EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0507

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/507 tad-29 ta’ Marzu 2022 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

C/2022/1822

ĠU L 102, 30.3.2022, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/507/oj

30.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/507

tad-29 ta’ Marzu 2022

li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Irlanda dwar ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta mir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (1),

Billi:

(1)

Permezz tal-ittra tas-7 ta’ Frar 2022, l-Irlanda nnotifikat formalment ix-xewqa tagħha, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21, li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2021/1147.

(2)

Ma hemm l-ebda kundizzjoni marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/1147.

(3)

Skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 331(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni għalhekk jenħtieġ li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/1147.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/1147 hija kkonfermata.

2.   Ir-Regolament (UE) 2021/1147 għandu japplika għall-Irlanda skont din id-Deċiżjoni mis-7 Ta’ Frar 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 251, 15.7.2021, p. 1.


Top