This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R2306
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/2306 of 21 October 2021 supplementing Regulation (EU) 2018/848 of the European Parliament and of the Council with rules on the official controls in respect of consignments of organic products and in-conversion products intended for import into the Union and on the certificate of inspection (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/7387
ĠU L 461, 27.12.2021, p. 13–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32008R1235 | ||||
Repeal | 32008R1235 | Revoka parzjali | 01/01/2022 | ||
Implicit repeal | 32009R0537 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32010R0471 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32011R0590 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32011R1084 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32011R1267 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32012R0508 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32012R0751 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32013R0125 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32013R0567 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32013R0586 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32014R0355 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32014R0442 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32014R0644 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32014R0829 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32014R1287 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32015R0131 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32015R0931 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32015R1980 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32015R2345 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32016R0459 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32016R0910 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32016R1330 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32016R1842 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32016R2259 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32017R0872 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32017R1473 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32017R1862 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32017R2329 | 01/01/2022 | |||
Completion | 32018R0848 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32018R0949 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32019R0039 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32019R0446 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32020R0025 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32020R0479 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32020R0786 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32020R2196 | 01/01/2022 | |||
Implicit repeal | 32021R0461 | 01/01/2022 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32021R2306R(01) | (EN) | |||
Corrected by | 32021R2306R(02) | (FR) | |||
Corrected by | 32021R2306R(03) | ||||
Corrected by | 32021R2306R(04) | (LT) | |||
Corrected by | 32021R2306R(05) | ||||
Modified by | 32022R0760 | Żieda | artikolu 11 paragrafu 2 punt (c) | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022R0760 | Żieda | artikolu 11 paragrafu 1a | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022R2238 | Sostituzzjoni | artikolu 11 paragrafu 2 sentenza | 01/07/2022 | |
Modified by | 32022R2238 | Sostituzzjoni | artikolu 11 paragrafu 1a | 01/07/2022 | |
Modified by | 32022R2238 | Sostituzzjoni | artikolu 11 paragrafu 5 sentenza | 01/07/2022 | |
Modified by | 32022R2238 | Sostituzzjoni | artikolu 11 paragrafu 1 sentenza | 01/07/2022 |
27.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 461/13 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2306
tal-21 ta’ Ottubru 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-punt (a)(ii) tal-Artikolu 38(8), il-punt (b) tal-Artikolu 46(7), u l-Artikoli 48(4) u 57(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2018/848, prodott jista’ jiġi importat minn pajjiż terz għall-fini tat-tqegħid ta’ dak il-prodott fis-suq tal-Unjoni bħala prodott organiku jew prodott fil-fażi tal-konverżjoni, jekk dak il-prodott jikkonforma mar-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika jew mar-regoli ekwivalenti dwar il-produzzjoni u l-kontroll ta’ pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament li jkun ġie rikonoxxut skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (2), jew li kien soġġett għal kontrolli minn awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2018/848 rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(2) |
Biex l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw il-konformità tal-prodotti importati mar-Regolament (UE) 2018/848, kull konsenja jenħtieġ li tkun koperta b’ċertifikat ta’ spezzjoni maħruġ mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll fil-pajjiż terz wara li jkunu wettqu l-verifiki rilevanti tal-konsenji. Jenħtieġ li dawk il-verifiki jkunu jinkludu dejjem verifika tad-dokumenti u, skont ir-riskju, kontroll fiżiku tal-konsenja. |
(3) |
Jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli rigward il-kontenut taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, il-mod kif jinħareġ u l-mezzi tekniċi użati għall-ħruġ tiegħu. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jkopru wkoll l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri rigward l-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni. |
(4) |
Il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq il-prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni għall-verifika tal-konformità tagħhom mar-Regolament (UE) 2018/848 huma parti mill-kontrolli uffiċjali mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(5) |
Jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli addizzjonali biex jiġu ċċarati l-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jkopru wkoll prodotti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305 (4). |
(6) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali rigward il-konsenji mqiegħda taħt proċeduri doganali speċjali. |
(7) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-obbligi tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’każijiet ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti (TRACES) imsemmija fil-punt (36) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (5). |
(8) |
Barra minn hekk, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli dwar sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll f’pajjiżi terzi huma meħtieġa jwettqu investigazzjoni wara n-notifika ta’ każijiet ta’ nuqqas suspettat jew stabbilit ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 li jinstabu waqt il-verifika tal-konsenja mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri. |
(9) |
L-użu tas-siġill elettroniku kwalifikat fi TRACES għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fil-pajjiżi terzi u għall-approvazzjoni ta’ dak iċ-ċertifikat, u ta’ estratti tiegħu, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jaf ma jkunx fattibbli qabel l-1 ta’ Lulju 2022. Għalhekk jeħtieġ jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji għall-użu taċ-ċertifikati stampati ta’ spezzjoni ffirmati bl-idejn, u tal-estratti tagħhom, li għandhom japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2022 bħala alternattiva għall-użu taċ-ċertifikati elettroniċi ta’ spezzjoni, u tal-estratti tagħhom, li jkollhom siġill elettroniku kwalifikat. |
(10) |
Bħalissa, ir-regoli dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u l-estratti taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 huma stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (6). Peress li dan ir-Regolament u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 (7) jistabbilixxu regoli għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2018/848, ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jitħassar. |
(11) |
Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:
(a) |
il-verifika f’pajjiżi terzi ta’ konsenji ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u l-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni; |
(b) |
il-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni; u |
(c) |
l-azzjoni f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 li jridu jieħdu l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll fil-pajjiżi terzi. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“konsenja” tfisser konsenja, kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni; madankollu, fil-każ ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni eżentati minn kontrolli uffiċjali f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305, din tfisser kwantità ta’ prodotti taħt kodiċi wieħed jew aktar tan-Nomenklatura Magħquda, koperti minn ċertifikat ta’ spezzjoni wieħed, imwassla bl-istess mezz ta’ trasport u importati mill-istess pajjiż terz; |
(2) |
“post ta’ kontroll fuq il-fruntiera” tfisser post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(3) |
“punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” tfisser punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fejn isiru l-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305; |
(4) |
“punt ta’ kontroll” tfisser punt ta’ kontroll ieħor għajr post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 53(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(5) |
“verifika ta’ dokumenti” tfisser verifika ta’ dokumenti kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(6) |
“verifika tal-identità” tfisser verifika tal-identità kif definit fil-punt (42) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(7) |
“verifika fiżika” tfisser verifika fiżika kif definit fil-punt (43) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(8) |
“siġill elettroniku kwalifikat” tfisser siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
Artikolu 3
Verifika fil-pajjiż terz
1. L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll rilevanti rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848 għandhom jivverifikaw il-konsenja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 (9).
2. Għall-finijiet tal-Artikoli 48 u 57 tar-Regolament (UE) 2018/848, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll rilevanti għandhom jivverifikaw il-konsenja rigward il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u l-istandards tal-produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll aċċettati bħala ekwivalenti. Dik il-verifika għandha tinkludi kontrolli sistematiċi tad-dokumentazzjoni u, kif xieraq skont valutazzjoni tar-riskju, kontrolli fiżiċi, qabel ma l-konsenja tħalli l-pajjiż terz tal-esportazzjoni jew tal-oriġini.
3. Għall-finijiet tal-paragrafi 2 sa 5, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll rilevanti għandhom ikunu:
(a) |
awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2018/848 li ġie rikonoxxut għall-prodotti kkonċernati u għall-pajjiż terz ta’ oriġini tal-prodotti jew, meta applikabbli, fejn tkun saret l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni; jew |
(b) |
awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll ddeżinjati minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz rikonoxxut, kif imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/848, ta’ oriġini tal-prodotti jew, meta applikabbli, fejn tkun saret l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni. |
4. Il-verifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir:
(a) |
mill-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll tal-produttur jew tal-proċessur tal-prodott ikkonċernat; jew |
(b) |
meta l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi li jwettaq l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni kif definita fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848 ikun differenti mill-produttur jew mill-proċessur tal-prodott, mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll tal-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi li jwettaq l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni. |
5. Il-verifiki tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jivverifikaw:
(a) |
it-traċċabbiltà tal-prodotti u tal-ingredjenti; |
(b) |
li l-volum tal-prodotti inklużi fil-konsenja jkun konformi mal-kontrolli tal-bilanċ tal-massa tal-operaturi rispettivi skont il-valutazzjoni mwettqa mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll; |
(c) |
id-dokumenti tat-trasport u d-dokumenti kummerċjali rilevanti (inkluż il-fatturi) tal-prodotti; |
(d) |
fil-każ ta’ prodotti pproċessati, li l-ingredjenti organiċi kollha ta’ tali prodotti jkunu saru minn operaturi jew minn gruppi ta’ operaturi ċċertifikati f’pajjiż terz minn awtorità ta’ kontroll jew minn korp ta’ kontroll rikonoxxut, f’konformità mal-Artikolu 46 jew kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2018/848, jew minn pajjiż terz rikonoxxut, f’konformità mal-Artikolu 47 jew 48 tar-Regolament (UE) 2018/848, jew saru u ġew iċċertifikati fl-Unjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament. |
Dawk il-verifiki tad-dokumenti għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti rilevanti kollha, inkluż iċ-ċertifikat tal-operaturi msemmi fl-Artikolu 45(1) il-punt (b)(i), tar-Regolament (UE) 2018/848, ir-rekords tal-ispezzjonijiet, il-pjan tal-produzzjoni għall-prodott ikkonċernat u r-rekords miżmuma mill-operaturi jew mill-gruppi ta’ operaturi, id-dokumenti tat-trasport disponibbli, id-dokumenti kummerċjali u finanzjarji, u dokumenti oħra meqjusa rilevanti mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll.
Artikolu 4
Ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni
1. L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li jkunu vverifikaw il-konsenja f’konformità mal-Artikolu 3 għandhom joħorġu ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 għal kull konsenja qabel ma l-konsenja titlaq mill-pajjiż terz tal-esportazzjoni jew tal-oriġini.
2. Meta l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll ikunu ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848, dawn għandhom joħorġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għal konsenji bi prodotti ta’ riskju għoli kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698 biss ladarba jkollhom id-dokumentazzjoni sħiħa tat-traċċabbiltà u jkunu rċevew u vvalutaw ir-riżultati tal-analiżijiet tal-kampjuni meħuda tal-konsenja f’konformità mal-Artikolu 16(6) ta’ dak ir-Regolament Delegat.
Artikolu 5
Format taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u l-użu ta’ TRACES
1. L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandhom joħorġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fis-Sistema ta’ Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti (TRACES) f’konformità mal-mudell u man-noti stabbiliti fl-Anness u għandhom jimlew il-kaxxi 1 sa 18 ta’ dak iċ-ċertifikat.
2. Meta joħorġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, il-korp ta’ kontroll jew l-awtorità ta’ kontroll għandhom itellgħu fi TRACES id-dokumenti ta’ sostenn kollha, inklużi dawn li ġejjin:
(a) |
ir-riżultati tal-analiżijiet jew tat-testijiet imwettqa fuq il-kampjuni meħuda, meta applikabbli; |
(b) |
id-dokumenti kummerċjali u tat-trasport bħall-polza ta’ kargu, il-fatturi u l-lista tal-imballaġġ u, fejn l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll ikunu ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848, il-pjan tal-ivvjaġġar imfassal f’konformità mal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698. |
3. Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għandu jinħareġ fi TRACES u għandu jkollu siġill elettroniku kwalifikat.
Jekk ma tkunx disponibbli fil-mument tal-ħruġ, l-informazzjoni relatata man-numru ta’ pakketti msemmija fil-kaxxa 13 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u l-informazzjoni msemmija fil-kaxxi 16 u 17 tiegħu, kif ukoll id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jiġu inklużi jew aġġornati fiċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi żmien 10 ijiem mill-ħruġ tiegħu u, fi kwalunkwe każ, qabel il-verifika u l-approvazzjoni tiegħu mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 6.
4. Iċ-ċertifikat tal-ispezzjoni għandu jitfassal:
(a) |
bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni, fil-każ tal-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera; |
(b) |
bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-konsenja tkun se tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-każ tal-prodotti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305. |
5. B’deroga mill-paragrafu 4, Stat Membru jista’ jagħti l-kunsens tiegħu biex iċ-ċertifikati jitfasslu b’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni u, jekk ikun meħtieġ, magħhom tinhemeż traduzzjoni awtentikata.
Artikolu 6
Kontrolli uffiċjali fuq il-konsenji
1. L-awtorità kompetenti f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew f’punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif xieraq, għandha twettaq il-kontrolli uffiċjali fuq il-konsenji biex tivverifika l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 kif ġej:
(a) |
verifiki tad-dokumenti tal-konsenji kollha; |
(b) |
verifiki tal-identità mwettqa b’mod aleatorju; u |
(c) |
verifiki fiżiċi bi frekwenza skont il-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/848. |
Il-verifiki tad-dokumenti għandhom jinkludu eżaminazzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, tad-dokumenti ta’ sostenn l-oħra kollha kif previst fl-Artikolu 5 u, meta applikabbli, tar-riżultati tal-analiżijiet jew tat-testijiet imwettqa fuq il-kampjuni meħuda.
Jekk ċertifikat ta’ spezzjoni jkun jeħtieġ korrezzjonijiet ta’ natura purament klerikali jew editorjali, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta li l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li jkunu ħarġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jaġġornaw l-informazzjoni fi TRACES billi jissostitwixxu d-dokument f’konformità mal-proċedura disponibbli fi TRACES mingħajr ma jimmodifikaw l-informazzjoni fiċ-ċertifikat inizjali dwar l-identifikazzjoni tal-konsenja, it-traċċabbiltà tagħha u l-garanziji.
2. Għall-konsenji tal-prodotti ta’ riskju għoli msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha twettaq verifiki sistematiċi tal-identità u fiżiċi, tieħu mill-inqas kampjun rappreżentattiv wieħed tal-konsenji, u tivverifika d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(6) ta’ dak ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura ta’ kampjunar rappreżentattiv adattata għall-kategorija, il-kwantità u l-imballaġġ tal-prodott.
3. Wara l-verifika kif imsemmi fil-paragrafu 1 u, meta applikabbli, fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar kull konsenja. Id-deċiżjoni dwar il-konsenja għandha tiġi rreġistrata fil-kaxxa 30 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-mudell u n-noti stabbiliti fl-Anness u għandha tindika waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala organika; |
(b) |
il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala fil-fażi tal-konverżjoni; |
(c) |
il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala mhux organika; |
(d) |
il-konsenja ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera; |
(e) |
parti mill-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera b’estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni. |
L-awtorità kompetenti għandha tapprova ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES b’siġill elettroniku kwalifikat.
4. Għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
il-paragrafu 3 għandu japplika flimkien mar-regoli dwar l-użu tad-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED) mill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-punt (b)(i) tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u fil-punti ta’ kontroll f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 (10) u mar-regoli dwar id-deċiżjonijiet dwar il-konsenji stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(b) |
il-verifiki tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), jistgħu jsiru mill-bogħod fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera b’rabta ma’ ċerti prodotti organiċi u ċerti prodotti fil-fażi tal-konverżjoni f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123; |
(c) |
il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), jistgħu jsiru fil-punti ta’ kontroll b’rabta ma’ ċerti prodotti organiċi u ċerti prodotti fil-fażi tal-konverżjoni f’konformità mal-Artikoli 2 sa 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123. |
5. Id-deċiżjoni dwar il-konsenji meħuda f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625 għandha tirreferi għal waħda mill-indikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-importatur ikun talab it-tqegħid taħt proċedura doganali speċjali f’konformità mal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, billi jimla l-kaxxa 23 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, id-deċiżjoni dwar il-konsenji f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625 għandha tindika l-proċedura doganali applikabbli.
Id-deċiżjoni rreġistrata fiċ-ċertifikat ta’ spezzjoni li tindika li l-konsenja jew parti minnha ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, għandha tiġi notifikata minnufih fi TRACES lill-awtorità kompetenti rilevanti li twettaq il-kontrolli uffiċjali biex tiġi verifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (h) u (j) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Jekk id-deċiżjoni meħuda fis-CHED f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625 tkun tindika li l-konsenja ma tikkonformax mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandha tinforma fi TRACES lill-awtorità kompetenti li tkun ħadet id-deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, biex taġġorna ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni. Barra minn hekk, kull awtorità kompetenti li twettaq kontrolli uffiċjali biex tivverifika l-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (h) u (j) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandha tipprovdi kull informazzjoni rilevanti fi TRACES, bħar-riżultati tal-analiżi fil-laboratorju, lill-awtorità kompetenti li tkun ħadet id-deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu biex taġġorna, jekk rilevanti, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.
6. Jekk tiġi rilaxxata biss parti minn konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera, il-konsenja għandha tinqasam f’lottijiet differenti qabel ir-rilaxx tagħha għaċ-ċirkolazzjoni libera. Għal kull wieħed mil-lottijiet, l-importatur għandu jimla u jissottometti estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-lott hu maħsub li jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha twettaq il-verifika tal-lott u għandha tapprova l-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES b’siġill elettroniku kwalifikat.
7. Għall-konsenji soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera msemmija fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-konsenja biss jekk jiġi ppreżentat CHED finalizzat kif xieraq f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, u jekk jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ spezzjoni approvat f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu li jindika li dik il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Meta l-konsenja tinqasam f’lottijiet differenti, l-awtoritajiet doganali għandhom jeżiġu l-preżentazzjoni ta’ CHED finalizzat kif xieraq f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, u ta’ estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 li fil-kaxxa 12 jindika li l-lott jista’ jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 7
Proċeduri doganali speċjali
1. Meta konsenja titqiegħed taħt proċedura ta’ ħażna doganali jew taħt proċedura ta’ proċessar attiv kif imsemmi fl-Artikolu 240(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 256(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), u tgħaddi minn preparazzjoni waħda jew aktar kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konsenja f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament qabel ma titwettaq l-ewwel preparazzjoni. Fil-kaxxa 23 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, l-importatur għandu jipprovdi n-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni doganali li bih l-oġġetti jkunu ġew dikjarati għall-proċedura ta’ ħażna doganali jew għall-proċedura ta’ proċessar attiv.
Il-preparazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għat-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-imballaġġ jew il-bidla tal-imballaġġ; jew |
(b) |
it-twaħħil, it-tneħħija u t-tibdil tat-tikketti li jikkonċernaw il-preżentazzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni organika. |
2. Wara l-preparazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konsenja u tapprova ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-Artikolu 6 qabel ir-rilaxx tal-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera.
3. Qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, konsenja tista’ tinqasam f’lottijiet differenti taħt superviżjoni doganali wara l-verifika u l-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-Artikolu 6. L-importatur għandu jimla u jissottometti estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 għal kull lott li jirriżulta mill-qsim.
4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-lott se jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha twettaq il-verifika tal-lott f’konformità mal-Artikolu 6(1) u (2), u għandha tapprova l-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES b’siġill elettroniku kwalifikat.
5. L-operazzjonijiet ta’ preparazzjoni u ta’ qsim imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom isiru f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Kapitoli III u IV tar-Regolament (UE) 2018/848.
Artikolu 8
Arranġamenti ta’ kontinġenza għal TRACES f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà u f’każ ta’ forza maġġuri
1. L-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 għandhom iżommu disponibbli mudell li jista’ jimtela ta’ dak iċ-ċertifikat f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness u tad-dokumenti kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/848 li jistgħu jittellgħu fi TRACES.
2. Meta TRACES jew waħda mill-funzjonalitajiet tagħha kontinwament ma jkunux disponibbli għal aktar minn 24 siegħa, l-utenti tagħha jistgħu jużaw mudell stampat jew elettroniku li jista’ jimtela, kif imsemmi fil-paragrafu 1, biex jirreġistraw u jiskambjaw l-informazzjoni.
L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu referenza għal kull ċertifikat maħruġ u jżommu reġistru taċ-ċertifikati maħruġa f’ordni kronoloġika biex jiżguraw il-korrispondenza mar-referenza alfanumerika mogħtija minn TRACES ladarba ssir funzjonali.
Jekk jintużaw ċertifikati stampati ta’ spezzjoni, kull alterazzjoni jew tħassir mhux iċċertifikati jagħmluhom invalidi.
3. Ladarba TRACES jew il-funzjonalitajiet tagħha jerġgħu jsiru disponibbli, l-utenti tagħha għandhom jużaw l-informazzjoni rreġistrata f’konformità mal-paragrafu 2 biex jipproduċu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni elettronikament u jtellgħu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.
4. Iċ-ċertifikati u d-dokumenti prodotti f’konformità mal-paragrafu 2 għandu jkollhom it-test “prodott waqt kontinġenza”.
5. F’każ ta’ force majeure, għandhom japplikaw il-paragrafi 1 sa 4. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar tali avveniment u l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll għandhom idaħħlu d-dettalji kollha meħtieġa fi TRACES fi żmien għaxart ijiem kalendarji wara t-tmiem ta’ dan l-avveniment.
6. L-Artikolu 5(4) u (5) għandu japplika mutatis mutandis għal ċertifikati u dokumenti prodotti f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 9
Użu taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u tal-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni mill-awtoritajiet doganali
Għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali f’punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu r-rilaxx ta’ konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ spezzjoni li fil-kaxxa 30 jindika li l-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Meta l-konsenja tinqasam f’lottijiet differenti, l-awtoritajiet doganali għandhom jeżiġu l-preżentazzjoni ta’ estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 li fil-kaxxa 12 ikollu indikat li l-lott jista’ jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 10
Informazzjoni li trid tingħata minn awtorità kompetenti, awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll f’pajjiż terz dwar nuqqasijiet suspettati jew stabbiliti ta’ konformità dwar il-konsenji
1. Meta awtorità kompetenti, awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll f’pajjiż terz jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet notifika mingħand Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 rigward nuqqas ta’ konformità suspettat jew stabbilit li qed jaffettwa l-integrità ta’ prodotti organiċi jew ta’ prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, dawn għandhom iwettqu investigazzjoni. L-awtorità kompetenti, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandhom iwieġbu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li jkun bagħat in-notifika inizjali (l-Istat Membru notifikanti) fi żmien 30 jum kalendarju mid-data meta tal-wasla ta’ dik in-notifika u għandhom jinfurmaw dwar l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda, inkluż ir-riżultati tal-investigazzjoni, u jipprovdu kull informazzjoni oħra disponibbli u/jew meħtieġa mill-Istat Membru notifikanti, bl-użu tal-mudell stabbilit fit-Taqsima X tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/279 (12).
2. L-awtorità kompetenti, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandhom jipprovdu kull informazzjoni ulterjuri mitluba minn Stat Membru rigward l-azzjonijiet jew il-miżuri addizzjonali meħuda.
Il-Kummissjoni jew Stat Membru jista’ jitlob lill-awtorità kompetenti, lill-awtorità ta’ kontroll jew lill-korp ta’ kontroll jagħmlu disponibbli mingħajr dewmien il-lista tal-operaturi jew tal-gruppi ta’ operaturi kollha fil-katina tal-produzzjoni organika li l-konsenja hija parti minnha, u tal-awtoritajiet ta’ kontroll jew tal-korpi ta’ kontroll tagħhom.
3. Meta l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll ikunu ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848, għandhom japplikaw l-Artikolu 21(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698.
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet tranżitorji għaċ-ċertifikati stampati ta’ spezzjoni u l-estratti tagħhom
1. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3), sat-30 ta’ Ġunju 2022, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jista’ jinħareġ fuq il-karta wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat. Iċ-ċertifikat stampat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
fil-kaxxa 18 għandu jkollu l-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li joħroġ iċ-ċertifikat u t-timbru uffiċjali; |
(b) |
dan għandu jinħareġ qabel ma l-konsenja korrispondenti tħalli l-pajjiż terz tal-esportazzjoni jew tal-oriġini. |
2. B’deroga mill-Artikolu 6(3), sat-30 ta’ Ġunju 2022 għandu japplika dan li ġej:
(a) |
jekk iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jinħareġ fuq il-karta f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dak iċ-ċertifikat għandu jiġi approvat fuq il-karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-kaxxi 23, 25 u 30, kif xieraq, wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat; |
(b) |
jekk iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jinħareġ fi TRACES u jkollu siġill elettroniku kwalifikat, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3), dak iċ-ċertifikat jista’ jiġi approvat fuq il-karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-kaxxi 23, 25 u 30, kif xieraq, wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat. |
3. L-awtoritajiet ta’ kontroll, il-korpi ta’ kontroll u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw f’kull stadju tal-ħruġ u tal-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, kif xieraq, li l-informazzjoni dwar iċ-ċertifikat stampat ta’ spezzjoni tikkorrispondi mal-informazzjoni dwar iċ-ċertifikat mimli fi TRACES.
Jekk l-informazzjoni relatata mal-għadd ta’ pakketti msemmija fil-kaxxa 13 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jew l-informazzjoni fil-kaxxi 16 u 17 ta’ dak iċ-ċertifikat ma timteliex fuq iċ-ċertifikat stampat ta’ spezzjoni, jew jekk din l-informazzjoni tkun differenti mill-informazzjoni mniżżla fiċ-ċertifikat fi TRACES, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw għall-fini tal-verifika tal-konsenja u tal-approvazzjoni taċ-ċertifikat, l-informazzjoni mniżżla fi TRACES biss.
4. Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni stampat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni jekk il-konsenja tkun soġġetta għal kontrolli uffiċjali jew lill-awtorità kompetenti fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif xieraq. Dik l-awtorità kompetenti għandha tirritorna dak iċ-ċertifikat stampat lill-importatur.
5. B’deroga mill-Artikoli 6(6) u 7(4), sat-30 ta’ Ġunju 2022 l-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jista’ jiġi approvat fuq il-karta wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat. Dak l-estratt stampat taċ-ċertifikat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
fil-kaxxa 12, dan għandu jkun approvat fuq il-karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti; |
(b) |
fil-kaxxa 13, dan għandu jkollu l-firma bl-idejn tal-konsenjatarju tal-lott. |
L-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tirritorna dak l-estratt stampat taċ-ċertifikat lill-persuna li tippreżentaha.
Artikolu 12
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa mħassar.
Madankollu, dak ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-fini tal-mili u tal-approvazzjoni taċ-ċertifikati ta’ spezzjoni pendenti maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2022 u tal-estratti taċ-ċertifikati ta’ spezzjoni pendenti sottomessi mill-importatur qabel l-1 ta’ Jannar 2022, kif ukoll għall-fini tad-dikjarazzjoni tal-ewwel konsenjatarju jew tal-konsenjatarju taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jew tal-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU l 95, 7.4.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-każijiet fejn il-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni huma eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, il-kundizzjonijiet ta’ din l-eżenzjoni, u l-post tal-kontrolli uffiċjali għal tali prodotti, u li jemenda r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 u (UE) 2019/2124 (Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar id-dokumenti u n-notifiki meħtieġa għall-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (Ara paġna 30 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/279 tat-22 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u miżuri oħra li jiżguraw it-traċċabilità u l-konformità fil-produzzjoni organika u fit-tikkettar ta’ prodotti organiċi (ĠU L 62, 23.2.2021, p. 6).
ANNESS
PARTI I
ĊERTIFIKAT TA’ SPEZZJONI GĦALL-IMPORTAZZJONI TAL-PRODOTTI ORGANIĊI U FIL-FAŻI TAL-KONVERŻJONI FL-UNJONI EWROPEA
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||
Kodiċi tan-NM |
organiċi fil-fażi tal-konverżjoni |
Isem kummerċjali |
Kategorija |
Għadd ta’ pakketti |
Numru tal-lott |
Piż nett |
|||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||
Mod Identifikazzjoni Dokument internazzjonali tat-trasport |
|||||||||||||||||||
Din biex tiċċertifika li dan iċ-ċertifikat ħareġ abbażi ta’ kontrolli meħtieġa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/xxx (2) għall-konfirmità (l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848) jew ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 (3) għall-ekwivalenza (l-Artikolu 47, 48 jew 57 tar-Regolament (UE) 2018/848) u li l-prodotti msemmija hawn fuq huma f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/848. Data |
|||||||||||||||||||
Isem u firma tal-persuna awtorizzata/siġill elettroniku kwalifikat |
Awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll tal-ħruġ |
||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||
Data |
Ħin |
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||
Proċedura ta’ ħażna doganali ☐ |
Proċedura ta’ pproċessar attiv ☐ |
||||||||||||||||||
Isem u indirizz tal-operatur responsabbli għall-proċedura jew il-proċeduri doganali: L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li jiċċertifika l-operatur responsabbli għall-proċedura jew il-proċeduri doganali:
Informazzjoni addizzjonali: L-Awtorità u l-Istat Membru: Data: Isem u firma tal-persuna awtorizzata Numru ta’ Referenza tad-Dikjarazzjoni Doganali tal-proċedura jew il-proċeduri doganali |
|||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||
Verifiki tad-dokumenti
Magħżul għal verifiki tal-identità jew fiżiċi
L-Awtorità u l-Istat Membru: Data: Isem u firma tal-persuna awtorizzata/siġill elettroniku kwalifikat |
|||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
☐ Iva |
☐ Le |
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||
Verifiki tal-identità
Verifiki fiżiċi
|
|||||||||||||||||||
|
☐ Iva |
☐ Le |
|
||||||||||||||||
Riżultat tat-test |
☐ Sodisfaċenti |
☐ Mhux sodisfaċenti |
|
||||||||||||||||
Informazzjoni addizzjonali: Awtorità fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ kontroll/punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u Stat Membru: Data: Isem u firma tal-persuna awtorizzata/siġill elettroniku kwalifikat |
|||||||||||||||||||
Dan biex jiġi kkonfermat li mal-wasla tal-prodotti, l-imballaġġ jew il-kontenitur u, meta rilevanti, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni:
|
|||||||||||||||||||
Isem u firma tal-persuna awtorizzata |
Data: |
PARTI II
Noti biex jimtela l-mudell taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni
Il-kaxxi 1 sa 18 iridu jimtlew mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll rilevanti fil-pajjiż terz.
Kaxxa 1:L-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 46 jew imsemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2018/848 jew awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll maħtura minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz imsemmija fl-Artikolu 47 jew 48 ta’ dak ir-Regolament. Din l-awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll trid timla wkoll il-kaxxi 2 sa 18.
Kaxxa 2:Din il-kaxxa tindika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/848 li huma rilevanti għall-ħruġ u għall-użu ta’ dan iċ-ċertifikat; indika d-dispożizzjoni rilevanti.
Kaxxa 3:In-numru taċ-ċertifikat assenjat awtomatikament mis-Sistema Elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES).
Kaxxa 4:L-isem u l-indirizz tal-operatur(i) li pproduċew jew ipproċessaw il-prodotti fil-pajjiż terz imsemmi fil-kaxxa 8.
Kaxxa 5:L-isem u l-indirizz tal-operatur li jkun qed jesporta l-prodotti mill-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 9. L-esportatur huwa l-operatur li jkun qed iwettaq l-aħħar operazzjoni għall-finijiet tal-preparazzjoni kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq il-prodotti msemmija fil-kaxxa 13 u li jkun qed jissiġilla l-prodotti f’imballaġġ jew f’reċipjenti adattati, skont il-punt 6 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848.
Kaxxa 6:Meta applikabbli, imla l-isem u l-indirizz ta’ operatur wieħed jew aktar li jixtru jew ibigħu l-prodott mingħajr ħażna jew immaniġġjar fiżiku tal-prodott.
Kaxxa 7:L-isem u l-indirizz tal-awtorità jew l-awtoritajiet jew il-korp jew il-korpi ta’ kontroll għall-monitoraġġ tal-konformità tal-produzzjoni jew tal-ipproċessar tal-prodotti mar-regoli tal-produzzjoni organika fil-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 8.
Kaxxa 8:Il-pajjiż tal-oriġini tfisser il-pajjiż jew il-pajjiżi fejn il-prodott ġie prodott/tkabbar jew fejn ġie pproċessat.
Kaxxa 9:Il-pajjiż tal-esportazzjoni tfisser il-pajjiż fejn il-prodott tkun saritlu l-aħħar operazzjoni għall-finijiet tal-preparazzjoni kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848 u fejn dan ikun ġie ssiġillat f’imballaġġ jew f’reċipjenti adattati.
Kaxxa 10:Jekk il-konsenji jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848, indika l-isem u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat minn TRACES lill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni, fejn isiru l-kontrolli uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 (4).
Jekk il-konsenji jkunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305 (5) [C(2021) 6946], indika l-isem u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat minn TRACES lill-post ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Eweopea, kif xieraq, meta l-kontrolli uffiċjali jsiru f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306.
L-informazzjoni f’din il-kaxxa tista’ tiġi aġġornata mill-importatur jew mir-rappreżentant tiegħu qabel il-wasla tal-konsenja fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif xieraq.
Kaxxa 11:Il-pajjiż tad-destinazzjoni tfisser il-pajjiż tal-ewwel konsenjatarju fl-Unjoni Ewropea.
Kaxxa 12:L-isem, l-indirizz u n-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI), kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (6), tal-importatur, kif definit mill-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 (7), li jippreżenta l-konsenja għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera waħdu jew permezz ta’ rappreżentant.
Kaxxa 13:Deskrizzjoni tal-prodotti, li tinkludi:
— |
l-indikazzjoni jekk il-prodotti humiex organiċi jew fil-fażi tal-konverżjoni; |
— |
il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (8) għall-prodotti kkonċernati (livell ta’ 8 ċifri meta possibbli); |
— |
l-isem tal-fabbrika; |
— |
il-kategorija tal-prodott f’konformità mal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 (9); |
— |
in-numru ta’ pakketti (in-numru ta’ kaxxi, kaxxi tal-kartun, boroż, bramel, eċċ.); |
— |
in-numru tal-lott; kif ukoll |
— |
il-piż nett. |
Kaxxa 14:Numru tal-kontejner mhux obbligatorju.
Kaxxa 15:Numru tas-siġill: mhux obbligatorju.
Kaxxa 16:Il-piż gross totali mogħti fl-unitajiet adattati (f’kilogrammi, f’litri, eċċ.).
Kaxxa 17:Il-mezzi tat-trasport użati mill-pajjiż tal-oriġini sal-wasla tal-prodott fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għall-verifika tal-konsenja u l-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.
Mod ta’ trasport: ajruplan, bastiment, ferrovija, vettura tat-triq jew mezz ieħor.
Identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport: għall-ajruplani, in-numru tat-titjira, għall-bastimenti, isem il-vapur jew il-vapuri, għall-ferroviji, in-numru tal-ferrovija u n-numru tal-vagun, għat-trasport bit-triq, il-pjanċa tar-reġistrazzjoni u l-pjanċa tat-trejler, jekk ikun il-każ.
Fil-każ tat-trasport b’bastiment, speċfika l-bastiment u l-vettura tat-triq billi tidentifika l-vettura tat-triq u l-bastiment skedat.
Kaxxa 18:Dikjarazzjoni tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li qed joħroġ iċ-ċertifikat. Agħżel ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni xieraq. Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata u t-timbru huma meħtieġa biss fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni maħruġa fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.
Kaxxa 19:L-isem, l-indirizz u n-numru tal-EORI, kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, tal-operatur responsabbli għall-konsenja, kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307. Din il-kaxxa trid timtela mill-importatur indikat fil-kaxxa 12, jekk l-operatur responsabbli għall-konsenja jkun differenti minn dak l-importatur.
Kaxxa 20:Fil-każ ta’ konsenja ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848, indika d-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
Fil-każ ta’ konsenja ta’ prodotti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305, indika d-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità ma’ dak ir-Regolament.
Kaxxa 21:Trid timtela mill-importatur, jew meta xieraq mill-operatur responsabbli għall-konsenja, biex jintalab trasferiment tal-prodotti lejn punt ta’ kontroll fl-Unjoni għal kontrolli uffiċjali ulterjuri, jekk il-konsenja tintgħażel għal verifiki tal-identità jew fiżiċi mill-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.
Kaxxa 22:Indika l-isem tal-punt ta’ kontroll fl-Istat Membru li lejh iridu jiġu trasferiti l-prodotti għal verifiki tal-identità u fiżiċi, jekk il-konsenja tintgħażel għal dawn il-verifiki mill-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Trid timtela mill-importatur jew, meta xieraq, mill-operatur responsabbli għall-konsenja. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.
Kaxxa 23:Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti rilevanti u l-importatur.
Fil-każ ta’ prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata hija meħtieġa fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.
Kaxxa 24:L-isem u l-indirizz tal-ewwel konsenjatarju fl-Unjoni Ewropea. Din il-kaxxa trid timtela mill-importatur.
Kaxxa 25:Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti wara li jitlestew il-verifiki tad-dokumenti f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306. Jekk il-verifiki tad-dokumenti ma jkunux sodisfaċenti, trid timtela l-kaxxa 30.
Dik l-awtorità trid tindika liema konsenja ntgħażlet għall-verifiki tal-identità u fiżiċi.
Il-firma tal-peruna awtorizzata/is-siġill elettroniku kwalifikat huma meħtieġa biss jekk l-awtorità kompetenti tkun differenti mill-awtorità indikata fil-kaxxa 30. Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata hija meħtieġa biss fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.
Kaxxa 26:Trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, jekk il-konsenja tintgħażel għall-verifiki tal-identità u fiżiċi u jekk il-konsenja tkun aċċettabbli għal trasferiment lejn il-punt ta’ kontroll għal kontrolli uffiċjali ulterjuri. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.
Kaxxa 27:F’każ ta’ trasferiment lejn punt ta’ kontroll, indika l-isem tal-punt ta’ kontroll fl-Istat Membru li lejh intalab it-trasferiment tal-prodotti għal verifiki tal-identità u fiżiċi, id-dettalji tal-kuntatt tiegħu u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat minn TRACES lill-punt ta’ kontroll. Trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.
Kaxxa 28:Ara l-gwida fil-kaxxa 17. Din il-kaxxa trid timtela jekk il-konsenja tiġi trasferita lejn punt ta’ kontroll għal verifiki tal-identità u fiżiċi.
Kaxxa 29:Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti jekk il-prodotti jintgħażlu għal verifiki tal-identità u fiżiċi.
Kaxxa 30:Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti, wara l-preparazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306, meta applikabbli, u fil-każijiet kollha wara l-verifika tal-konsenja f’konformità mal-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament.
L-awtorità kompetenti trid tagħżel l-għażla xierqa billi żżid, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa rilevanti. B’mod partikolari, jekk tintgħażel “Il-konsenja ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera” jew “Parti mill-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera”, l-informazzjoni rilevanti trid tingħata taħt “informazzjoni addizzjonali”.
Fil-każ ta’ prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Jekk il-konsenja tiġi trasferita lejn punt ta’ kontroll għall-verifiki tal-identità u fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306, din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti f’dak il-punt ta’ kontroll.
Taħt “Awtorità fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ kontroll/punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera”, imla isem l-awtorità kkonċernata, kif xieraq.
Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata hija meħtieġa biss fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.
Kaxxa 31:Din il-kaxxa trid timtela mill-ewwel konsenjatarju mal-wasla tal-prodotti wara r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera billi tintgħażel għażla waħda wara li jitwettqu l-verifiki previsti fil-punt 6 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848.
Il-firma bl-idejn tal-ewwel konsenjatarju hija meħtieġa għaċ-ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-pajjiżi terzi u mill-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll għall-finijiet tas-superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-prodotti organiċi importati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fl-eżerċizzju ta’ dik is-superviżjoni (ĠU L 292, 16.8.2021, p. 20).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ konsenji ta’ prodotti organiċi u ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 13).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-każijiet fejn u l-kundizzjonijiet li skonthom il-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, il-post tal-kontrolli uffiċjali għal tali prodotti u li jemenda r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 u (UE) 2019/2124 (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 5).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar id-dokumenti u n-notifiki meħtieġa għall-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 30).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/xxx li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24).