EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0642

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/642 tat-12 ta’ Mejju 2020 li japprova s-sustanza bażika L-ċisteina f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/2997

ĠU L 150, 13.5.2020, p. 134–137 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/642/oj

13.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/134


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/642

tat-12 ta’ Mejju 2020

li japprova s-sustanza bażika L-ċisteina f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand Soleo-EcoSolutions, għall-approvazzjoni tal-L-ċisteina bħala sustanza bażika. Ma’ dik l-applikazzjoni ngħatat l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3).

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) għal assistenza xjentifika. L-Awtorità pprovdiet lill-Kummissjoni b’rapport tekniku dwar l-L-ċisteina fid-29 ta’ Jannar 2019 (2). Fis-17 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ rieżami (3) kif ukoll abbozz ta’ dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(3)

L-informazzjoni mogħtija mill-applikant turi li l-L-ċisteina tissodisfa l-kriterji ta’ oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, is-sustanza ma tintużax b’mod predominanti għal skopijiet ta’ protezzjoni tal-pjanti, iżda madankollu hija utli għall-protezzjoni tal-pjanti fi prodott li jkun fih is-sustanza. B’hekk, trid titqies bħala sustanza bażika.

(4)

Mill-eżamijiet li saru jidher li b’mod ġenerali, l-L-ċisteina taf tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-aktar fejn jidħlu l-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jixraq li l-L‐ċisteina tiġi approvata bħala sustanza bażika.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ madankollu li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, li huma spjegati fid-dettall fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza bażika

Is-sustanza L-ċisteina hija approvata bħala sustanza bażika kif stipulat fl-Anness I.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2019. Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for L-cysteine for use in plant protection as insecticide. Pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2019: EN-1562. 46 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2019.EN-1562.

(3)  Final Review report for the basic substance L-cysteine finalised in the Standing Committee on Plants, Animals, Food and Feed at its meeting on 24 March 2020 in view of the approval of L-cysteine as basic substance in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 (SANTE/11056/2019).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità  (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

L-ċisteina (E 920)

Nru CAS: 52-89-1

EINECS: 200-157-7

(Kloridrat tal-L-ċisteina)

Nru CAS: 7048-04-6

EINECS: 615-117-8

(Kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina)

Kloridrat tal-L-ċisteina (1:1)

Minimu ta’ 98,0 % kloridrat tal-L-ċisteina (fuq bażi anidra)

Grad alimentari f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012  (2).

massimu ta’ 1,5 mg/kg As

massimu ta’ 5 mg/kg Pb

2.6.2020

L-ċisteina (E 920) għandha tintuża bħala taħlita b’matriċi (dqiq, grad alimentari) b’konċentrazzjoni ta’ massimu ta’ 8 % (ta’ kloridrat tal-L-ċisteina, fuq bażi anidra) f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar l-L-ċisteina (SANTE/11056/2019) u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-mod kif għandha tintuża s-sustanza bażika huma previsti fir-rapport ta’ rieżami.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).


ANNESS II

Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiddaħħal l-entrata li jmiss:

Numru

Isem komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità  (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“21

L-ċisteina (E 920)

Nru CAS: 52-89-1

EINECS: 200-157-7

(Kloridrat tal-L-ċisteina)

Nru CAS: 7048-04-6

EINECS: 615-117-8

(Kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina)

Kloridrat tal-L-ċisteina (1:1)

Minimu ta’ 98,0 % kloridrat tal-L-ċisteina (fuq bażi anidra)

Grad alimentari f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012.

massimu ta’ 1,5 mg/kg As

massimu ta’ 5 mg/kg Pb

2.6.2020

L-ċisteina (E 920) għandha tintuża bħala taħlita b’matriċi (dqiq, grad alimentari) b’konċentrazzjoni ta’ massimu ta’ 8 % (ta’ kloridrat tal-L-ċisteina, fuq bażi anidra) f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar l-L-ċisteina (SANTE/11056/2019) u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-mod kif għandha tintuża s-sustanza bażika huma previsti fir-rapport ta’ rieżami.


Top