EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0948

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/948 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju prodott mir-razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/3052

ĠU L 128, 15.5.2023, p. 52–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/948/oj

15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/52


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/948

tat-12 ta’ Mejju 2023

li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju prodott mir-razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss ikel ġdid awtorizzat u elenkat fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid li jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/82 (3) awtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-Unjoni tal-melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju miksub bil-fermentazzjoni mikrobjali bl-użu ta’ razza ġenetikament modifikata K12 DH1 tal-Escherichia coli bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(4)

Fil-15 ta’ Mejju 2020, il-kumpanija Chr. Hansen A/S (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tintroduċi l-melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju (“6′-SL”), miksub permezz tal-fermentazzjoni mikrobjali bl-użu ta’ żewġ razez ġenetikament modifikati (razza tal-produzzjoni u razza tad-degradazzjoni fakultattiva) derivati mir-razza ospitanti Escherichia coli BL21(DE3), fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-melħ tas-sodju tas-6′-SL prodott b’dan il-mod biex jintuża fil-formuli tat-trabi u fil-formuli ta’ prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fl-ikel ipproċessat abbażi ta’ ċereali għat-trabi u għat-tfal ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 minbarra l-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar, fix-xarbiet magħmulin mill-ħalib u f’prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar, u fis-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali. Għaldaqstant, fid-9 ta’ Diċembru 2022, l-applikant immodifika t-talba inizjali fl-applikazzjoni dwar l-użu tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL prodott mir-razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) fis-supplimenti tal-ikel biex jeskludi t-trabi u t-tfal żgħar. L-applikant ippropona wkoll li jenħtieġ li s-supplimenti tal-ikel li jkun fihom il-melħ tas-sodju tas-6′-SL prodott mir-razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) ma jiġux ikkunsmati jekk ikun ġie kkunsmat ikel ieħor b’melħ tas-sodju tas-6′-SL miżjud dakinhar stess.

(5)

Fil-15 ta’ Mejju 2020, l-applikant talab ukoll lill-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ studji u data xjentifiċi proprjetarji mressqa b’appoġġ tal-applikazzjoni, jiġifieri, il-validazzjoni tal-metodi tal-ispettrometrija tal-massa (“MS”), tar-riżonanza manjetika nukleari (“RMN”) u tal-kromatografija tal-iskambju tal-anjoni ta’ prestazzjoni għolja b’detezzjoni amperometrika bl-impulsi (“HPAEC-PAD”) u r-riżultati għad-determinazzjoni tal-identità tas-6′-SL u tal-prodotti sekondarji li huma karboidrati li jinsabu fl-ikel ġdid (6); deskrizzjoni (7) u ċertifikati ta’ depożizzjoni (8) tar-razez ġenetikament modifikati tal-produzzjoni u tad-degradazzjoni fakultattiva tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL; ir-rapporti ta’ validazzjoni tal-metodu u tas-sistema ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (“qPCR”) tar-razez ġenetikament modifikati tal-produzzjoni u tad-degradazzjoni fakultattiva tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL (9); it-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL (10); it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL (11); studju dwar it-tossiċità orali tal-firxa tad-doża ta’ 7 ijiem fil-firien bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL (12); u, studju ta’ 90 jum tat-tossiċità orali fil-firien bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL (13).

(6)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fil-11 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex twettaq valutazzjoni tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL miksub mill-fermentazzjoni mikrobjali bl-użu ta’ żewġ razez ġenetikament modifikati (razza tal-produzzjoni u razza ta’ degradazzjoni fakultattiva) derivati mir-razza ospitanti Escherichia coli BL21(DE3), bħala ikel ġdid.

(7)

Fis-26 ta’ Ottubru 2022, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha dwar “Safety of 6′-sialyllactose sodium salt produced by derivative strains of Escherichia coli BL21(DE3) as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (14) f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-melħ tas-sodju tas-6′-SL huwa sikur skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti għall-popolazzjonijiet fil-mira li ġew proposti. Għalhekk, dik l-opinjoni xjentifika tipprovdi biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-melħ tas-sodju tas-6′-SL prodott mir-razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3), meta jintuża fil-formuli tat-trabi u fil-formuli ta’ prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, fl-ikel ipproċessat abbażi ta’ ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar u fl-ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, fl-ikel għal skopijiet mediċi (UE) Nru 609/2013 minbarra l-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar, fix-xarbiet magħmulin mill-ħalib u f’prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar, u fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(9)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità nnotat li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid kienet ibbażata fuq studji u data xjentifiċi mressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni, mill-validazzjoni tal-metodu tal-ispettrometrija tal-massa (“MS”), tar-riżonanza manjetika nukleari (“RMN”) u tal-kromatografija tal-iskambju tal-anjoni ta’ prestazzjoni għolja b’detezzjoni amperometrika bl-impulsi (“HPAEC-PAD”) u mir-riżultati għad-determinazzjoni tal-identità tas-6′-SL u tal-prodotti sekondarji li huma karboidrati li jinsabu fl-ikel ġdid; id-deskrizzjoni u ċ-ċertifikati ta’ depożizzjoni tar-razez ġenetikament modifikati tal-produzzjoni u tad-degradazzjoni fakultattiva tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL; ir-rapporti ta’ validazzjoni tal-metodu u tas-sistema ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (“qPCR”) tar-razez ġenetikament modifikati tal-produzzjoni u tad-degradazzjoni fakultattiva tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL; it-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL; l-istudju dwar it-tossiċità orali tal-firxa tad-doża ta’ 7 ijiem fil-firien bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL; u l-istudju ta’ 90 jum tat-tossiċità orali fil-firien bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL, li jinsabu fil-fajl tal-applikant, u li mingħajrhom ma setgħetx tivvaluta l-ikel ġdid u tasal għall-konklużjoni tagħha.

(10)

Il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dawk l-istudji u d-data xjentifiċi u biex jiċċara t-talba tiegħu għal dritt esklużiv ta’ referenza għalihom f’konformità mal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(11)

L-applikant iddikjara li kellu drittijiet proprjetarji u esklużivi ta’ referenza għad-data u għall-istudji xjentifiċi mressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri, il-validazzjoni tal-metodu tal-ispettrometrija tal-massa (“MS”), tar-riżonanza manjetika nukleari (“RMN”) u tal-kromatografija tal-iskambju tal-anjoni bi prestazzjoni għolja b’detezzjoni amperometrika bl-impulsi (“HPAEC-PAD”) u r-riżultati għad-determinazzjoni tal-identità tas-6′-SL u tal-prodotti sekondarji li huma karboidrati li jinsabu fl-ikel ġdid; id-deskrizzjoni u ċ-ċertifikati ta’ depożizzjoni tar-razez ġenetikament modifikati tal-produzzjoni u tad-degradazzjoni fakultattiva tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL; ir-rapporti ta’ validazzjoni tal-metodu u tas-sistema ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (“qPCR”) tar-razez ġenetikament modifikati tal-produzzjoni u tad-degradazzjoni fakultattiva tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL; it-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL; l-istudju dwar it-tossiċità orali tal-firxa tad-doża ta’ 7 ijiem fil-firien bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL; u l-istudju ta’ 90 jum tat-tossiċità orali fil-firien bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL, skont id-dritt nazzjonali fiż-żmien li ressaq l-applikazzjoni u li l-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu b’mod legali għal dik id-data u l-istudji.

(12)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u qieset li l-applikant wera b’mod sostanzjali biżżejjed li kien issodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, l-istudji u d-data xjentifiċi mressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri, validazzjoni tal-metodu tal-ispettrometrija tal-massa (“MS”), tar-riżonanza manjetika nukleari (“RMN”) u tal-kromatografija tal-iskambju tal-anjoni bi prestazzjoni għolja b’detezzjoni amperometrika bl-impulsi (“HPAEC-PAD”) u r-riżultati għad-determinazzjoni tal-identità tas-6′-SL u tal-prodotti sekondarji li huma karboidrati li jinsabu fl-ikel ġdid; id-deskrizzjoni u ċ-ċertifikati ta’ depożizzjoni tar-razez ġenetikament modifikati tal-produzzjoni u tad-degradazzjoni fakultattiva tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL; ir-rapporti ta’ validazzjoni tal-metodu u tas-sistema ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (“qPCR”) tar-razez ġenetikament modifikati tal-produzzjoni u tad-degradazzjoni fakultattiva tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL; it-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL; l-istudju dwar it-tossiċità orali tal-firxa tad-doża ta’ 7 ijiem fil-firien bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL; u l-istudju ta’ 90 jum tat-tossiċità orali fil-firien bil-melħ tas-sodju tas-6′-SL, jenħtieġ li jiġu protetti f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat jintroduċi l-melħ tas-sodju tas-6′-SL prodott b’razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) fis-suq fl-Unjoni matul perjodu ta’ 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL prodott b’razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) u tar-referenza għad-data xjentifika fil-fajl tal-applikant għall-użu tiegħu biss, ma twaqqafx lil applikanti sussegwenti milli japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jintroduċu l-istess ikel ġdid fis-suq, dment li l-applikazzjoni tagħhom tissejjes fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa din l-awtorizzazzjoni.

(14)

Fi qbil mal-kondizzjonijiet tal-użu tas-supplimenti tal-ikel li fihom il-melħ tas-sodju tas-6′-SL prodott b’razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3), kif propost mill-applikant, huwa meħtieġ li l-konsumaturi jiġu mgħarrfa permezz tat-tikkettar xieraq li jenħtieġ li s-supplimenti tal-ikel li fihom il-melħ tas-sodju tas-6′-SL ma jiġux ikkunsmati mit-trabi u mit-tfal taħt it-3 snin u jenħtieġ li ma jiġux ikkunsmati jekk ikel ieħor b’melħ tas-sodju tas-6′-SL miżjud jiġi kkunsmat dakinhar stess.

(15)

Jixraq li l-inklużjoni tal-melħ tas-sodju tas-6′-SL prodott b’razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid ikun fiha wkoll il-kondizzjonijiet tal-użu meħtieġa, l-ispeċifikazzjonijiet u informazzjoni oħra relatata mal-awtorizzazzjoni tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(16)

Jenħtieġ li l-melħ tas-sodju tas-6′-SL prodott b’razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) jiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju prodott b’razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) huwa awtorizzat li jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni.

Il-melħ tas-sodju tas-6′-Sijalilattożju prodott b’razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) għandu jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kumpanija Chr. Hansen A/S (15) biss hija awtorizzata li tintroduċi l-ikel ġdid fis-suq tal-Unjoni, imsemmi fl-Artikolu 1, għal perjodu ta’ 5 snin mill-4 ta’ Ġunju 2023, sakemm xi applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għal dak l-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data xjentifika protetta skont l-Artikolu 3 jew bi ftehim ma’ Chr. Hansen A/S.

Artikolu 3

Id-data xjentifika li tinsab fil-fajl tal-applikazzjoni u li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283 ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti tul perjodu ta’ 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta’ Chr. Hansen A/S.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/82 tas-27 ta’ Jannar 2021 li jawtorizza t-tqegħid fis suq tal-melħ tas-sodju tas-6′-sijalillattożju bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 29, 28.1.2021, p. 16).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(5)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(6)  Chr. Hansen 2018 u 2021 (mhux ippubblikat).

(7)  Chr. Hansen 2021 (mhux ippubblikat).

(8)  Chr. Hansen 2020 u 2021 (mhux ippubblikat).

(9)  Chr. Hansen 2014 u 2021 (mhux ippubblikat).

(10)  Chr. Hansen 2018 (mhux ippubblikat) u Parschat K., Oehme A., Leuschner J., Jennewein S., u Parkot J. 2020. A safety evaluation of mixed human milk oligosaccharides in rats. Food and Chemical Toxicology, 136, 111118.

(11)  Chr. Hansen 2018 (mhux ippubblikat) u Parschat K., Oehme A., Leuschner J., Jennewein S., and Parkot J. 2020. A safety evaluation of mixed human milk oligosaccharides in rats. Food and Chemical Toxicology, 136, 111118.

(12)  Chr. Hansen 2018 u 2021 (mhux ippubblikat) u Parschat K., Oehme A., Leuschner J., Jennewein S., u Parkot J. 2020. A safety evaluation of mixed human milk oligosaccharides in rats. Food and Chemical Toxicology, 136, 111118.

(13)  Chr. Hansen 2019 u 2021 (mhux ippubblikat) u Parschat K., Oehme A., Leuschner J., Jennewein S., u Parkot J. 2020. A safety evaluation of mixed human milk oligosaccharides in rats. Food and Chemical Toxicology, 136, 111118.

(14)  EFSA Journal 2022;20(12):7645.

(15)  Indirizz: Boege Allé 10-12, 2970 Hoersholm, id-Danimarka.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika:

Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Protezzjoni tad-Data

Melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju (6′-SL)

(prodott mir-razez derivattivi tal-E. coli BL21(DE3))

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun “melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju”.

It-tikketti tas-supplimenti tal-ikel li fihom il-melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju (6′-SL) għandu juri stqarrija li

(a)

ma għandhomx jiġu kkunsmati mit-tfal taħt it-3 snin;

(b)

ma għandhomx jiġu kkunsmati jekk ikel ieħor li jkun fih il-melħ tas-sodju tas-6′-sijalillattożju miżjud jiġi kkunsmat dakinhar stess.

 

Awtorizzat nhar l-4 ta’ Ġunju 2023. Din l-inklużjoni hija bbażata fuq evidenza u data xjentifiċi proprjetarji protetti f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

L-applikant: “Chr. Hansen A/S”, Boege Allé 10-12, 2970 Hoersholm, id-Danimarka. Tul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, l-ikel ġdid melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju huwa awtorizzat li jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni minn Chr. Hansen A/S biss dment li ma jkunx hemm applikant sussegwenti li jikseb awtorizzazzjoni għal dan l-ikel ġdid mingħajr ma jirreferi għall-evidenza xjentifika jew għad-data xjentifika proprjetarja protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bi ftehim ma’ “Chr. Hansen A/S”.

Data tat-tmiem tal-protezzjoni tad-data: l-4 ta’ Ġunju 2028.”

Formula tat-trabi kif definita fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,70 g/L fil-prodott finali lest biex jiġi kkonsmat, ikkummerċjalizzat tali kwali jew biex jiġi rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

Formula ta’ prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,70 g/L fil-prodott finali lest biex jiġi kkonsmat, ikkummerċjalizzat tali kwali jew biex jiġi rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

Ikel proċessat abbażi ta’ ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar u ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,70 g/L jew 0,70 g/kg fil-prodott finali lest biex jiġi kkonsmat, ikkummerċjalizzat tali kwali jew biex jiġi rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

Xarbiet magħmulin mill-ħalib u xarbiet simili maħsuba għat-tfal żgħar

0,70 g/L fil-prodott finali lest biex jiġi kkonsmat, ikkummerċjalizzat tali kwali jew biex jiġi rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit skont ir-Regolament (UE) Nru 609/2013

F’konformità mar-rekwiżiti nutrittivi partikolari tat-trabi u tat-tfal żgħar li għalihom huma maħsuba l-prodotti iżda fi kwalunkwe każ mhux ogħla minn 0,70 g/L jew 0,70 g/kg fil-prodott finali lest biex jiġi kkonsmat, ikkummerċjalizzat bħala tali jew rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit skont ir-Regolament (UE) Nru 609/2013, minbarra l-ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar

F’konformità mar-rekwiżiti nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsuba l-prodotti

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar

1,8 g kuljum

(2)

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika:

Ikel ġdid awtorizzat

Speċifikazzjoni

Melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju (6′-SL)

(prodott mir-razez derivattivi tal-E. coli BL21(DE3))

Deskrizzjoni:

Il-melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju (6′-SL) huwa trab jew agglomerat ippurifikat abjad jew abjad miksur prodott permezz ta’ proċess mikrobjali u li fih livelli limitati ta’ lattożju, tas-6’-sijalil-lattulożju u tal-aċidu sijaliku.

Definizzjoni:

 

Isem kimiku: Melħ tas-sodju ta’ N-Aċetil-α-D-newraminil-(2→6)-β-D-galattopiranosil-(1→4)-D-glukożju

 

Formula kimika: C23H38NO19Na

 

Massa molekolari: 655,53 Da

 

Nru tal-CAS: 157574–76–0

Sors: Żewġ razez ġenetikament modifikati (razza tal-produzzjoni u razza tad-degradazzjoni fakultattiva) tal-Escherichia coli BL21(DE3)

Karatteristiki/Kompożizzjoni:

 

Melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju (% tal-materja niexfa): ≥ 90,0 % (w/w)

 

6′-Sijalillattożju (% ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 % (w/w)

 

D-Lattożju (% ta’ materja niexfa): ≤ 5,0 % (w/w)

 

Aċidu sialiku (% ta’ materja niexfa): ≤ 2,0 % (w/w)

 

N-aċetil-D-glukożammina (% ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 % (w/w)

 

Total ta’ karboidrati oħra (% ta’ materja niexfa)a: ≤ 5,0 % (w/w)

 

Indewwa: ≤ 9,0 % (w/w)

 

Irmied: ≤ 8,5 % (w/w)

 

Proteina residwa: ≤ 0,01 % (w/w)

 

Sodju: ≤ 4,2 % (w/w)

Kontaminanti:

 

Arseniku: ≤ 0,2 (mg/kg)

 

Aflatossina M1: ≤ 0,025 (μg/kg)

Kriterji mikrobijoloġiċi:

 

L-għadd tal-kolonji standard: ≤ 1 000 CFU/g

 

Enterobacriaceae: ≤ 10 CFU/g

 

Salmonella spp.: Assenti f’25 g

 

Ħmira u moffa: ≤ 100 CFU/g

 

Cronobacter spp.: Assenti f’10 g

 

Endotossini residwi: ≤ 10 UE/mg

 

a Somma ta’ karboidrati oħra = 100 (% (w/w) ta’ materja niexfa) — melħ tas-sodju tas-6′-Sijalillattożju (% (w/w) ta’ materja niexfa) - karboidrati kwantifikati (% (w/w) ta’ materja niexfa) — Irmied (% (w/w) ta’ materja niexfa); CFU: Unitajiet li jiffurmaw kolonji (Colony Forming Units); EU: Unitajiet ta’ Endotossini”


Top