This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0071
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/71 of 12 January 2022 approving a non-minor amendment to the product specification for a name entered in the register of traditional specialities guaranteed (‘Ziegen-Heumilch’/‘Goat’s Haymilk’/‘Latte fieno di capra’/‘Lait de foin de chèvre’/‘Leche de heno de cabra’ (TSG))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/71 tat-12 ta’ Jannar 2022 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti [“Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” (STG)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/71 tat-12 ta’ Jannar 2022 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti [“Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” (STG)]
C/2022/279
ĠU L 12, 19.1.2022, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/33 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/71
tat-12 ta’ Jannar 2022
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti [“Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Awstrija għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Ispeċjalità Tradizzjonali Garantita “Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” rreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/487 (2). Din l-emenda tinkludi bidla fl-isem “Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” f’“Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra”/“Kozje seneno mleko”. |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir l-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(b) ta’ dak ir-Regolament (3). |
(3) |
Il-Kummissjoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għaldaqstant jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” (STG) hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/487 tad-19 ta’ Marzu 2019 li jdaħħal isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti “Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” (STG) (ĠU L 84, 26.3.2019, p. 3).