EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1519

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1519 tal-20 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu

ST/10723/2023/INIT

ĠU L 184, 21.7.2023, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1519/oj

21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1519

tal-20 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu.

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tapplika sal-31 ta’ Lulju 2023. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu mġedda sal-31 ta’ Lulju 2024.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2024 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1277 tat-30 ta’ Lulju 2021 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu (ĠU L 277 I, 2.8.2021, p. 16).


Top