinazzjoni finali. Fil-kolonna 5 ta’ dik it-tabella, fl-entrata għaż-żona RU-2 fir-Russja jenħtieġ li jiġi kkoreġut żball klerikali fir-rigward tal-isem taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali “BOV-X” indikat għal dik iż-żona sabiex jindika “BOV-X-TRANSIT-RU” f’konformità mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali bovini maħsuba għat-tranżitu mir-reġjun ta’ Kaliningrad lejn reġjuni oħra tar-Russja mit-territorju tal-Litwanja stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (6). Jenħtieġ għalhekk li t-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi kkoreġuta skont dan.

    (8)

    Jenħtieġ għalhekk li l-Annessi XIII, XIV u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan.

    (9)

    Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 japplika mill-21 ta’ April 2021, fl-interess taċ-ċertezza legali, u għall-faċilitazzjoni tan-negozju, jenħtieġ li l-korrezzjonijiet li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament isiru effettivi b’urġenza.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi XIII, XIV u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal- 24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).


    ANNESS

    (1)

    L-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa kkoreġut kif ġej:

    (a)

    fil-Parti 1, it-tabella hija kkoreġuta kif ġej:

    (i)

    it-titoli tal-kolonni tat-tabella huma sostitwiti b’dan li ġej:

    Kodiċi ISO u isem

    tal-pajjiż terz jew tat-territorju

    Kodiċi taż-żona

    kif stabbilit fil-Parti 2

    Speċijiet tal-oriġini tal-laħam

    permessi li jidħlu fl-Unjoni

    Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    kif stabbilit fil-Parti 3

    Garanziji tas-saħħa tal-annimali

    kif stabbilit fil-Parti 4

    Data tal-għeluq  (1)

    Data tal-ftuħ

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    (ii)

    l-entrata għaż-żona BR-2 fil-Brażil hija sostitwita b’dan li ġej:

    BR

    Il-Brażil

    BR-2

    Annimali bovini

    BOV

    Maturazzjoni, pH u dissussar

    Ma sar l-ebda tilqim

    Mingħajr ġewwieni

    Traċċabbiltà addizzjonali

     

     

    1.12.2008”

    (2)

    fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-titoli tal-kolonni tat-tabella huma sostitwiti b’dan li ġej:

    Kodiċi ISO u isem

    tal-pajjiż terz jew tat-territorju

    Kodiċi taż-żona

    kif stabbilit fil-Parti 2

    Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali tal-kategoriji permessi għad-dħul fl-Unjoni

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    kif stabbilit fil-Parti 3

    Garanziji addizzjonali

    kif stabbilit fil-Parti 4

    Data tal-għeluq  (2)

    Data tal-ftuħ

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    (3)

    fl-Anness XXII, fil-Parti 1, l-entrata għaż-żona RU-2 fir-Russja hija sostitwita b’dan li ġej:

    RU

    Ir-Russja

    RU-2

    Annimali bovini

     

    BOV-X-TRANSIT-RU

    Minn Kaliningrad lejn ir-Russja kontinentali minn ġol-Litwanja”.

     

     


    (1)  Il-kunsinni ta’ laħam frisk tal-ungulati skarnati u ċertifikati qabel id-data stabbilita fil-kolonna 7 għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ 90 jum minn dik id-data.”

    (2)  Il-kunsinni ta’ laħam frisk tal-pollam u tat-tjur tal-kaċċa skarnati u ċertifikati qabel id-data stabbilita fil-kolonna 6 għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ 90 jum minn dik id-data.”


    Top