This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1212
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/1212 of 8 May 2020 amending Delegated Regulation (EU) 2018/1229 supplementing Regulation (EU) No 909/2014 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards on settlement discipline (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1212 tat-8 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dixxiplina tas-saldu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1212 tat-8 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dixxiplina tas-saldu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/2842
ĠU L 275, 24.8.2020, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32018R1229 | Sostituzzjoni | artikolu 42 | 27/08/2020 |
24.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1212
tat-8 ta’ Mejju 2020
li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dixxiplina tas-saldu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (1), u b'mod partikolari l-Arikolu 6(5) u l-Artikoli 7(15) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229 (2) jispeċifika l-miżuri għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta’ fallimenti tas-saldu, u jħeġġeġ id-dixxiplina fis-saldu. Dawk il-miżuri jinkludu l-monitoraġġ ta’ fallimenti ta’ saldu u l-ġbir u d-distribuzzjoni ta’ penali fi flus kontanti għal fallimenti ta’ saldu. Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/1229 jispeċifika wkoll id-dettalji operazzjonali tal-proċess ta’ xiri sfurzat. |
(2) |
Il-partijiet ikkonċernati inkluż is-CSDs, CCPs, ċentri tan-negozjar, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu, indikaw li minħabba żviluppi ġodda, bħal l-implimentazzjoni prevista fil-21-22 ta’ Novembru 2020 tal-mekkaniżmu ta’ penali stabbilit b’mod konġunt mis-CSDs li jużaw infrastruttura tas-saldu komuni, hemm bżonn ta’ iktar ħin biex jiġi adattati l-miżuri speċifikati fir-Regolament Delegat (UE) 2018/1229. Il-partijiet ikkonċernati affettwati indikaw ukoll li hemm bżonn iktar ħin għall-bidliet neċessarji fis-sistema tal-IT, għall-iżvilupp u l-aġġornament tal-messaġġi tal-ISO, u għall-ittestjar tas-suq u l-bidliet fl-arranġamenti kuntrattwali bejn il-partijiet ikkonċernati. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) hija tal-fehma li huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw aktar ħin biex jadattaw għal dawk il-miżuri. Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat (UE) 2018/1229 jenħtieġ li jiġi ddifferit. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2018/1229 jiġi emendat kif xieraq. |
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni. |
(5) |
Il-kamp ta' applikazzjoni u l-impatt mistenni ta’ din l-emenda huma limitati għaliex jikkonċernaw biss dewmien qasir fid-data li fiha r-reġim ta’ dixxiplina tas-saldu l-ġdid se jkun applikabbli u l-parteċipanti tas-suq diġà pprovdew il-kontribut tagħhom. L-ESMA ma wettqet l-ebda konsultazzjoni pubblika miftuħa. Madankollu l-ESMA analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Fl-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA ħadmet ukoll f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, Il-partijiet ikkonċernati ikkuntattjaw ukoll lill-Kummissjoni b’appoġġ ta’ dewmien fid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2018/1229
L-Artikolu 42 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/1229 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 42
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2021.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak l-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229 tal-25 ta’ Mejju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dixxiplina tas-saldu (ĠU L 230, 13.9.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).