Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1193

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1193 tal-11 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi l-miżuri għall-qerda tar-Ralstonia solanacearum (Smith 1896) Yabuuchi et al. 1996 emend. Safni et al. 2014 u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu

    C/2022/4754

    ĠU L 185, 12.7.2022, p. 27–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/07/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1193/oj

    12.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 185/27


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1193

    tal-11 ta’ Lulju 2022

    li jistabbilixxi l-miżuri għall-qerda tar-Ralstonia solanacearum (Smith 1896) Yabuuchi et al. 1996 emend. Safni et al. 2014 u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punt (a), u l-punti (c) sa (h) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2016/2031 jipprovdi l-bażi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti. Billi dak ir-Regolament jistabbilixxi sett ġdid ta’ regoli, huwa jħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022, diversi atti li kienu bbażati fuq ir-regoli preċedenti fis-settur.

    (2)

    Wieħed minn dawk l-atti mħassra huwa d-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE (2) li stabbiliet miżuri kontra l-pest Ralstonia solanacearum (Smith 1896) Yabuuchi et al. 1996, li aktar tard ingħata l-isem ta’ Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. 1996 emend. Safni et al. 2014 (“il-pest speċifikat”), l-aġent patoġeniku tal-marda tat-taħsir kannella tal-patata.

    (3)

    Barra minn hekk, mill-adozzjoni ta’ dik id-Direttiva, saru żviluppi xjentifiċi ġodda li jikkonċernaw il-bijoloġija u d-distribuzzjoni tal-pest speċifikat, filwaqt li ġew żviluppati metodi ġodda ta’ ttestjar biex jinsab u jiġi identifikat dan il-pest, kif ukoll metodi li jeqirduh, u li jipprevjenu li jinfirex.

    (4)

    Għalhekk, jixraq li jiġu adottati miżuri ġodda għall-pjanti tas-Solanum tuberosum L. (patata), minbarra ż-żrieragħ, u l-pjanti, għajr il-frott u ż-żrieragħ, tas-Solanum lycopersicum (L.) Karsten ex Farw (tadam) (“il-pjanti speċifikati”), biex jinqered il-pest speċifikat f’każ li jinstab fit-territorju tal-Unjoni, u biex ma jitħalliex jinfirex. Ċerti miżuri stabbiliti fid-Direttiva 98/57/KE, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-qerda u l-prevenzjoni tat-tifrix tal-pest speċifikat, għadhom, madankollu, xierqa u għalhekk jenħtieġ li jiġu previsti.

    (5)

    Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu stħarriġiet annwali għall-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti speċifikati fit-territorju tagħhom, sabiex jiżguraw id-detezzjoni l-aktar effettiva u bikrija ta’ dak il-pest. Ir-regoli dwar l-istħarriġ annwali jenħtieġ li jiġu adattati għall-użu maħsub tal-pjanti speċifikati, biex jiġi żgurat li l-ispezzjonijiet viżivi, it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar isiru fl-aktar żmien xieraq u taħt l-aktar kundizzjonijiet xierqa għal kull pjanta u l-użu tagħha.

    (6)

    F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-pest speċifikat, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċerat twettaq l-ittestjar f’konformità mal-istandards internazzjonali, sabiex tikkonferma jew tikkonfuta dik il-preżenza.

    (7)

    Fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tiġi kkonfermata, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tieħu l-miżuri x-xierqa mingħajr dewmien biex teqirdu u biex tipprevjeni li jkompli jinfirex. Jenħtieġ li l-ewwel waħda minn dawk il-miżuri tkun l-istabbiliment ta’ żona demarkata.

    (8)

    Jenħtieġ li jiġu previsti miżuri oħra ta’ eradikazzjoni. Jenħtieġ li l-pjanti speċifikati ddeżinjati bħala infettati mill-pest speċifikat ma jitħawlux fit-territorju tal-Unjoni, u jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tiżgura li l-pjanti speċifikati infettati jinqerdu jew jintremew b’xi mod ieħor, f’kundizzjonijiet li jipprevjenu li l-pest speċifikat ikompli jinfirex. Jenħtieġ li jiġu previsti miżuri speċifiċi fir-rigward tal-ittestjar, tal-kampjunar u tal-azzjonijiet fuq il-post, sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli tat-tifrix tal-pest speċifikat. Jenħtieġ li jiġu previsti miżuri speċifiċi biex jiġi evitat li l-pest speċifikat jinfirex barra miż-żoni demarkati permezz ta’ ilma tal-wiċċ infettat u permezz ta’ pjanti ospitanti solanaċji kkultivati jew selvaġġi.

    (9)

    Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biex jiġi żgurat li japplika mill-aktar fis possibbli wara t-tħassir tad-Direttiva 98/57/KE.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri bl-iskop li jinqered ir-Ralstonia solanacearum (Smith 1896) Yabuuchi et al. 1996 emend. Safni et al. 2014, li huwa l-kawża tat-tħassir kannella tal-patata, u l-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu fit-territorju tal-Unjoni.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “il-pest speċifikat” tfisser Ralstonia solanacearum (Smith 1896) Yabuuchi et al. 1996 emend. Safni et al. 2014;

    (2)

    “pjanti speċifikati” tfisser pjanti tas-Solanum tuberosum L. (patata), għajr iż-żrieragħ, u l-pjanti, għajr il-frott u ż-żrieragħ, tas-Solanum lycopersicum (L.) Karsten ex Farw (tadam);

    (3)

    “pjanti ospitanti solanaċji” tfisser pjanti selvaġġi u kkultivati tas-Solanaceae;

    (4)

    “pjanti speċifikati volontiera” tfisser pjanti speċifikati li jidhru fil-postijiet tal-produzzjoni mingħajr ma jkunu tħawlu;

    (5)

    “tuberi maħsuba biex jitħawlu fil-post tal-produzzjoni tagħhom” tfisser tuberi prodotti f’post speċifiku tal-produzzjoni li huma maħsuba biex jibqgħu f’dak il-post b’mod permanenti u ma humiex maħsuba biex jiġu ċċertifikati.

    Artikolu 3

    Stħarriġiet annwali

    1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġ annwali għall-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti speċifikati fit-territorju tagħhom, fl-ilma tal-wiċċ użat għall-irrigazzjoni tal-pjanti speċifikati, u fl-iskart likwidu, f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    fir-rigward tat-tuberi għajr dawk għat-tħawwil, l-istħarriġ għandu jinkludi:

    (i)

    il-kampjunar minn lottijiet tat-tuberi maħżuna jew mill-għalla li tkun qed tikber, kemm jista’ jkun tard bejn it-tnixxif tal-faxxini u l-ħsad;

    (ii)

    spezzjoni viżiva tal-għalla li tkun qed tikber meta jkun possibbli li jiġu identifikati b’mod viżiv is-sintomi tal-pest speċifikat, u spezzjoni viżiva tat-tuberi maqtugħin, fil-każijiet meta dik l-ispezzjoni tkun xierqa biex jiġu individwati s-sintomi tal-pest speċifikat;

    (b)

    fir-rigward tat-tuberi għat-tħawwil, għajr dawk maħsuba għat-tħawwil fil-post tal-produzzjoni tagħhom, l-istħarriġ għandu jinkludi b’mod sistematiku spezzjoni viżiva tal-għelejjel li jkunu qed jikbru u tal-lottijiet fil-ħżin, kampjunar fil-ħżin jew kampjunar mill-għelejjel li jkunu qed jikbru kemm jista’ jkun tard bejn it-tnixxif tal-faxxini u l-ħsad;

    (c)

    fir-rigward tat-tuberi maħsuba biex jitħawlu fil-post tal-produzzjoni tagħhom, l-istħarriġ għandu jitwettaq abbażi tar-riskju identifikat li jikkonċerna l-preżenza tal-pest speċifikat u għandu jinkludi:

    (i)

    il-kampjunar minn lottijiet tat-tuberi maħżuna jew mill-għalla li tkun qed tikber, kemm jista’ jkun tard bejn it-tnixxif tal-faxxini u l-ħsad;

    (ii)

    spezzjoni viżiva tal-għalla li tkun qed tikber meta jkun possibbli li jiġu identifikati b’mod viżiv is-sintomi tal-pest speċifikat, u spezzjoni viżiva tat-tuberi maqtugħin, fil-każijiet meta dik l-ispezzjoni tkun xierqa biex jiġu individwati s-sintomi tal-pest speċifikat;

    (d)

    fir-rigward tal-pjanti tat-tadam, l-istħarriġ għandu jinkludi spezzjoni viżiva, fi żminijiet xierqa, ta’ mill-inqas l-għalla li tkun qed tikber fil-post tal-produzzjoni tal-pjanti maħsuba għat-tħawwil mill-ġdid;

    (e)

    fir-rigward tal-pjanti ospitanti solanaċji, għajr il-pjanti speċifikati, u l-ilma tal-wiċċ u l-iskart likwidu, l-istħarriġ għandu jitwettaq f’konformità ma’ metodi xierqa u, fejn jixraq, għandhom jittieħdu l-kampjuni.

    2.   In-numru, l-oriġini u ż-żmien tal-ġbir tal-kampjuni għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji xjentifiċi u statistiċi sodi u fuq il-bijoloġija tal-pest speċifikat, filwaqt li jitqiesu s-sistemi partikolari tal-produzzjoni tal-patata u tat-tadam tal-Istati Membri kkonċernati.

    3.   Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-riżultati tal-istħarriġ annwali li jkunu wettqu matul is-sena kalendarja preċedenti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Huma għandhom jirrapportaw ir-riżultati ta’ dak l-istħarriġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II.

    Artikolu 4

    Miżuri f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-pest speċifikat

    1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kampjuni li jittieħdu għall-fini tal-istħarriġ jiġu soġġetti għat-testijiet ta’ detezzjoni msemmija fil-punt 2.1 tal-Anness I.

    2.   Sakemm joħorġu r-riżultati tat-testijiet ta’ detezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha:

    (a)

    tipprojbixxi l-ġarr tal-pjanti speċifikati mill-għelejjel, mil-lottijiet jew mill-kunsinni kollha li minnhom ittieħdu l-kampjuni, ħlief tal-pjanti speċifikati taħt il-kontroll tagħha li għalihom ikun ġie stabbilit li ma hemm l-ebda riskju identifikabbli tat-tifrix tal-pest speċifikat;

    (b)

    tittraċċa l-oriġini tal-preżenza suspettata;

    (c)

    twettaq kontroll uffiċjali tal-ġarr ta’ kwalunkwe pjanta speċifikata, għajr dawk imsemmija fil-punt (a), prodotta fil-post tal-produzzjoni li minnu jkunu ttieħdu l-kampjuni msemmija fil-punt (a);

    (d)

    tipprojbixxi l-użu tal-ilma tal-wiċċ fuq pjanti speċifikati u fuq pjanti ospitanti solanaċji oħrajn ikkultivati sakemm tiġi kkonfermata jew miċħuda l-preżenza tal-pest speċifikat fl-ilma tal-wiċċ, ħlief fejn tippermetti l-użu tal-ilma tal-wiċċ fuq it-tadam u fuq pjanti ospitanti solanaċji oħrajn imkabbra fis-serer, bil-kundizzjoni li l-ilma jiġi ddiżinfettat permezz ta’ metodi xierqa awtorizzati mill-awtorità kompetenti.

    3.   Sakemm joħorġu r-riżultati tat-testijiet ta’ detezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ementi kollha elenkati hawn taħt jinżammu u jiġu ppreżervati b’mod xieraq:

    (a)

    it-tuberi kollha li jkun baqa’ li jkunu ġew kampjunati u, kull meta jkun possibbli, il-pjanti kollha kampjunati li jifdal;

    (b)

    l-estratti tal-pjanti speċifikati li jifdal, l-estratti tad-DNA u l-materjal addizzjonali ppreparat għat-test;

    (c)

    il-kultura pura, fejn xieraq;

    (d)

    id-dokumentazzjoni rilevanti kollha.

    4.   Meta jiġi kkonfermat is-suspett tal-preżenza tal-pest speċifikat f’konformità mal-punt 1.1 tal-Anness I, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-testijiet imsemmija fl-Anness I jitwettqu fuq il-kampjuni li jkunu ttieħdu għall-fini tal-istqarrijiet biex tiġi kkonfermata jew kkonfutata l-preżenza tal-pest speċifikat.

    Artikolu 5

    Miżuri f’każ ta’ konferma tal-preżenza tal-pest speċifikat

    1.   Fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tiġi kkonfermata f’konformità mal-punt 1.2 tal-Anness I, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 6.

    2.   Meta tiġi kkonfermata l-preżenza tal-pest speċifikat fuq pjanti speċifikati, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, twettaq il-miżuri kollha li ġejjin:

    (a)

    tistabbilixxi investigazzjoni biex jiġu stabbiliti l-firxa u s-sors(i) primarju/i tal-infezzjoni f’konformità mal-Anness III, permezz ta’ testijiet oħra f’konformità mal-Artikolu 4(1), fuq mill-inqas l-istokkijiet kollha tat-tuberi għat-tħawwil relatati klonalment;

    (b)

    tistabbilixxi żona demarkata, li għandha tikkonsisti mill-inqas minn żona infestata li jkun fiha l-elementi kollha li ġejjin:

    (i)

    il-pjanti speċifikati, il-kunsinni u/jew il-lottijiet, il-vetturi, il-bastimenti, l-imħażen, jew unitajiet tagħhom li minnhom ikun ittieħed kampjun ta’ pjanta speċifikata infettata, kull oġġett ieħor inkluż il-materjal tal-imballaġġ, u l-makkinarju li ntuża fil-produzzjoni, fit-trasport jew fil-ħżin ta’ dawk il-pjanti speċifikati, u, fejn xieraq, il-postijiet tal-produzzjoni jew is-siti tal-produzzjoni fejn tkabbru jew inħasdu dawk il-pjanti speċifikati;

    (ii)

    it-tipi kollha ta’ oġġetti elenkati fil-punt (i) li dwarhom jiġi ddeterminat li probabbilment huma infettati mill-pest speċifikat, permezz ta’ kuntatt qabel jew wara l-ħsad, jew permezz ta’ passi ta’ produzzjoni, ta’ irrigazzjoni jew ta’ tbexxix simultanji tal-pjanti speċifikati infettati u filwaqt li jitqiesu l-elementi elenkati fil-punt 1 tal-Anness IV;

    (c)

    fejn jeħtieġ biex tindirizza r-riskju fitosanitarju, tistabbilixxi żona ta’ lqugħ madwar iż-żona infestata filwaqt li tqis l-elementi tat-tifrix possibbli tal-pest speċifikat kif imsemmi fil-punt 2 tal-Anness IV;

    (d)

    tiddeżinja:

    (i)

    l-oġġetti elenkati fil-punt (b)(i) bħala infettati;

    (ii)

    l-oġġetti elenkati fil-punt (b)(ii) bħala probabbilment infettati.

    3.   Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tiġi kkonfermata fuq għelejjel ta’ pjanti ospitanti solanaċji apparti mill-pjanti speċifikati, u fejn il-produzzjoni tal-pjanti speċifikati tiġi identifikata f’riskju, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

    (a)

    tistabbilixxi investigazzjoni biex jiġu stabbiliti l-firxa u s-sors(i) primarju/i tal-infezzjoni f’konformità mal-Anness III, permezz ta’ testijiet oħra f’konformità mal-Artikolu 4(1), fuq mill-inqas l-istokkijiet kollha tat-tuberi għat-tħawwil relatati klonalment; u

    (b)

    tistabbilixxi żona demarkata, li għandha tikkonsisti minn żona infestata.

    Iż-żona infestata għandu jkun fiha dan li ġej:

    (a)

    il-pjanti ospitanti li minnhom ikun ittieħed il-kampjun infettat;

    (b)

    il-pjanti ospitanti li jistgħu jiġu infettati mill-pest speċifikat u li huma ddeżinjati bħala probabbilment infettati, permezz ta’ kuntatt ta’ qabel jew ta’ wara l-ħsad, jew permezz ta’ passi simultanji ta’ produzzjoni, irrigazzjoni jew tbexxix mal-pjanti ospitanti infettati.

    L-awtorità kompetenti għandha tiddeżinja:

    (a)

    il-pjanti ospitanti msemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (a), bħala infettati;

    (b)

    il-pjanti ospitanti msemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (b), bħala probabbilment infettati.

    4.   Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tiġi kkonfermata fl-ilma tal-wiċċ, fl-iskariki tal-iskart likwidu mill-ipproċessar industrijali jew mill-impjanti tal-imballaġġ li jittrattaw il-pjanti speċifikati, jew fuq pjanti ospitanti solanaċji selvaġġi assoċjati u meta l-produzzjoni tal-pjanti speċifikati tiġi identifikata f’riskju permezz tal-irrigazzjoni, ta’ tbexxix jew ta’ għargħar bl-ilma tal-wiċċ, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

    (a)

    tistabbilixxi investigazzjoni f’konformità mal-Anness III, tinkludi stħarriġ fi żminijiet xierqa fuq kampjuni tal-ilma tal-wiċċ u tal-iskart likwidu, u fuq pjanti ospitanti solanaċji, jekk ikun hemm preżenti, sabiex tiddetermina kemm infirxet l-infezzjoni; u

    (b)

    tistabbilixxi żona demarkata li jkun fiha żona infestata filwaqt li jitqiesu l-elementi tat-tifrix possibbli tal-pest speċifikat kif imsemmi fil-punt 2 tal-Anness IV.

    Iż-żona infestata għandu jkun fiha dan li ġej:

    (a)

    l-ilma tal-wiċċ li minnu jkun ittieħed/ittieħdu il-kampjun(i) infettat(i);

    (b)

    l-ilma tal-wiċċ li jista’ jiġi infettat, filwaqt li jitqiesu l-elementi elenkati fil-punt 1 tal-Anness IV.

    L-awtorità kompetenti għandha tiddeżinja:

    (a)

    l-ilma tal-wiċċ imsemmi fit-tieni subparagrafu, il-punt (a), bħala infettat;

    (b)

    l-ilma tal-wiċċ imsemmi fit-tieni subparagrafu, il-punt (b), bħala probabbilment infettat.

    5.   Meta Stat Membru jkun ippreżenta notifika ta’ tifqigħa fl-EUROPHYT, l-Istati Membri ġirien li ssir referenza għalihom fin-notifika għandhom jiddeterminaw il-firxa tal-infezzjoni probabbli u għandhom jistabbilixxu żona demarkata f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4. F’każ ta’ tifqigħa fl-ilma tal-wiċċ, ma għandhiex tkun meħtieġa notifika għall-ilma tal-wiċċ infettat li jinsab f’żoni li huma diġà demarkati.

    6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-elementi kollha elenkati hawn taħt jinżammu u jiġu ppreżervati b’mod xieraq:

    (a)

    il-materjal speċifikat fl-Artikolu 4(3) għallinqas sakemm jitlestew it-testijiet kollha;

    (b)

    il-materjal relatat mat-tieni test ta’ detezzjoni u mat-testijiet ta’ identifikazzjoni meta jkun xieraq, sakemm jitlestew it-testijiet kollha;

    (c)

    jekk japplika, il-kultura pura tal-pest speċifikat, sa mill-inqas xahar wieħed wara l-proċedura ta’ notifika skont il-paragrafu 5.

    Artikolu 6

    Miżuri għall-qerda tal-pest speċifikat

    1.   Il-pjanti speċifikati ddeżinjati bħala infettati mill-pest speċifikat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i), ma għandhomx jitħawlu. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-pjanti speċifikati infettati jinqerdu jew inkella jintremew, f’konformità mal-punt 1 tal-Anness V sakemm jiġi stabbilit li ma hemm l-ebda riskju identifikabbli tat-tifrix tal-pest speċifikat.

    Meta l-pjanti speċifikati jkunu tħawlu qabel ma ġew iddeżinjati bħala infettati, il-materjal imħawwel għandu jinqered jew jintrema b’xi mod ieħor immedjatament f’konformità mal-punt 1 tal-Anness V. Is-sit(i) ta’ produzzjoni fejn tħawlu l-pjanti speċifikati infettati għandu/għandhom jiġi/jiġu ddeżinjat(i) bħala infettat(i). Għandha tiġi stabbilita żona demarkata f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (b).

    2.   Pjanti speċifikati ddeżinjati bħala probabbilment infettati skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(ii), u pjanti speċifikati li ġie identifikat riskju minnhom skont l-Artikolu 5(4) ma għandhomx jitħawlu u għandhom, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jitqiegħdu għal użu jew għal rimi xieraq kif speċifikat fil-punt 2 tal-Anness V, sakemm jiġi stabbilit li ma hemm l-ebda riskju identifikabbli li jinfirex il-pest speċifikat.

    Meta l-pjanti speċifikati jkunu tħawlu qabel ma jiġu ddeżinjati bħala probabbilment infettati, il-materjal imħawwel għandu jinqered minnufih jew għandhom japplikaw il-miżuri kif speċifikat fil-punt 2 tal-Anness VI. Is-sit(i) tal-produzzjoni fejn tħawlu l-pjanti speċifikati probabbilment infettati għandu/għandhom jiġi/u ddeżinjat(i) bħala probabbilment infettat/i. Għandha tiġi stabbilita żona demarkata f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (b).

    3.   Kull makkinarju, vettura, bastiment, maħżen, jew unitajiet tiegħu, u kull oġġett ieħor inkluż materjal tal-imballaġġ, iddeżinjat bħala infettat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i) jew probabbilment infettat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(ii), u l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b), għandu jinqered jew jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat permezz ta’ metodi kif speċifikat fil-punt 3 tal-Anness V.

    4.   Minbarra l-miżuri previsti fil-paragrafi 1, 2, u 3, il-miżuri speċifikati fil-punt 4 tal-Anness V għandhom jiġu applikati fiż-żoni demarkati.

    Artikolu 7

    Miżuri speċifiċi ta’ ttestjar tat-tuberi għat-tħawwil

    1.   Meta tiġi kkonfermata l-preżenza tal-pest speċifikat f’sit tal-produzzjoni tat-tuberi għat-tħawwil, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-testijiet imsemmija fl-Anness I jitwettqu fuq il-linji relatati klonalment tal-lottijiet infettati tat-tuberi jew, meta jiġi stabbilit li ma hemmx linji relatati klonalment, fuq it-tuberi jew fuq il-lottijiet tat-tuberi li kienu f’kuntatt, dirett jew indirett, mal-lottijiet infettati tat-tuberi.

    2.   Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tiġi kkonfermata f’siti ta’ produzzjoni tat-tuberi għat-tħawwil fi skema ta’ ċertifikazzjoni, it-testijiet imsemmija fl-Anness I għandhom jitwettqu jew fuq kull pjanta tal-għażla inizjali klonali jew fuq kampjuni rappreżentattivi tal-patata taż-żrigħ bażika.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

    (2)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 98/57/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. (ĠU L 235, 21.8.1998, p. 1).


    ANNESS I

    Skema għat-testijiet li għandhom jitwettqu skont l-Artikoli 3, 4, 5, u 7

    1.   PRINĊIPJI ĠENERALI DWAR IL-PREŻENZA TAL-PEST SPEĊIFIKAT

    1.1.

    Il-preżenza tal-pest speċifikat tkun issuspettata fejn jinkiseb riżultat pożittiv fl-ewwel test ta’ detezzjoni mwettaq fuq il-pjanta speċifikata, jew fuq kampjuni tal-ilma.

    1.2.

    Il-preżenza tal-pest speċifikat tiġi kkonfermata fil-każijiet li ġejjin:

    (a)

    meta l-ewwel jew it-tieni test ta’ detezzjoni jkun iżolament selettiv li jirriżulta f’kolonji b’morfoloġija tipika, u jinkisbu riżultati pożittivi f’żewġ testijiet ta’ identifikazzjoni mwettqa fuq il-kolonji;

    (b)

    meta l-ewwel u t-tieni testijiet ikunu testijiet differenti mill-iżolament selettiv, u jinkisbu riżultati pożittivi f’żewġ testijiet ta’ identifikazzjoni wara li l-kampjun ikun ġie ssoġġettat għal iżolament selettiv li jirriżulta f’kolonji b’morfoloġija tipika.

    Wieħed minn dawk iż-żewġ testijiet ta’ identifikazzjoni għandu jkun test imsemmi fil-punti 2.2(e), (f) u (g).

    2.   TESTIJIET

    2.1.   Testijiet ta’ detezzjoni

    It-testijiet ta’ detezzjoni għandhom ikunu tali li b’mod konsistenti jindividwaw mill-inqas 104 ċellola/ml ta’ pellet sospiża mill-ġdid miksuba minn kampjuni asintomatiċi.

    It-tieni test ta’ detezzjoni għandu jkun ibbażat fuq prinċipji bijoloġiċi differenti jew reġjuni tan-nukleotid differenti mill-ewwel test ta’ detezzjoni.

    It-testijiet ta’ detezzjoni huma dawn li ġejjin:

    (a)

    testijiet tal-immunofluworexxenza kif deskritti fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (b)

    l-iżolament tal-pest speċifikat fuq il-medium ta’ tkabbir semi-selettiv mSMSA, kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (c)

    test tal-PCR konvenzjonali bl-użu tal-primers ta’ Pastrik et al., (2002) (1), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (d)

    Testijiet tal-PCR TaqMan® f’ħin reali bl-użu ta’ primers u sondi ta’:

    (i)

    Weller et al. (2000) (2), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (ii)

    Vreeburg et al. (2016) (3) (bl-użu ta’ sonda TaqMan® immodifikata mis-sonda oriġinali deskritta minn Weller et al. (2000), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (iii)

    Vreeburg et al. (2018) (4) (l-hekk imsejjaħ test NYtor), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (iv)

    Massart et al. (2014) (5), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (e)

    Test LAMP (amplifikazzjoni isotermika medjata minn loops) bl-użu tal-primers ta’ Lenarčič et al. (2014) (6) (għall-użu biss fuq materjal mill-pjanti sintomatiku), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    2.2.   Testijiet ta’ identifikazzjoni

    It-testijiet ta’ identifikazzjoni huma dawn li ġejjin:

    (a)

    testijiet tal-immunofluworexxenza kif deskritti fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (b)

    testijiet tal-PCR konvenzjonali bl-użu tal-primers ta’ Pastrik et al. (2002), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (c)

    Testijiet tal-PCR TaqMan® f’ħin reali bl-użu ta’ primers u sondi ta’:

    (i)

    Weller et al. (2000), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (ii)

    Vreeburg et al. (2016) (bl-użu ta’ sonda TaqMan® immodifikata mis-sonda oriġinali deskritta minn Weller et al. (2000)), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (iii)

    Vreeburg et al. (2018) (l-hekk imsejjaħ test NYtor), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (iv)

    Massart et al. (2014), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (d)

    Test LAMP (amplifikazzjoni isotermika medjata minn loops) bl-użu tal-primers ta’ Lenarčič et al. (2014), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (e)

    test tal-PCR konvenzjonali multiplu speċifiku għall-filotip (Opina et al. (1997) (7); Fegan & Prior (2005) (8)), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (f)

    Barcoding tad-DNA (Wicker et al. (2007) (9)), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali;

    (g)

    MALDI-TOF MS (van de Bilt et al. (2018) (10)), kif deskritt fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali.

    3.   DIJAGRAMMI SEKWENZJALI TAL-PROĊEDURI

    Dijagramma sekwenzjali Nru 1: Proċedura dijanjostika għall-preżenza tal-pest speċifikat f’kampjuni tal-pjanta speċifikata.

    Image 1

    a

    L-iżolament jista’ jintuża bħala l-ewwel jew it-tieni test ta’ detezzjoni. Jekk il-preżenza tal-pest speċifikat tkun issuspettata fuq il-medium ta’ tkabbir, il-kolonji għandhom jiġu ppurifikati biex jinkisbu kulturi puri li fuqhom għandhom jitwettqu żewġ testijiet ta’ identifikazzjoni.

    b

    Wieħed minn dawn iż-żewġ testijiet ta’ identifikazzjoni għandu jkun test imsemmi fil-punti 2.2(e), (f) u (g). Huma meħtieġa riżultati pożittivi fiż-żewġ testijiet ta’ identifikazzjoni biex tiġi kkonfermata l-preżenza tal-pest.

    c

    It-tielet test ta’ detezzjoni għandu jkun ibbażat fuq prinċipji bijoloġiċi differenti jew fuq reġjuni tan-nukleotid differenti.

    Dijagramma sekwenzjali Nru 2: Proċedura dijanjostika għall-pest speċifikat fil-kampjuni tal-ilma.

    Image 2

    a

    Wieħed minn dawn iż-żewġ testijiet ta’ identifikazzjoni għandu jkun test imsemmi fil-punti 2.2(e), (f) u (g). Huma meħtieġa riżultati pożittivi fiż-żewġ testijiet ta’ identifikazzjoni biex tiġi kkonfermata l-preżenza tal-pest.

    4.   PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUNI

    4.1.   Kampjuni minn tuberi asintomatiċi

    Il-kampjun standard għandu jkun fih 200 tuberu għal kull test. Il-proċedura x-xierqa tal-laboratorju għall-ipproċessar tal-qalba tan-naħa tal-għarqub biex jinkiseb l-estratt għad-detezzjoni tal-pest speċifikat hija deskritta fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali.

    4.2.   Kampjuni minn pjanti speċifikati asintomatiċi

    Id-detezzjoni ta’ infezzjonijiet latenti għandha titwettaq fuq kampjuni komposti ta’ segmenti miz-zokk jew miz-zokk iż-żgħir tal-werqa li jgħaqqad maz-zokk prinċipali. Il-proċedura tista’ tiġi applikata fuq sa 200 parti taz-zokk jew 200 zokk tal-werqa minn pjanti differenti f’kampjun wieħed. Il-proċedura x-xierqa tal-laboratorju biex jiġu ddiżinfettati u pproċessati s-segmenti taz-zokk jew taz-zokk tal-werqa biex jinkiseb l-estratt għad-detezzjoni tal-pest speċifikat hija deskritta fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali.

    4.3.   Kampjuni minn materjal sintomatiku tal-pjanti speċifikati

    Għandhom jitneħħew sezzjonijiet tat-tessut b’mod asettiku miċ-ċirku vaskulari f’tuberu tal-patata jew mis-saffi vaskulari fiz-zkuk ta’ pjanti speċifikati li juru sintomi ta’ tidbil. Il-proċedura x-xierqa tal-laboratorju biex dawn it-tessuti jiġu pproċessati biex jinkiseb l-estratt għad-detezzjoni tal-pest speċifikat hija deskritta id-dettall fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali.

    4.4.   Kampjuni tal-ilma tal-wiċċ jew tar-riċirkolazzjoni (inkluż tal-ipproċessar tal-patata jew tal-effluwenti tad-drenaġġ)

    It-test prinċipali għad-detezzjoni tal-pest speċifikat f’kampjuni tal-ilma tal-wiċċ, tal-ilma mis-sistemi ta’ riċirkolazzjoni u ta’ kampjuni tal-effluwent (l-industrija tal-ipproċessar tal-patata) huwa iżolament selettiv. Il-proċedura x-xierqa tal-laboratorju għall-ipproċessar tal-kampjuni tal-ilma hija deskritta fl-istandards dijanjostiċi internazzjonali.


    (1)  Pastrik, K.H., Elphinstone, J.G., Pukall, R. (2002) Sequence analysis and detection of Ralstonia solanacearum by multiplex PCR amplification of 16S-23S ribosomal intergenic spacer region with internal positive control. European Journal of Plant Pathology 108, 831–842.

    (2)  Weller, S.A, Elphinstone, J.G., Smith, N., Boonham, N., Stead, D.E. (2000). Detection of Ralstonia solanacearum strains with a quantitative, multiplex, real-time, fluorogenic PCR (TaqMan) assay. Applied and Environmental Microbiology, 66, 2853–2858. https://journals.asm.org/doi/10.1128/AEM.66.7.2853-2858.2000.

    (3)  Vreeburg, R.A.M., Bergsma-Vlami, M., Bollema, R.M., de Haan, E.G., Kooman-Gersmann, M., Smits-Mastebroek, L., Tameling, W.I.L., Tjou-Tam-Sin, N.N.A., van de Vossenberg B.T.L.H, Janse, J.D. (2016). Performance of real-time PCR and immunofluorescence for the detection of Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus and Ralstonia solanacearum in potato tubers in routine testing. Bulletin OEPP/EPPO Bulletin 46, 112–121.

    (4)  Vreeburg, R., Zendman, A., Pol A., Verheij, E., Nas, M., Kooman-Gersmann, M. (2018). Validation of four real-time TaqMan PCRs for the detection of Ralstonia solanacearum and/or Ralstonia pseudosolanacearum and/or Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus in potato tubers using a statistical regression approach. EPPO Bulletin 48, 86–96.

    (5)  Massart, S., Nagy, C., Jijakli, M.H. (2014). Development of the simultaneous detection of Ralstonia solanacearum race 3 and Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus in potato tubers by a multiplex real-time PCR assay. European Journal of Plant Pathology 138, 29–37.

    (6)  Lenarčič, R., Morisset, D., Pirc, M., Llop, P., Ravnikar, M., Dreo, T. (2014). Loop-mediated isothermal amplification of specific endoglucanase gene sequence for detection of the bacterial wilt pathogen Ralstonia solanacearum. PLoS ONE 9(4), e96027. https://doi.org/10.1371/journal.pone.0096027.

    (7)  Opina, N., Tavner, F., Holloway, G., Wang, J.F., Li, T.H., Maghirang, R., Fegan, M., Hayward, A.C., Viji Krishnapillai, A., Wai-Foong Hong, Holloway, B.W, Timmis, J.N. (1997). A novel method for development of species and strainspecific DNA probes and PCR primers for identifying Burkholderia solanacearum (formerly Pseudomonas solanacearum). Asia-Pacific Journal of Molecular Biology and Biotechnology 5, 19–30.

    (8)  Fegan, M., Prior, P. (2005). How complex is the “Ralstonia solanacearum species complex”. F’Bacterial Wilt Disease and the Ralstonia solanacearum Species Complex (edituri Allen C, Hayward AC & Prior P), pp. 449–461. American Phytopathological Society, St Paul, MN (l-Istati Uniti).

    (9)  Wicker, E., Grassart, L., Coranson-Beaudu, R., Mian, D., Guilbaud, C., Fegan, M., Prior, P. (2007). Ralstonia solanacearum strains from Martinique French West Indies) exhibiting a new pathogenic potential. Applied and Environmental Microbiology 73, 6790–6801.

    (10)  van de Bilt, J.L.J., Wolsink, M.H.L., Gorkink-Smits, P.P.M.A., Landman, N.M., Bergsma-Vlami, M. (2018). Application of Matrix-Assisted Laser Desorption Ionization Time-Of-Flight Mass Spectrometry for rapid and accurate identification of Ralstonia solanacearum and Ralstonia pseudosolanacearum. European Journal of Plant Pathology, https://doi.org/10.1007/s10658-018-1517-5.


    ANNESS II

    Mudell tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 3(3)

    Mudell għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ dwar it-taħsir kannella waqt il-ħsad tal-patata u tat-tadam tas-sena kalendarja preċedenti.

    Din it-tabella għandha tintuża biss għar-riżultati tal-istħarriġ dwar il-patata u t-tadam maħsuda f’pajjiżek.

    Stat Membru

    Kategorija

    Żona ta’ kultivazzjoni (ha)

    Ittestjar fil-laboratorju

    Spezzjoni viżiva tat-tuberi  (1)

    Spezzjonijiet viżivi tal-għalla li tkun qed tikber  (1)

    Informazzjoni oħra

    Għadd ta’ kampjuni

    Għadd ta’ lottijiet

    Daqs tal-lottijiet (f’t jew ha)

    Perjodu tal-kampjunar

    Għadd ta’ pożittivi

    Għadd ta’ kampjuni spezzjonati

    Daqs tal-kampjun

    Għadd ta’ kampjunipożittivi  (2)

    Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi

    Għadd ta’ ha (patata) jew pjanti (tadam)

    Għadd ta’ riżultati pożittivi  (2)

    Kampjuni

    Lottijiet

     

    Tuberi ċċertifikati għat-tħawwil

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tuberi oħra għat-tħawwil (speċifika)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Patata għall-konsum u għall-ipproċessar

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tuberi oħra (speċifika)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tadam maħsub għat-tħawwil mill-ġdid

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ospitanti oħra (speċifika l-ispeċi, ix-xmara/iż-żona)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    L-ilma (speċifika x-xmara/iż-żona/il-post fejn jinsab l-impjant u l-metodu tal-analiżi)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    (1)  Għandu jinftiehem bħala eżami makroskopiku tat-tuberi jew tal-għelejjel.

    (2)  Instabu s-sintomi, ittieħed kampjun u l-ittestjar fil-laboratorju kkonferma l-preżenza tal-pest speċifikat.


    ANNESS III

    L-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (a), l-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) u fl-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)

    L-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (a), fl-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u fl-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tikkonċerna l-elementi li ġejjin, fejn rilevanti:

    1.

    postijiet tal-produzzjoni:

    (a)

    it-tkabbir, attwali jew preċedenti, ta’ patata li tkun relatata klonalment ma’ patata li nstabet infettata bil-pest speċifikat;

    (b)

    it-tkabbir, attwali jew preċedenti, ta’ tadam li jkun mill-istess sors tat-tadam li nstab infettat bil-pest speċifikat;

    (c)

    it-tkabbir, attwali jew preċedenti, ta’ patata jew tadam li jkunu tpoġġew taħt kontroll uffiċjali minħabba l-preżenza suspettata tal-pest speċifikat;

    (d)

    it-tkabbir, attwali jew preċedenti, ta’ patata li tkun relatata klonalment ma’ patata li tkun tkabbret f’postijiet ta’ produzzjoni li jkunu nstabu infettati bil-pest speċifikat;

    (e)

    it-tkabbir attwali ta’ patata jew tadam u li jinsabu fl-inħawi ta’ postijiet ta’ produzzjoni infettati, inklużi dawk il-postijiet ta’ produzzjoni li jaqsmu t-tagħmir u l-faċilitajiet ta’ produzzjoni direttament jew permezz ta’ kuntrattur komuni;

    (f)

    l-użu tal-ilma tal-wiċċ għat-tisqija jew għall-bexx minn kwalunkwe sors ikkonfermat jew issuspettat li jkun infestat bil-pest speċifikat;

    (g)

    l-użu tal-ilma tal-wiċċ għat-tisqija jew għall-bexx minn sors użat b’mod komuni ma’ postijiet ta’ produzzjoni kkonfermati jew issuspettati li huma infettati bil-pest speċifikat;

    (h)

    mgħarrqa jew li kienu mgħarrqa bl-ilma tal-wiċċ ikkonfermat jew issuspettat li huwa infettat bil-pest speċifikat; u

    2.

    ilma tal-wiċċ użat għat-tisqija jew għall-bexx tal-pjanti speċifikati, jew li għarraq għalqa/għelieqi jew post(ijiet) ta’ produzzjoni kkonfermat(i) li huwa/huma infettat(i) bil-pest speċifikat.


    ANNESS IV

    Elementi għad-deżinjazzjoni ta’ oġġetti li probabbilment huma infettati bil-pest speċifikat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (b)(ii) u l-Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) u għad-determinazzjoni tat-tifrix possibbli tal-pest speċifikat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (c) u l-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

    1.

    L-elementi li għandhom jitqiesu għad-deżinjazzjoni ta’ oġġett bħala probabbilment infettat mill-pest speċifikat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (b)(ii) u l-Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) huma dawn li ġejjin:

    (a)

    pjanti speċifikati mkabbra f’post tal-produzzjoni ddeżinjat bħala infettat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i);

    (b)

    post(ijiet) tal-produzzjoni b’xi konnessjoni tal-produzzjoni mal-pjanti speċifikati ddeżinjati bħala infettati skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i), inkluż dawk li jaqsmu t-tagħmir u l-faċilitajiet ta’ produzzjoni direttament jew permezz ta’ kuntrattur komuni;

    (c)

    pjanti speċifikati prodotti fil-post(ijiet) tal-produzzjoni msemmija fil-punt (b), jew preżenti f’tali post(ijiet) tal-produzzjoni matul il-perjodu meta l-pjanti speċifikati ddeżinjati bħala infettati skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i), kienu preżenti fil-post tal-produzzjoni msemmi fil-punt (a);

    (d)

    l-impjant fejn jiġu ttrattati l-pjanti speċifikati mill-postijiet tal-produzzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c);

    (e)

    kull makkinarju, vettura, bastiment, maħżen, jew unitajiet tagħhom, u kull oġġett ieħor inkluż materjal għall-imballaġġ, li seta’ ġie f’kuntatt mal-pjanti speċifikati ddeżinjati bħala infettati skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i);

    (f)

    kull pjanta speċifikata maħżuna, jew li ġiet f’kuntatt ma’ xi struttura jew oġġett elenkat fl-inċiż preċedenti, qabel ma jkun seħħ it-tindif u qabel ma tkun seħħet id-diżinfezzjoni ta’ dawk l-istrutturi jew oġġetti;

    (g)

    b’riżultat tal-investigazzjoni u l-ittestjar skont l-Artikolu 5(2), il-punt (a), fil-każ tal-patata, dawk it-tuberi jew il-pjanti b’relazzjoni ta’ klonaġġ ta’ aħwa jew ta’ ġenituri ma’, u fil-każ tat-tadam, dawk il-pjanti bl-istess sors bħall-pjanti speċifikati ddeżinjati bħala infettati skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i), u li għalkemm jista’ jkun li t-test tagħhom ħareġ riżultat negattiv għall-pest speċifikat, jidher li x’aktarx ikunu infettati permezz ta’ konnessjoni ta’ klonaġġ;

    (h)

    il-post(ijiet) tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati msemmija fil-punt (g);

    (i)

    il-post(ijiet) tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati li jużaw l-ilma għat-tisqija jew għall-bexx indikati bħala infettati skont l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (a);

    (j)

    pjanti speċifikati prodotti f’siti tal-produzzjoni mgħarrqa bl-ilma tal-wiċċ ikkonfermat li huwa infettat.

    2.

    L-elementi li għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni tat-tifrix possibbli tal-pest speċifikat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (c), u l-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), huma dawn li ġejjin:

    (a)

    fiż-żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 5(2), il-punt (b):

    (i)

    il-qrubija tal-postijiet oħra tal-produzzjoni li jkabbru l-pjanti speċifikati,

    (ii)

    il-produzzjoni u l-użu komuni ta’ ħażniet ta’ tuberi għat-tħawwil;

    (iii)

    il-postijiet tal-produzzjoni li jużaw l-ilma tal-wiċċ għat-tisqija jew għall-bexx ta’ pjanti speċifikati f’każijiet meta jkun hemm jew kien hemm riskju ta’ skular tal-ilma tal-wiċċ minn, jew għargħar ta’, post(ijiet) tal-produzzjoni ddeżinjati bħala infettati skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i);

    (b)

    f’każijiet fejn l-ilma tal-wiċċ ikun ġie ddeżinjat bħala infettat skont l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (a):

    (i)

    post(ijiet) tal-produzzjoni li jipproduċi/jipproduċu pjanti speċifikati li jkunu maġenb ilma tal-wiċċ iddeżinjat bħala infettat, jew f’riskju ta’ għargħar minnu;

    (ii)

    kwalunkwe ħawt tat-tisqija separat assoċjat mal-ilma tal-wiċċ iddeżinjat bħala infettat;

    (iii)

    korpi tal-ilma f’kuntatt mal-ilma tal-wiċċ iddeżinjat bħala infettat, meta wieħed jikkunsidra:

    id-direzzjoni u r-rata tal-fluss tal-ilma ddeżinjat bħala infettat;

    il-preżenza ta’ pjanti ospitanti slavaġ tal-familja Solanaceae.


    ANNESS V

    Miżuri ta’ eradikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 6

    1.

    Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(1) għandhom ikunu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (a)

    użu bħala għalf tal-annimali wara trattament bis-sħana, b’mod li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ sopravivenza tal-pest speċifikat;

    (b)

    rimi f’sit li jkun approvat uffiċjalment iddedikat għar-rimi tal-iskart fejn ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli ta’ ħruġ tal-pest speċifikat fl-ambjent eż. permezz ta’ tnixxija fir-raba’;

    (c)

    inċinerazzjoni;

    (d)

    ipproċessar industrijali permezz ta’ konsenja diretta u immedjata f’impjant tal-ipproċessar b’faċilitajiet ta’ rimi ta’ skart approvati uffiċjalment li dwarhom ikun ġie stabbilit li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli li l-pest speċifikat jista’ jinfirex, u b’sistema ta’ tindif u diżinfezzjoni ta’ mill-inqas il-vetturi li jitilqu mis-sit;

    (e)

    miżuri oħra, sakemm ikun ġie stabbilit li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli li l-pest speċifikat jista’ jinfirex; dawn il-miżuri u l-ġustifikazzjoni tagħhom iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

    Kull skart li jifdal li huwa assoċjat ma’ dak li jissemma hawn fuq u li jinħoloq minnu għandu jintrema b’metodi li jkunu approvati uffiċjalment f’konformità mal-Anness VI.

    2.

    L-użu jew ir-rimi xierqa tal-pjanti speċifikati deżinjati bħala probabbilment infettati skont l-Artikolu 6(2), għandhom jitwettqu taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti. Dik l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-użi li ġejjin, u r-rimi tal-iskart relatat, ta’ dawk il-pjanti speċifikati:

    (a)

    għat-tuberi tal-patata:

    (i)

    użu bħala tuberi maħsuba għall-konsum, ippakkjati lesti għall-konsenja diretta u użu mingħajr ippakkjar mill-ġdid, f’sit b’faċilitajiet xierqa ta’ rimi tal-iskart. It-tuberi għat-tħawwil jistgħu jigu ttrattati fl-istess sit biss jekk dan isir separatament jew wara t-tindif u d-disinfezzjoni; jew

    (ii)

    użu bħala tuberi maħsuba għall-ipproċessar industrijali, u maħsuba għall-konsenja diretta u immedjata lill-impjant ta’ ipproċessar b’faċilitajiet xierqa ta’ rimi tal-iskart u sistema ta’ tindif u diżinfezzjoni ta’ mill-inqas il-vetturi li jitilqu mis-sit; jew

    (iii)

    xi użu jew rimi ieħor, sakemm ikun ġie stabbilit li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli tal-firxa tal-pest speċifikat, u soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

    (b)

    għal partijiet oħra tal-pjanti, tal-pjanti speċifikati, inklużi l-fdalijiet taz-zokk u tal-weraq:

    (i)

    qerda; jew

    (ii)

    xi użu jew rimi ieħor, sakemm ikun ġie stabbilit li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli tal-firxa tal-pest speċifikat, u soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

    3.

    Il-metodi xierqa għat-tindif u disinfezzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom ikunu dawk li għalihom ġie stabbilit li ma jkun hemm l-ebda riskju li l-pest speċifikat jinfirex u għandhom jintużaw taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

    4.

    Is-serje ta’ miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri fiż-żona/i demarkata/i, stabbilita/i skont l-Artikolu 5 u msemmija fl-Artikolu 6(4), għandha tinkludi l-miżuri stabbiliti fil-punti 4.1 u 4.2:

    4.1.

    Miżuri li għandhom jittieħdu f’postijiet tal-produzzjoni ddeżinjati bħala infettati skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i):

    4.1.1.

    F’sit tal-produzzjoni jew f’unità ta’ produzzjoni ta’ għelejjel protetti ddeżinjati bħala infettati skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i), il-miżuri kollha stabbiliti fil-punti (1), (2) u (3), jew għandhom jittieħdu l-miżuri kollha stabbiliti fil-punti (4), (5), (6) u (7):

    (1)

    fl-ewwel erba’ snin ta’ tkabbir wara dik tad-deżinjazzjoni tal-infezzjoni, l-eliminazzjoni ta’ pjanti speċifikati voluntiera, kif ukoll ta’ pjanti solanaċji selvaġġi oħra li jospitaw il-pest speċifikat, u l-projbizzjoni tat-tħawwil ta’ pjanti speċifikati, ta’ żrieragħ tal-patata u tat-tadam, filwaqt li titqies il-bijoloġija tal-pest speċifikat, tal-pjanti ospitanti solanaċji kkultivati, u ta’ pjanti ta’ speċijiet ta’ Brassica, li li dwarhom ġie identifikat ir-riskju tas-sopravvivenza tal-pest speċifikat;

    (2)

    mill-ħames sena wara dik tad-deżinjazzjoni tal-infezzjoni, wara li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-punt (1) u bil-kundizzjoni li s-sit tal-produzzjoni jkun instab ħieles minn pjanti speċifikati voluntiera u minn pjanti solanaċji selvaġġi ospitanti waqt il-kontrolli uffiċjali għal mill-inqas sentejn ta’ tkabbir konsekuttivi qabel it-tħawwil, it-tuberi tal-patata biss, minbarra dawk maħsuba għar-riproduzzjoni ta’ patata oħra, għandhom jitħallew jitħawlu, u t-tuberi tal-patata maħsuda, jew il-pjanti tat-tadam, skont il-każ, għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness I;

    (3)

    wara l-ewwel produzzjoni tal-pjanti speċifikati kif imsemmi fil-punt (2), u wara ċiklu ta’ rotazzjoni xieraq ta’ mill-inqas sentejn jekk ikunu se jitkabbru t-tuberi għat-tħawwil, għandu jitwettaq stħarriġ kif previst fl-Artikolu 3; jew

    (4)

    matul l-ewwel ħames snin ta’ tkabbir wara dik tad-deżinjazzjoni tal-infezzjoni, l-eliminazzjoni ta’ pjanti speċifikati voluntiera kif ukoll ta’ pjanti solanaċji selvaġġi li jospitaw il-pest speċifikat;

    (5)

    matul l-ewwel tliet snin wara dik tad-deżinjazzjoni tal-infezzjoni, il-manutenzjoni tas-sit tal-produzzjoni, jew f’art mistrieħa għerja, jew f’ċereali skont ir-riskju identifikat, jew f’mergħa permanenti fejn il-ħaxix ta’ sikwit jinqata’ qasir ħafna, jew li tintuża għar-ragħja intensiva, jew jintuża l-ħaxix għall-produzzjoni taż-żrieragħ;

    (6)

    matul ir-raba’ u l-ħames snin wara dik tad-deżinjazzjoni tal-infezzjoni, it-tħawwil ta’ pjanti mhux ospitanti tal-pest speċifikat, li għalihom ma jkun hemm l-ebda riskju identifikat tas-sopravvivenza tal-pest speċifikat jew li jinfirex;

    (7)

    mis-sitt sena wara d-deżinjazzjoni tal-infezzjoni, u bil-kundizzjoni li l-punti (4), (5) u (6) jkunu ġew issodisfati u li waqt il-kontrolli uffiċjali s-sit tal-produzzjoni ikun ilu jinstab ħieles minn pjanti volontiera speċifikati kif ukoll minn pjanti solanaċji selvaġġi li jospitaw il-pest speċifikat għal mill-inqas sentejn ta’ tkabbir konsekuttivi qabel ma għandu jkun permess tħawwil, produzzjoni ta’ tuberi għat-tħawwil jew ta’ tuberi oħra, u t-tuberi maħsuda, jew il-pjanti tat-tadam, skont il-każ, għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness I.

    4.1.2.

    Fis-siti tal-produzzjoni l-oħrajn kollha tal-post tal-produzzjoni infettat u bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jkunu stabbilew li r-riskju ta’ pjanti speċifikati voluntiera u ta’ pjanti solanaċji selvaġġi li jospitaw il-pest speċifikat, skont il-każ, ikun ġie eliminat, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    Il-pjanti ċċertifikati tat-tuberi tal-patata jistgħu jitħawlu f’siti tal-produzzjoni fejn, mill-inqas tul sentejn, ma tkun tkabbret l-ebda patata jew pjanti ospitanti solanaċjikkultivati oħra, u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (a)

    l-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtorità kompetenti jkunu wrew li s-sors tal-infezzjoni fil-post tal-produzzjoni kien biss klonali, u mhux minħabba kuntatt ma’ lottijiet oħrajn ta’ tuberi;

    (b)

    dawk l-investigazzjonijiet ikunu bbażati fuq rekords tat-testijiet tal-lottijiet l-oħrajn kollha tal-patata li jkunu tkabbru fil-post tal-produzzjoni, kif ukoll fuq investigazzjonijiet ta’ sorsi possibbli oħra ta’ infestazzjoni, u speċjalment passaġġi tal-ilma fil-qrib;

    (c)

    it-tuberi prodotti f’dawn is-siti tal-produzzjoni jkunu ġew ittestjati qabel ma jiġu kkummerċjalizzati, f’konformità mal-Anness I.

    (2)

    F’każijiet oħra, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    matul is-sena ta’ tkabbir ta’ wara d-deżinjazzjoni tal-infezzjoni:

    (i)

    fil-każ tal-patata, jew ma għandhom jitħawwlu ebda tuberu, pjanta jew żerriegħa tal-patata, u ebda pjanta solanaċja oħra kkultivata ospitanti tal-pest speċifikat, inkella jistgħu jitħawlu tuberi ċċertifikati għat-tħawwil għall-produzzjoni ta’ tuberi għall-konsum biss;

    (ii)

    fil-każ tat-tadam, jistgħu jiġu kkoltivati biss pjanti tat-tadam minn żrieragħ li jilħqu r-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 (1) għall-produzzjoni tal-frott;

    (b)

    fit-tieni sena ta’ tkabbir ta’ wara d-deżinjazzjoni tal-infezzjoni:

    (i)

    għandhom jitħawlu biss tuberi ċċertifikati għat-tħawwil jew tuberi għat-tħawwil ittestjati għan-nuqqas tal-pest speċifikat u mkabbra taħt kontroll uffiċjali fuq postijiet tal-produzzjoni għajr dawk imsemmija fil-punt 4.1 għall-produzzjoni ta’ tuberi għat-tħawwil jew ta’ tuberi oħra;

    (ii)

    pjanti tat-tadam biss li huma kkoltivati minn żrieragħ u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jew, jekk ikunu ppropagati veġetattivament, minn pjanti tat-tadam li huma prodotti minn tali żrieragħ u kkoltivati taħt kontrolli uffiċjali f’postijiet ta’ produzzjoni li ma humiex dawk li jissemmew fil-punt 4.1, għandhom ikunu kkoltivati għall-produzzjoni tal-pjanti jew tal-frott;

    (c)

    għal mill-inqas it-tielet sena ta’ tkabbir wara dik li fiha ġiet iddeżinjata l-infezzjoni:

    (i)

    għandhom jitħawlu biss tuberi ċċertifikati għat-tħawwil jew tuberi għat-tħawwil imkabbra taħt kontroll uffiċjali għall-produzzjoni ta’ tuberi għat-tħawwil jew ta’ tuberi oħra;

    (ii)

    il-pjanti tat-tadam biss li jkunu kkoltivati minn żrieragħ u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jew il-pjanti tat-tadam li jkunu kkoltivati taħt kontroll uffiċjali minn tali pjanti għandhom jiġu kkoltivati għall-produzzjoni tal-frott jew tal-pjanti;

    (d)

    f’kull waħda mis-snin ta’ tkabbir imsemmija fil-punti (a), (b) u (c), għandhom jittieħdu miżuri biex jiġu eliminati l-pjanti voluntiera tal-patata u l-pjanti solanaċji selvaġġi ospitanti tal-pest speċifikat jekk ikunu preżenti, u għandhom isiru l-kontrolli uffiċjali tal-għelejjel tat-tkabbir fi żminijiet xierqa u f’kull sit tal-produzzjoni tal-patata, it-tuberi maħsuda għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness I.

    4.1.3.

    Immedjatament wara d-deżinjazzjoni ta’ infezzjoni skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i), u wara l-ewwel sena ta’ tkabbir sussegwenti:

    (1)

    Il-makkinarju u l-faċilitajiet tal-ħżin kollha fuq il-post tal-produzzjoni u involuti fil-produzzjoni tal-patata u tat-tadam għandhom jitnaddfu u, meta jkun xieraq, iddiżinfettati bl-użu ta’ metodi xierqa, kif speċifikat fil-punt 3.

    (2)

    Għandhom jiġu introdotti kontrolli uffiċjali fuq il-programmi tat-tisqija u tal-bexx, inkluża l-projbizzjoni tagħhom, skont il-każ, biex tkun evitata l-firxa tal-pest speċifikat.

    4.1.4.

    F’unità tal-produzzjoni tal-pjanti protetta ddeżinjata bħala infettata skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i), meta tkun possibbli sostituzzjoni kompleta tal-materjal għat-tkabbir:

    (1)

    Ma għandha titħawwel l-ebda pjanta speċifikata, l-ebda żerriegħa ta’ patata u l-ebda pjanta solanaċja kkoltivata oħra ospitanti tal-pest speċifikat sakemm l-unità tal-produzzjoni ma tkunx ġiet issoġġettata għall-miżuri kollha taħt superviżjoni uffiċjali li ġejjin:

    (a)

    l-eliminazzjoni tal-pest speċifikat;

    (b)

    it-tneħħija tal-materjal tal-pjanti ospitanti kollu;

    (c)

    bidla sħiħa tal-materjal għat-tkabbir u t-tindif u, fejn xieraq, id-diżinfezzjoni tal-unità msemmija u tat-tagħmir kollu;

    (d)

    l-approvazzjoni tal-produzzjoni tal-patata jew tat-tadam mill-awtorità kompetenti.

    (2)

    Il-produzzjoni tal-patata għandha tkun minn tuberi għat-tħawwil iċċertifikati, jew minn tuberi żgħar jew mikro-pjanti dderivati minn sorsi ttestjati.

    (3)

    Il-produzzjoni tat-tadam għandha tkun minn żrieragħ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jew, jekk ikunu ppropagati veġetattivament, minn pjanti tat-tadam li jkunu prodotti minn tali żrieragħ u kkoltivati taħt kontroll uffiċjali.

    (4)

    Għandhom jiġu introdotti kontrolli uffiċjali fuq il-programmi tat-tisqija u tal-bexx, inkluża l-projbizzjoni tagħhom, skont il-każ, biex tkun evitata l-firxa tal-pest speċifikat.

    4.2.

    Fiż-żona demarkata, minbarra l-miżuri dettaljati skont il-punt 4.1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin:

    (1)

    Immedjatament wara d-deżinjazzjoni tal-infezzjoni, għandhom jiżguraw li l-makkinarju u l-faċilitajiet ta’ ħżin kollha f’tali żoni ddemarkati u involuti fil-produzzjoni tal-pjanti speċifikati jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati, kif xieraq, bl-użu ta’ metodi xierqa, kif speċifikat fil-punt 3.

    (2)

    Immedjatament, u għal mill-anqas tliet snin ta’ tkabbir wara d-deżinjazzjoni tal-infezzjoni:

    (a)

    f’każijiet fejn iż-żona demarkata tkun ġiet iddeterminata skont l-Artikolu 5(2), il-punt (b):

    (i)

    għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jissorveljaw l-impjant fejn jitkabbru, jinħażnu jew jiġu ttrattati l-pjanti speċifikati, kif ukoll il-postijiet tal-produzzjoni fejn jitħaddem taħt kuntratt makkinarju għall-produzzjoni tal-pjanti speċifikati;

    (ii)

    għandhom jeħtieġu t-tħawwil ta’ tuberi għat-tħawwil iċċertifikati biss jew ta’ tuberi maħsuba biex jitħawlu fl-istess post tal-produzzjoni li jitkabbru taħt kontroll uffiċjali għall-għelejjel kollha tal-patata f’dik iż-żona, u l-ittestjar wara l-ħsad tat-tuberi għat-tħawwil imkabbra f’postijiet tal-produzzjoni ddeterminati bħala probabbilment infettati skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(ii);

    (iii)

    għandhom jeħtieġu l-immanipular separat tat-tuberi maħsuda għall-ħażniet tat-tħawwil mill-ħażniet ta’ tuberi oħra fil-postijiet kollha tal-produzzjoni fiż-żona demarkata, jew sistema ta’ tindif u, fejn xieraq, diżinfezzjoni li għandha titwettaq bejn il-manipulazzjoni tal-ħażniet tat-tuberi għat-tħawwil u dik ta’ tuberi oħra;

    (iv)

    jeħtieġu li jsir biss tħawwil ta’ pjanti tat-tadam li jkunu tkabbru minn żrieragħ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, jekk ikunu ppropagati veġetattivament, minn pjanti tat-tadam prodotti minn tali żrieragħ u kkoltivati taħt kontrolli uffiċjali, għall-għelejjel kollha tat-tadam f’dik iż-żona;

    (v)

    għandhom iwettqu l-istħarriġ kif previst fl-Artikolu 3(1);

    (b)

    f’każijiet fejn l-ilma tal-wiċċ ikun ġie ddeżinjat bħala infettat skont l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (a), jew inkluż fl-elementi għat-tifrix possibbli tal-pest speċifikat f’konformità mal-punt 2 tal-Anness IV:

    (i)

    għandhom iwettqu l-istħarriġ annwali fi żminijiet xierqa, inkluż il-kampjunar tal-ilma tal-wiċċ u, fejn xieraq, tal-pjanti solanaċji selvaġġi ospitanti fis-sorsi tal-ilma rilevanti u għandhom jiżguraw li l-kampjuni jiġu soġġettati għat-testijiet imsemmija fl-Anness I;

    (ii)

    għandhom jintroduċu l-kontrolli uffiċjali fuq il-programmi tat-tisqija u tal-bexx, inkluż projbizzjoni fuq l-użu tal-ilma ddeżinjat bħala infettat għat-tisqija u l-bexx tal-pjanti speċifikati, u, fejn hu rilevanti, ta’ pjanti solanaċji ospitanti kkultivati oħra sabiex jipprevjenu l-firxa tal-pest speċifikat. Dik il-projbizzjoni tista’ tiġi rieżaminata abbażi tar-riżultati miksuba minn kampjunar u ttestjar intensivi tal-ilma tal-wiċċ, fi żminijiet xierqa, biex ikun hemm livell għoli ta’ fiduċja li l-pest speċifikat ma jkunx għadu preżenti. L-użu tal-ilma soġġett għal projbizzjoni jista’ jkun permess fis-serer, taħt kontroll uffiċjali, għat-tisqija u l-bexx ta’ pjanti tat-tadam u ta’ pjanti ospitanti oħra maħsuba għall-konsum u l-ipproċessar finali, dment li l-ilma jiġi ddiżinfettat bl-użu ta’ metodi xierqa. F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrevokaw id-deżinjazzjoni tal-ilma bħala infettat mill-pest speċifikat;

    (iii)

    f’każijiet meta jiġu infettati skariki ta’ skart likwidu, dawn għandhom jintroduċu kontrolli uffiċjali fuq ir-rimi ta’ skariki ta’ skart solidu jew likwidu mill-ipproċessar industrijali jew mill-istazzjonijiet tal-ippakkjar li jittrattaw il-pjanti speċifikati tal-postijiet tal-produzzjoni..

    (3)

    Għandhom jistabbilixxu programm, fejn xieraq, għas-sostituzzjoni tal-istokkijiet kollha tat-tuberi għat-tħawwil fuq perjodu ta’ żmien xieraq.


    (1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).


    ANNESS VI

    Rekwiżiti għar-rimi tal-iskart approvat uffiċjalment kif imsemmi fil-punt (1) tal-Anness V

    Il-metodi tar-rimi tal-iskart approvati uffiċjalment imsemmija fil-punt 1 tal-Anness V għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

    1.

    Skart tal-pjanti speċifikati inkluż il-patata rrifjutata, il-qxur tal-patata u tat-tadam u kull skart solidu ieħor assoċjat mal-pjanti speċifikati (inklużi ħamrija, ġebel u fdalijiet oħra) għandu jintrema b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

    (a)

    billi jintremew f’sit apposta uffiċjali ddedikat għal dan l-iskop fejn ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli li l-pest speċifikat joħroġ fl-ambjent eż. permezz ta’ nixxija għal ġo r-raba’ permezz ta’ jew kuntatt ma’ sorsi tal-ilma li jistgħu jintużaw għat-tisqija tar-raba’;

    (b)

    inċinerazzjoni;

    (c)

    miżuri oħra, sakemm ikun ġie stabbilit li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli li l-pest speċifikat jista’ jinfirex; dawn il-miżuri jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

    Għall-finijiet tal-punt (a), l-iskart għandu jitwassal direttament lejn is-sit taħt kondizzjonijet ta’ konteniment sabiex ma jkun hemm ebda riskju ta’ telf tal-iskart.

    2.

    Qabel ma jintrema l-iskart likwidu li jkun fih solidi sospiżi għandu jgħaddi minn proċessi ta’ filtrazzjoni jew ta’ depożitar biex jitneħħew dawn is-solidi, li għandhom jintremew skont il-punt 1.

    L-iskart likwidu għandu:

    (a)

    jissaħħan sa temperatura minima ta’ 60 °C fil-volum kollu matul mill-inqas 30 minuta qabel ma jintrema; jew

    (b)

    jintrema b’xi mod ieħor, soġġett għall-approvazzjoni uffiċjali u taħt il-kontroll uffiċjali, b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli li l-iskart jista’ jiġi f’kuntatt ma’ raba’ jew ma’ sorsi tal-ilma li jistgħu jintużaw għat-tisqija tar-raba’.


    Top