EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0461

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/461 tas-16 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fir-rigward tad-data biex jintlaqgħu talbiet għar-rikonoxximent ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini ta’ ekwivalenza skont l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/1636

ĠU L 91, 17.3.2021, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/461/oj

17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/461

tas-16 ta’ Marzu 2021

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fir-rigward tad-data biex jintlaqgħu talbiet għar-rikonoxximent ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini ta’ ekwivalenza skont l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi li l-iskema ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, biex iwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-fini ta’ importazzjoni ta’ prodotti b’garanziji ekwivalenti, se tiġi sostitwita minn skema ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Kummissjoni għall-fini ta’ importazzjoni ta’ prodotti konformi.

(2)

Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika relatata magħha, id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 u ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament ġew differiti b’sena permezz tar-Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (UE) 2018/848 se japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-kapaċitajiet amministrattivi neċessarji kienu disponibbli biex jipprovdu għal rikonoxximent f’waqtu ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll taħt l-iskema l-ġdida, Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (4) ġie emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/25 (5) sabiex tiġi introdotta data finali biex jintlaqgħu talbiet ġodda għar-rikonoxximent ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini ta’ ekwivalenza taħt l-iskema preċedenti. Dik id-data finali hija t-30 ta’ Ġunju 2020.

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru. 1235/2008 jiġi emendat għal darb’oħra sabiex tiġi allinjata d-data li fiha jintlaqgħu t-talbiet ġodda għar-rikonoxximent ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini ta’ ekwivalenza taħt l-iskema ta’ importazzjoni preċedenti mad-data tal-istabbiliment tas-sistema ta’ importazzjoni ġdida fir-Regolament (UE) 2018/848.

(5)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(6)

Sabiex l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll ikkonċernati jingħataw l-opportunità li jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ żmien li fadal sat-30 ta’ Ġunju 2021, wara li l-għodda tal-IT rilevanti tkun ġiet attivata mill-ġdid, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 id-data “30 ta’ Ġunju 2020” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 2021”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament (ĠU L 381, 13.11.2020, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/25 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 8, 14.1.2020, p. 18).


Top