Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0358

Regolament Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2020/358 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 fir-rigward tal-liċenzji tal-bdoti tal-gliders (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/1037

ĠU L 67, 5.3.2020, p. 57–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/358/oj

5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/57


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/358

tal-4 ta’ Marzu 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 fir-rigward tal-liċenzji tal-bdoti tal-gliders

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23, 27 u 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni trid tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni neċessarji biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għal-liċenzji tal-bdoti tal-gliders f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139, meta inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Fid-dawl tan-natura speċifika tal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-gliders, huma neċessarji rekwiżiti ta’ liċenzjar speċifiċi li jiġu stabbiliti f’regolamenti awtonomi. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkunu bbażati fuq ir-regoli ġenerali għal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2). Madankollu, jenħtieġ li jiġu ristrutturati u ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li jkunu proporzjonati u msejsa fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskji, filwaqt li jiġi żgurat li l-bdoti tal-gliders ikunu u jibqgħu kompetenti biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom u sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom. Jenħtieġ ukoll li jsir aġġornament editorjali korrispondenti għar-regoli tal-operazzjonijiet tal-gliders biex iqisu l-bidla fir-regoli tal-liċenzjar mir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 (3).

(3)

Skont l-Artikolu 12(2a)(3) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar li jipprovdu aċċess għall-privileġġi bażiċi tal-bdoti sat-8 ta’ April 2020. Xi Stati Membri rrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European Union Aviation Safety Agency, “EASA”) li, f’dak il-kuntest, it-tkomplija ta’ dawk ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar, li permezz tagħhom il-bdoti studenti huma permessi jeżerċitaw privileġġi limitati mingħajr superviżjoni u jiksbu privileġġi bażiċi fuq bażi pass pass, tappoġġa l-promozzjoni tal-isport tal-ajru u tal-attivitajiet rikreattivi minħabba l-aċċess iffaċilitat u aktar affordabbli għat-titjir. Il-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-avjazzjoni ġenerali huwa konformi mal-objettivi tal-Pjan Direzzjonali tal-Avjazzjoni Ġenerali tal-EASA li għandu l-għan li joħloq sistema regolatorja aktar proporzjonali, flessibbli u proattiva (4). Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw id-diskrezzjoni li jkomplu jsegwu dawk ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar f’konformità mal-prinċipji introdotti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430 (5) biex joħorġu l-liċenzji tal-bdoti tal-gliders (sailplane pilot licences, “SPL”). Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-EASA kull meta jużaw it-tali awtorizzazzjonijiet. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-użu tat-tali awtorizzazzjonijiet sabiex iżommu livell aċċettabbli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni.

(4)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel, kwalunkwe ċertifikat, awtorizzazzjoni u approvazzjoni maħruġa lill-bdoti tal-gliders f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jkunu validi. Il-liċenzji nazzjonali tal-bdoti tal-gliders maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu konvertiti f’liċenzji maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, permezz ta’ rapporti dwar il-konverżjoni stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’konsultazzjoni mal-EASA.

(5)

It-taħriġ tal-bdoti tal-gliders li beda f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġi kkreditat b’mod sħiħ minħabba li jipprovdi ambitu tar-rekwiżiti ta’ taħriġ ugwali jew anki usa’ minn dak introdott permezz ta’ dan ir-Regolament. It-taħriġ li beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jenħtieġ li jiġi kkreditat fuq il-bażi ta’ rapporti ta’ kreditu stabbiliti mill-Istati Membri.

(6)

Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ eżistenti jingħataw iż-żmien xieraq biex jadattaw il-programmi ta’ taħriġ tagħhom, fejn ikun meħtieġ, fil-kuntest tar-rekwiżiti tat-taħriġ issimplifikati.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2019 (6) tal-EASA f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders kif ukoll għall-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”;

(2)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operazzjonijiet tal-ajru bil-gliders kif ukoll għall-ħruġ u għaż-żamma tal-liċenzji tal-bdoti u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi u ċ-ċertifikati assoċjati għall-gliders, meta inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.”;

(3)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin u, sakemm it-termini ma jiġux definiti mod ieħor f’dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011:”;

(b)

il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(10)

“ftehim ta’ kiri mingħajr ekwipaġġ” tfisser ftehim bejn impriżi li permezz tiegħu l-glider jiġi operat taħt ir-responsabbiltà tal-lokatarju;”;

(c)

jiżdiedu l-punti (11) sa (13) li ġejjin:

“(11)

“liċenzja nazzjonali” tfisser liċenzja tal-bdoti maħruġa minn Stat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament jew tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(12)

“liċenzja skont il-Parti-SFCL” tfisser liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament;

(13)

“rapport dwar il-konverżjoni” tfisser rapport li abbażi tiegħu liċenzja tista’ tiġi kkonvertita f’liċenzja skont il-Parti-SFCL;”;

(4)

l-Artikoli 3a sa 3d li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 3:

“Artikolu 3a

Liċenzji u ċertifikazzjoni medika tal-bdoti

1.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) (*1), il-bdoti tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

2.   Bħala eċċezzjoni għall-privileġġi tad-detenturi tal-liċenzji kif definit fl-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament, id-detenturi ta’ liċenzji bħal dawn jistgħu jwettqu t-titjiriet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 3(2) mingħajr ma jikkonformaw mal-punt SFCL.115(a)(3) tal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Stat Membru jista’ jawtorizza lill-bdoti studenti li jkunu qed isegwu kors ta’ taħriġ għal-liċenzja tal-bdoti tal-gliders (“SPL”) biex jeżerċitaw privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel ma jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li huma meħtieġa għall-ħruġ ta’ SPL f’konformità mal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-ambitu tal-privileġġi mogħtija għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza mwettqa mill-Istat Membru, filwaqt li jitqies l-ammont ta’ taħriġ meħtieġ għall-livell maħsub ta’ kompetenza ta’ bdot li għandu jintlaħaq;

(b)

il-privileġġi għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:

(i)

it-territorju nazzjonali kollu, jew parti minnu, tal-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni; u

(ii)

il-gliders li huma rreġistrati fl-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni;

(c)

id-detentur ta’ awtorizzazzjoni li japplika għall-ħruġ ta’ SPL għandu jirċievi krediti għat-taħriġ li jkun sar fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni minn organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (approved training organisation, “ATO”) jew organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (declared training organisation, “DTO”);

(d)

l-Istat Membru għandu jissottometti r-rapporti u l-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sikurezza lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) kull tliet snin;

(e)

l-Istat Membru għandu jimmonitorja l-użu tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa skont dan il-paragrafu sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni, u għandu jieħu azzjoni xierqa f’każ li jidentifika riskju miżjud għas-sikurezza jew xi tħassib tas-sikurezza.

Artikolu 3b

Liċenzji u ċertifikati mediċi nazzjonali tal-bdoti eżistenti

1.   Il-liċenzji skont il-Parti-FCL għall-gliders u l-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jissostitwixxu dawk il-liċenzji li jikkonformaw mal-format stabbilit fl-Anness VI (Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 meta joħorġu l-liċenzji mill-ġdid għal raġunijiet amministrattivi jew fuq talba tad-detenturi tal-liċenzji.

2.   Meta Stat Membru joħroġ mill-ġdid liċenzji u privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati f’konformità mal-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu, skont kif ikun applikabbli:

(a)

jittrasferixxi l-privileġġi kollha approvati sa issa fil-liċenzji skont il-Parti-FCL għall-format il-ġdid tal-liċenzji;

(b)

jikkonvertu l-klassifikazzjonijiet ajrubatiċi maħruġa f’konformità mal-punt FCL.800 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fi privileġġi ajrubatiċi avvanzati f’konformità mal-punt SFCL.200(c) tal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

japprova d-data ta’ skadenza ta’ ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir assoċjat ma’ liċenzja skont il-Parti-FCL fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot jew joħroġ dokument ekwivalenti. Wara dik id-data ta’ skadenza, il-bdoti għandhom jeżerċitaw il-privileġġi ta’ għalliem biss meta jikkonformaw mal-punt SFCL.360 tal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Id-detenturi tal-liċenzji nazzjonali għall-gliders maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħallew ikomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji tagħhom sat-8 ta’ April 2021. Sa dik id-data, l-Istati Membri għandhom jikkonvertu dawk il-liċenzji f’liċenzji skont il-Parti-SFCL u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi u ċ-ċertifikati assoċjati f’konformità mal-elementi stipulati f’rapport dwar il-konverżjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

4.   Iċ-ċertifikati mediċi nazzjonali tal-bdoti assoċjati ma’ liċenzja kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sad-data tal-validazzjoni mill-ġdid li jmiss tagħhom jew sat-8 ta’ April 2021, skont liema tkun id-data l-aktar bikrija. Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ dawk iċ-ċertifikati mediċi għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

Artikolu 3c

Kreditu għal taħriġ mibdi qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

1.   Fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-SFCL u ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati f’konformità mal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament, it-taħriġ li jkun beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.   It-taħriġ li jkun beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandu jiġi kkreditat għall-finijiet li jinħarġu liċenzji skont il-Parti-SFCL fuq il-bażi ta’ rapport ta’ kreditu stabbilit mill-Istat Membru f’konsultazzjoni mal-EASA.

3.   Ir-rapport ta’ kreditu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiddeskrivi l-ambitu tat-taħriġ, jindika għal liema rekwiżiti tal-liċenzji skont il-Parti-SFCL ikun qiegħed jingħata kreditu u, jekk ikun applikabbli, ma’ liema rekwiżiti l-applikanti għandhom jikkonformaw sabiex tingħatalhom il-liċenzja skont il-Parti-SFCL. Dan għandu jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji li jattestaw l-ambitu tat-taħriġ kif ukoll kopji tar-regolamenti u l-proċeduri nazzjonali li skonthom ikun inbeda t-taħriġ.

Artikolu 3d

Organizzazzjonijiet tat-taħriġ

1.   L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għall-ksib tal-liċenzji tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

2.   L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-Anness VII (Parti-ORA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew li jkunu ssottomettew dikjarazzjoni f’konformità mal-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jadattaw il-programmi ta’ taħriġ tagħhom, fejn ikun meħtieġ, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2021.”;

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) tal-4 ta’ Marzu 2020 (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)."

(5)

L-Anness I (Parti-DEF) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(6)

L-Anness II (Parti-SAO) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament

(7)

L-Anness III (Parti-SFCL) jiżdied kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-8 ta’ April 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64).

(4)  https://www.easa.europa.eu/easa-and-you/general-aviation/general-aviation-road-map

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430 tat-18 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-eżerċizzju ta' privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel il-ħruġ ta' liċenzja ta' bdot ta' inġenji tal-ajru ħfief (ĠU L 75, 19.3.2019, p. 66).

(6)  Easier access for GA pilots to IFR flying & Revision of the balloon and sailplane licensing requirements, (Opinjoni Nru 01/2019 (A) u (B), 19.2.2019), disponibbli hawn: https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions


ANNESS I

L-Anness I “Definizzjonijiet” (Parti-DEF) tar-Regolament (UE) 2018/1976 huwa emendat kif ġej:

(1)

is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin u, sakemm it-termini ma jiġux definiti mod ieħor f’dan l-Anness, id-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 kif ukoll tal-punt FCL.010 tal-Anness I (Parti-FCL) ta’ dak ir-Regolament:”;

(2)

il-punt 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“13.

“lejl” tfisser is-sigħat bejn it-tmiem tal-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta’ filgħodu. L-għabex ċivili jintemm filgħaxija meta ċ-ċentru ta’ wiċċ ix-xemx ikun sitt gradi taħt l-orizzont u jibda filgħodu meta ċ-ċentru ta’ wiċċ ix-xemx ikun sitt gradi taħt l-orizzont;”;

(3)

jiżdiedu l-punti 14 sa 19 li ġejjin:

“14.

“test tal-ħiliet” tfisser it-turija tal-ħiliet għall-fini tal-ħruġ ta’ liċenzja jew ta’ klassifikazzjoni, jew għall-estensjoni ta’ privileġġ, inkluż eżamijiet orali kif meħtieġ;

15.

“valutazzjoni tal-kompetenza” tfisser it-turija tal-ħiliet, l-għarfien u l-attitudni għall-ħruġ inizjali, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ għalliem jew ta’ eżaminatur;

16.

“ħin ta’ titjir” tfisser:

(a)

għall-gliders bl-awtoillanċjar u għall-gliders bil-mutur, il-ħin totali minn meta l-inġenju tal-ajru jiċċaqlaq għall-ewwel darba għall-finijiet tat-tlugħ sa meta finalment jieqaf fi tmiem it-titjira;

(b)

għall-gliders, il-ħin totali minn meta l-glider jibda l-ġirja ta’ fuq l-art fil-proċess tat-tlugħ sa meta finalment jieqaf fi tmiem it-titjira;

17.

“kontroll tal-profiċjenza” tfisser it-turija tal-ħiliet għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti kif stabbilit f’dan ir-Regolament, inkluż eżamijiet orali kif meħtieġ;

18.

“titjira bi bdot wieħed” tfisser titjira li matulha l-bdot student ikun l-uniku okkupant ta’ inġenju tal-ajru;

19.

“titjira bejn pajjiżi” tfisser titjira barra mil-linja viżwali jew mid-distanza definita mill-awtorità kompetenti mill-kamp tat-tluq bl-użu ta’ proċeduri standard ta’ navigazzjoni.”.


ANNESS II

L-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt SAO.GEN.125 “Ħatra tal-bdot fil-kmand” huwa sostitwit b’dan li ġej:

Punt SAO.GEN.125 Ħatra tal-bdot fil-kmand

L-operatur għandu jaħtar bdot fil-kmand li jkun kwalifikat biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.”.


ANNESS III

L-Anness III li ġej tar-Regolament (UE) 2018/1976 jiżdied wara l-Anness II:

“Anness III

REKWIŻITI GĦALL-ĦRUĠ TA’ LIĊENZJA GĦALL-EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA TAL-GLIDER

[PARTI-SFCL]

SUBPARTI GEN

REKWIŻITI ĠENERALI

SFCL.001   Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzja tal-bdoti tal-gliders (“SPL”) u ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati u l-kundizzjonijiet għall-validità u l-użu tagħhom.

SFCL.005   Awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun awtorità maħtura mill-Istat Membru li lilha jintbagħtu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ SPL jew ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati.

SFCL.015   Applikazzjoni għal SPL u l-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ SPL kif ukoll ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati

(a)

Dawn li ġejjin għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti b’mod u b’manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità kompetenti:

(1)

applikazzjoni:

(i)

għall-ħruġ ta’ SPL u tal-klassifikazzjonijiet assoċjati;

(ii)

għall-estensjoni tal-privileġġi ta’ SPL, ħlief għall-privileġġi speċifikati fil-punti SFCL.115(a)(2) u (a)(3), SFCL.155, SFCL.200 u SFCL.215;

(iii)

għall-ħruġ ta’ ċertifikat għal għalliem tat-titjir tal-gliders (“FI(S)”);

(iv)

għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikat għal eżaminatur tat-titjir tal-gliders (“FE(S)”);

(v)

għal kwalunkwe emenda tal-SPL u l-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati, ħlief għall-privileġġi msemmijin fil-punt (ii); u

(2)

jekk rikjest mill-awtorità kompetenti, kopja tal-entrati rilevanti fil-ġurnal ta’ abbord kif speċifikat fil-punti SFCL.115(d), SFCL.155(b), SFCL.200(f) u SFCL.215(d).

(b)

Applikazzjoni kif speċifikat fil-paragrafu (a) għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan l-Anness u fl-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(c)

Kwalunkwe limitu jew estensjoni tal-privileġġi mogħtija b’liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat għandhom jiġu approvati fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat mill-awtorità kompetenti, ħlief għall-kisba tal-privileġġi kif speċifikat fil-paragrafu (a)(1)(ii).

(d)

Ebda persuna ma għandu jkollha f’ebda ħin aktar minn SPL waħda maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness.

(e)

Detentur ta’ liċenzja għandu jressaq l-applikazzjonijiet kif speċifikat fil-paragrafu (a) lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru li fih kwalunkwe waħda mill-liċenzji tiegħu nħarġet f’konformità ma’ dan l-Anness (Parti-SFCL), jew l-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395, skont kif japplika.

(f)

Detentur ta’ SPL jista’ japplika għal bidla tal-awtorità kompetenti lill-awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru ieħor iżda fit-tali każ l-awtorità kompetenti l-ġdida għandha tkun l-istess għal-liċenzji kollha tiegħu.

(g)

L-applikanti għandhom japplikaw għall-ħruġ ta’ SPL u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi jew ċ-ċertifikati assoċjati mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jkunu għaddew mit-test tal-ħiliet jew mil-valutazzjoni tal-kompetenza.

SFCL.030   Test prattiku tal-ħiliet

L-applikanti għal test tal-ħiliet għandhom ikunu rrakkomandati għat-test tal-ħiliet mill-ATO (Organizzazzjoni tat-Taħriġ Approvata) jew mid-DTO (Organizzazzjoni tat-Taħriġ Iddikjarata) li hija responsabbli għat-taħriġ imwettaq mill-applikanti, ladarba jkun tlesta t-taħriġ. L-ATO jew d-DTO għandhom ipoġġu r-rekords tat-taħriġ għad-dispożizzjoni tal-eżaminatur.

SFCL.035   Ikkreditar tal-ħin ta’ titjir

L-applikanti għal SPL jew għal privileġġ, klassifikazzjoni jew ċertifikat assoċjati għandhom ikunu kkreditati bis-sħiħ bil-ħin tat-titjir fil-gliders waħedhom, ma’ bdot ieħor jew bħala PIC (bdot fil-kmand) biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ ħin totali tat-titjir għal liċenzja, privileġġ, klassifikazzjoni jew ċertifikat.

SFCL.045   L-obbligu tal-ġarr u l-preżentazzjoni tad-dokumenti

(a)

Meta jkunu qed jeżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja SPL, id-detenturi tal-SPL għandu jkollhom magħhom id-dokumenti kollha li ġejjin:

(1)

SPL valida;

(2)

ċertifikat mediku validu;

(3)

dokument ta’ identifikazzjoni personali li jkun fih ritratt tad-detentur tal-SPL;

(4)

data suffiċjenti tal-ġurnal ta’ abbord biex juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness.

(b)

Fuq it-titjiriet bejn pajjiżi bi bdot wieħed, il-bdoti studenti għandu jkollhom magħhom:

(1)

id-dokumenti kif speċifikati fil-paragrafi (a)(2) u (a)(3);

(2)

evidenza tal-awtorizzazzjoni rikjesta mill-punt SFCL.125(a).

(c)

Id-detenturi tal-SPL jew il-bdoti studenti għandhom jippreżentaw id-dokumenti kif speċifikat fil-paragrafu (a) mingħajr dewmien bla bżonn, għal spezzjoni fuq talba ta’ rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti.

(d)

B’deroga mill-paragrafi (a) u (b), id-dokumenti speċifikati fihom jistgħu jiġu miżmuma fl-ajrudrom jew fis-sit operatorju għat-titjiriet li jibqgħu:

(1)

fil-vista tal-ajrudrom jew tas-sit operatorju; jew

(2)

f’distanza mill-ajrudrom jew mis-sit operatorju ddeterminata mill-awtorità kompetenti.

SFCL.050   Reġistrazzjoni tal-ħin ta’ titjir

Id-detenturi tal-SPL u l-bdoti studenti għandhom iżommu rekord affidabbli tad-dettalji tat-titjiriet kollha li jkunu saru b’mod u b’manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

SFCL.065   Tnaqqis tal-privileġġi tad-detenturi tal-SPL li jkollhom 70 sena jew aktar fil-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-gliders

Id-detenturi tal-SPL li jkunu għalqu s-70 sena ma għandhomx jaġixxu bħala bdoti ta’ gliders involuti fl-operazzjonijiet tal-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-gliders.

SFCL.070   Limitazzjoni, sospensjoni u revoka ta’ liċenzji, privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati

(a)

SPL kif ukoll il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness jistgħu jiġu limitati, sospiżi jew revokati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness VI (Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jekk detentur ta’ SPL ma jikkonformax mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness kif ukoll tal-Anness II (Parti-SAO) ta’ dan ir-Regolament jew mal-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(b)

Id-detenturi tal-SPL għandhom jirritornaw minnufih il-liċenzja jew iċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti jekk il-liċenzja, il-privileġġ, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat tagħhom ikunu ġew limitati, sospiżi jew revokati.

SUBPARTI SPL

LIĊENZJA TAL-BDOTI TAL-GLIDERS (“SPL”)

SFCL.115   SPL — Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Soġġett għall-konformità mal-punt SFCL.150, il-privileġġi tad-detenturi tal-SPL huma li jaġixxu bħala PIC fil-gliders:

(1)

mingħajr remunerazzjoni fl-operazzjonijiet mhux kummerċjali;

(2)

inkluż il-ġarr ta’ passiġġieri biss jekk:

(i)

jikkonformaw mal-punt SFCL.160(e); u

(ii)

jew:

(A)

wara l-ħruġ tal-SPL ikunu wettqu mill-inqas 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir jew 30 illanċjar jew tlugħ u nżul bħala PIC fuq il-gliders u, barra minn hekk, titjira ta’ taħriġ waħda li matulha d-detenturi għandhom juru lil FI(S) il-kompetenza rikjesta għall-ġarr ta’ passiġġieri; jew

(B)

ikollhom ċertifikat ta’ FI(S) f’konformità mas-Subparti FI;

(3)

f’operazzjonijiet għajr dawk speċifikati fil-paragrafu (1), biss jekk:

(i)

ikunu għalqu t-18-il sena;

(ii)

wara l-ħruġ tal-liċenzja, ikunu wettqu 75 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 200 illanċjar jew tlugħ u nżul bħala PIC fuq il-gliders.

(b)

B’deroga mill-paragrafu (a), id-detenturi ta’ SPL li jkollhom il-privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jistgħu jirċievu remunerazzjoni:

(1)

għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir għall-SPL;

(2)

għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-SPL;

(3)

għat-taħriġ, għall-ittestjar u għall-ivverifikar tal-privileġġi, tal-klassifikazzjonijiet u taċ-ċertifikati marbuta ma’ SPL.

(c)

Id-detenturi tal-SPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-SPL biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli rigward l-esperjenza reċenti u biss jekk iċ-ċertifikat mediku, li jkun xieraq għall-privileġġi eżerċitati, jkun validu.

(d)

It-twettiq tat-titjira ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (a)(2)(ii)(A) għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiffirmah l-għalliem li huwa responsabbli għat-titjira ta’ taħriġ.

SFCL.120   SPL — Età minima

L-applikanti għal SPL għandu jkollhom mill-inqas 16-il sena.

SFCL.125   SPL — Bdot student

(a)

Il-bdoti studenti ma għandhomx itiru waħedhom sakemm ma jkunux awtorizzati li jagħmlu dan u jkunu sorveljati minn FI(S).

(b)

Il-bdoti studenti għandu jkollhom mill-inqas 14-il sena biex jitħallew itiru waħedhom.

SFCL.130   SPL — Rekwiżiti dwar il-kors ta’ taħriġ u dwar l-esperjenza

(a)

L-applikanti għal SPL għandhom ilestu kors ta’ taħriġ f’DTO jew f’ATO. Il-kors għandu jkun adattat għall-privileġġi mitluba u għandu jinkludi:

(1)

għarfien teoretiku kif speċifikat fil-punt SFCL.135;

(2)

mill-inqas 15-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-gliders, inkluż mill-inqas:

(i)

10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti li għandu jinkludi t-tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti kif speċifikat fil-paragrafi (iv)(A) jew (v)(A), skont kif japplika;

(ii)

sagħtejn ta’ ħin ta’ titjir bi bdot waħdu ssorveljat;

(iii)

45 illanċjar jew tlugħ u nżul;

(iv)

jekk ikunu qed jintalbu l-privileġġi għall-gliders, ħlief il-gliders bil-mutur (TMGs), mill-inqas seba’ sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fil-gliders, ħlief it-TMGs, u inkluż mill-inqas:

(A)

tliet sigħat ta’ tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti;

(B)

jew:

(a)

titjira bejn pajjiżi bi bdot wieħed ta’ mill-inqas 50 km (27 NM); jew

(b)

titjira bejn pajjiżi b’żewġ bdoti ta’ mill-inqas 100 km (55 NM) li, b’deroga mill-paragrafu (2)(iv), tista’ titwettaq f’TMG;

(v)

jekk ikunu qed jintalbu l-privileġġi għat-TMGs, mill-inqas sitt sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fit-TMGs, inkluż mill-inqas:

(A)

erba’ sigħat ta’ tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti;

(B)

titjira bejn pajjiżi bi bdot wieħed ta’ mill-inqas 150 km (80 NM) f’TMG, li matulha għandu jsir inżul b’waqfien komplut f’ajrudrom li jkun differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

(b)

L-applikanti li jkollhom liċenzja ta’ bdot għal kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru, ħlief għal-liċenzja tal-blalen tal-arja, għandhom jiġu kkreditati b’10 % tal-ħin ta’ titjir totali bħala PIC fuq inġenju tal-ajru bħal dan u sa massimu ta’ seba’ sigħat. Fi kwalunkwe każ, l-ammont ta’ kreditu mogħti:

(1)

ma għandux jinkludi r-rekwiżiti tal-paragrafi (a)(2)(ii), (a)(2)(iv)(B) u (a)(2)(v)(B); u

(2)

fir-rigward tal-paragrafu (a)(2)(iii), ma għandux jaqbeż l-10 illanċjar jew tliegħi u nżul.

SFCL.135   SPL — Eżami tal-għarfien teoretiku

(a)

Għarfien teoretiku

L-applikanti għal SPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoretiku adattat għall-privileġġi mitluba, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn is-suġġetti:

(1)

suġġetti komuni:

(i)

il-liġi tal-ajru;

(ii)

il-prestazzjoni umana;

(iii)

il-meteoroloġija;

(iv)

il-komunikazzjonijiet;

(2)

suġġetti speċifiċi dwar il-gliders:

(i)

il-prinċipji tat-titjir;

(ii)

il-proċeduri operattivi;

(iii)

il-prestazzjoni u l-ippjanar fit-titjir;

(iv)

l-għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru relatat mal-gliders;

(v)

in-navigazzjoni.

(b)

Responsabbiltajiet tal-applikant

(1)

L-applikant għandu jagħmel is-sett kollu ta’ eżamijiet tal-għarfien teoretiku għall-SPL taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru.

(2)

L-applikant għandu jagħmel l-eżami tal-għarfien teoretiku biss meta jkun irrakkomandat mill-ATO jew mid-DTO responsabbli għat-taħriġ tiegħu u ladarba jkun ikkompleta l-elementi xierqa tal-kors ta’ taħriġ tat-tagħlim tal-għarfien teoretiku sa livell sodisfaċenti.

(3)

Ir-rakkomandazzjoni mill-ATO jew mid-DTO għandha tkun valida għal 12-il xahar. Jekk l-applikant ma jkunx għamel minn tal-inqas eżami wieħed tal-għarfien teoretiku f’dan il-perjodu ta’ validità, il-ħtieġa għal taħriġ ulterjuri għandha tiġi stabbilita mill-ATO jew mid-DTO, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikant.

(c)

Standards biex applikant jitqies li jkun għadda mill-eżami

(1)

Applikant jitqies li jkun għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku jekk jikseb mill-inqas 75 % tal-marki allokati f’dik il-karta. Ma għandux jintuża mmarkar b’punteġġ negattiv.

(2)

Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’dan l-Anness, applikant jitqies li jkun wettaq b’suċċess l-eżami tal-għarfien teoretiku rikjest għall-SPL jekk ikun għadda mill-eżamijiet kollha meħtieġa tal-għarfien teoretiku f’perjodu ta’ 18-il xahar li jibdew minn tmiem ix-xahar kalendarju meta l-applikant ikun għamel l-ewwel eżami.

(3)

Jekk applikant ma jgħaddix minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku wara erba’ darbiet, jew ma jgħaddix mill-eżamijiet kollha fil-perjodu msemmi fil-paragrafu (2), għandu jerġa’ jagħmel is-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoretiku.

(4)

Qabel ma jerġa’ jagħmel l-eżamijiet tal-għarfien teoretiku, l-applikant għandu jieħu taħriġ ulterjuri f’ATO jew f’DTO. L-ATO jew id-DTO għandhom jiddeterminaw il-livell u l-ambitu tat-taħriġ meħtieġ, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikant.

(d)

Perjodu tal-validità

It-twettiq b’suċċess tal-eżamijiet tal-għarfien teoretiku għandu jkun validu għal perjodu ta’ 24 xahar mill-jum li fih l-applikant ikun wettaq b’suċċess l-eżamijiet tal-għarfien teoretiku, f’konformità mal-paragrafu (c)(2).

SFCL.140   SPL — Ikkreditar tal-għarfien teoretiku

L-applikanti għall-ħruġ ta’ SPL għandhom jiġu kkreditati biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku għas-suġġetti komuni kif speċifikat fil-punt SFCL.135(a)(1) jekk:

(a)

ikollhom liċenzja f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395; jew

(b)

ikunu għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku għal liċenzja kif speċifikat fil-paragrafu (a), sakemm dan ikun sar fil-perjodu ta’ validità speċifikat fil-punt SFCL.135(d).

SFCL.145   SPL — Test prattiku tal-ħiliet

(a)

Permezz tat-twettiq ta’ test tal-ħiliet, l-applikanti għal SPL għandhom juru l-kapaċità li, bħala PIC fuq glider, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mitluba.

(b)

L-applikanti għandhom iwettqu t-test tal-ħiliet fi glider, ħlief it-TMGs, jew f’TMG, skont il-privileġġi li jkunu qed jintalbu u sakemm il-kors ta’ taħriġ f’konformità mal-punt SFCL.130 kien jinkludi l-elementi ta’ taħriġ meħtieġa għall-inġenju tal-ajru rilevanti. Applikant li jkun wettaq kors ta’ taħriġ, inkluż l-elementi ta’ taħriġ meħtieġa kemm għall-gliders kif ukoll għat-TMGs, jista’ jwettaq żewġ testijiet tal-ħiliet, wieħed fi glider, ħlief t-TMGs, u wieħed f’TMG, sabiex jikseb privileġġi għaż-żewġ inġenji tal-ajru.

(c)

Biex applikant jagħmel it-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ SPL l-ewwel għandu jgħaddi mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku rikjesti.

(d)

Standards biex applikant jitqies li jkun għadda mill-eżami

(1)

It-test tal-ħiliet għandu jinqasam f’taqsimiet differenti, li jirrappreżentaw il-fażijiet differenti kollha tat-titjira fuq glider.

(2)

Jekk l-applikant jeħel f’xi punt fit-taqsima, jeħel fit-taqsima kollha. Jekk l-applikant jeħel biss fit-taqsima waħda, għandu jirrepeti dik it-taqsima biss. Jekk jeħel f’aktar minn taqsima waħda, l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test kollu kemm hu.

(3)

Jekk l-applikant ikun irid jerġa’ jagħmel it-test f’konformità mal-paragrafu (2) u jeħel f’xi taqsima, inkluż dawk it-taqsimiet li jkun għadda minnhom f’tentattiv preċedenti, l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test kollu.

(e)

Jekk l-applikant ma jirnexxilux jgħaddi mit-taqsimiet kollha tat-test f’żewġ tentattivi, għandu jirċievi taħriġ prattiku ulterjuri.

SFCL.150   SPL — Privileġġi għall-gliders u għat-TMGs

(a)

Jekk it-test tal-ħiliet kif speċifikat fil-punt SFCL.145 ikun twettaq fi glider, ħlief it-TMGs, il-privileġġi ta’ SPL għandhom ikunu limitati għall-gliders, ħlief it-TMGs.

(b)

Fil-każ speċifikat fil-paragrafu (a), il-privileġġi ta’ SPL għandhom jiġu estiżi għat-TMGs fuq talba jekk bdot ikun:

(1)

wettaq l-elementi ta’ taħriġ speċifikati fil-punt SFCL.130(a)(2)(v) f’ATO jew f’DTO;

(2)

għadda minn test tal-ħiliet biex juri li għandu livell xieraq ta’ ħila prattika f’TMG. Matul it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu wkoll juri lill-eżaminatur li għandu livell xieraq ta’ għarfien teoretiku għat-TMGs fis-suġġetti li ġejjin:

(i)

il-prinċipji tat-titjir;

(ii)

il-proċeduri operattivi;

(iii)

il-prestazzjoni u l-ippjanar fit-titjir;

(iv)

l-għarfien ġenerali tal-inġenji tal-ajru; u

(v)

in-navigazzjoni.

(c)

Id-detenturi ta’ liċenzja maħruġa f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jirċievu kreditu sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti fil-paragrafu (b) sakemm:

(1)

ikollhom klassifikazzjoni tal-klassi għat-TMGs; jew

(2)

ikollhom privileġġi għat-TMGs u jikkonformaw mar-rekwiżiti rigward l-esperjenza reċenti fil-punt FCL.140.A tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(d)

Jekk it-test tal-ħiliet kif speċifikat fil-punt SFCL.145 ikun twettaq f’TMG, il-privileġġi tal-SPL għandhom ikunu limitati għat-TMGs.

(e)

Fil-każ speċifikat fil-paragrafu (d), il-privileġġi ta’ SPL għandhom jiġu estiżi għall-gliders fuq talba jekk bdot ikun:

(1)

wettaq l-elementi ta’ taħriġ speċifikati fil-punt SFCL.130(a)(2)(iv) f’ATO jew f’DTO u mill-inqas 15-il illanċjar u nżul fi glider, ħlief it-TMGs; u

(2)

għadda minn test tal-ħiliet biex juri li għandu livell xieraq ta’ ħila prattika fi glider, ħlief it-TMGs. Matul it-test tal-ħiliet, il-bdot għandu wkoll juri lill-eżaminatur li għandu livell xieraq ta’ għarfien teoretiku għall-gliders, ħlief it-TMGs, fis-suġġetti li ġejjin:

(i)

il-prinċipji tat-titjir;

(ii)

il-proċeduri operattivi;

(iii)

il-prestazzjoni u l-ippjanar fit-titjir;

(iv)

l-għarfien ġenerali tal-inġenji tal-ajru; u

(v)

in-navigazzjoni.

(f)

It-twettiq tat-taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (b)(1) u (e)(1) għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiffirmah il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO li hija responsabbli għat-taħriġ.

SFCL.155   SPL — Metodi tal-illanċjar

(a)

Id-detenturi ta’ SPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom biss billi jużaw dawk il-metodi ta’ illanċjar li għalihom ikunu wettqu taħriġ speċifiku jew matul il-kors ta’ taħriġ f’konformità mal-punt SFCL.130 jew mal-punt SFCL.150(e)(1) jew matul taħriġ addizzjonali fornut minn għalliem wara l-ħruġ tal-SPL. Dan it-taħriġ speċifiku għandu jikkonsisti minn dan li ġej:

(1)

fil-każ tal-illanċjar b’winċ u tal-illanċjar b’vettura, mill-inqas 10 illanċjar fit-tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti, u ħames illanċjar bi bdot wieħed taħt superviżjoni;

(2)

fil-każ tal-illanċjar b’inġenju tal-ajru u tal-awtoillanċjar, mill-inqas ħames illanċjar fit-tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti, u ħames illanċjar bi bdot wieħed taħt superviżjoni. Fil-każ tal-awtoillanċjar, it-tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti jista’ jitwettaq fit-TMGs;

(3)

fil-każ tal-illanċjar bungee, mill-inqas tliet illanċjar imwettqa fit-tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti jew bi bdot wieħed taħt superviżjoni; u

(4)

fil-każ ta’ metodi ta’ llanċjar oħra, taħriġ kif rikjest mill-awtorità kompetenti.

(b)

It-twettiq tat-taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (a) għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiffirmah il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO jew l-għalliem li huwa responsabbli għat-taħriġ, skont kif japplika.

(c)

Sabiex iżommu l-privileġġi għal kull metodu ta’ llanċjar u f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi (a) u (b), id-detenturi tal-SPL għandhom iwettqu mill-inqas ħames illanċjar matul l-aħħar sentejn, ħlief għall-illanċjar bungee, li għalih għandhom iwettqu żewġ illanċjar biss. Fil-każ tal-awtoillanċjar, l-illanċjar jista’ jsir bl-awtoillanċjar jew permezz ta’ tlugħ f’TMGs jew kombinament tat-tnejn.

(d)

Jekk id-detenturi tal-SPL ma jikkonformawx mar-rekwiżit fil-paragrafu (c), sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom għandhom iwettqu n-numru addizzjonali ta’ illanċjar b’żewġ bdoti jew bi bdot wieħed taħt is-superviżjoni ta’ għalliem.

SFCL.160   SPL — Rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti

(a)

Gliders, ħlief it-TMGs

Id-detenturi tal-SPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-SPL, ħlief it-TMGs, biss jekk fl-aħħar 24 xahar qabel it-titjira ppjanata huma jkunu:

(1)

wettqu, fuq il-gliders, mill-inqas ħames sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC jew b’żewġ bdoti jew bi bdot wieħed taħt is-superviżjoni ta’ FI(S), inkluż, fuq il-gliders, ħlief it-TMGs, mill-inqas:

(i)

15-il illanċjar; u

(ii)

żewġ titjiriet ta’ taħriġ ma’ FI(S); jew

(2)

għaddew minn kontroll tal-profiċjenza ma’ FE(S) fuq glider, ħlief it-TMGs; il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet għall-SPL.

(b)

TMGs

Id-detenturi tal-SPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom tat-TMGs, biss jekk fl-aħħar 24 xahar qabel it-titjira ppjanata huma jkunu:

(1)

wettqu mill-inqas 12-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC jew b’żewġ bdoti jew bi bdot wieħed taħt is-superviżjoni ta’ FI(S), inkluż, fuq it-TMGs, mill-inqas:

(i)

sitt sigħat ta’ ħin ta’ titjir;

(ii)

12-il tlugħ u nżul; u

(iii)

titjira ta’ taħriġ b’mill-inqas ħin ta’ titjir totali ta’ siegħa flimkien ma’ għalliem; jew

(2)

għaddew minn kontroll tal-profiċjenza ma’ eżaminatur; il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet kif speċifikat fil-punt SFCL.150(b)(2).

(c)

Id-detenturi tal-SPL bi privileġġi biex itiru fuq TMGs li jkollhom ukoll liċenzja li tinkludi l-privileġġi biex itiru fuq it-TMGs f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom ikunu eżenti milli jikkonformaw mal-paragrafu (b).

(d)

It-twettiq tat-titjiriet b’żewġ bdoti, tat-titjiriet taħt superviżjoni u tat-titjiriet ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (a)(1) u (b)(1), kif ukoll il-kontrolli tal-profiċjenza kif speċifikat fil-paragrafu (a)(2) u (b)(2) għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiġu ffirmati mill-FI(S) responsabbli fil-każ tal-paragrafi (a)(1) u (b)(1) u mill-FE(S) responsabbli fil-każ tal-paragrafi (a)(2) u (b)(2).

(e)

Ġarr ta’ passiġġieri

Id-detenturi ta’ SPL għandhom iġorru passiġġieri biss jekk fid-90 jum preċedenti jkunu wettqu bħala PIC, mill-inqas:

(1)

tliet illanċjar fil-gliders, ħlief it-TMGs, jekk il-passiġġieri jridu jinġarru fil-gliders, ħlief it-TMGs; jew

(2)

tliet tliegħi u nżul fit-TMGs, jekk il-passiġġieri jridu jinġarru f’TMG. Biex jinġarru passiġġieri billejl f’TMG, mill-inqas wieħed minn dawk it-tlugħ u nżul għandu jitwettaq billejl.

SUBPARTI ADD

KLASSIFIKAZZJONIJIET U PRIVILEĠĠI ADDIZZJONALI

SFCL.200   Privileġġi ajrubatiċi

(a)

Id-detenturi tal-SPL għandhom iwettqu titjiriet ajrubatiċi fil-gliders bi kwalunkwe magna wieqfa, jew, fil-każ tal-paragrafu (d) u (e), bis-saħħa tal-magna, biss jekk ikollhom il-privileġġi ajrubatiċi xierqa f’konformità ma’ dan il-punt.

(b)

Il-privileġġi ajrubatiċi bażiċi:

(1)

jintitolaw lid-detentur tagħhom biex iwettaq titjiriet ajrubatiċi limitati għall-manuvri li ġejjin:

(i)

linji ta’ tlugħ u nżul ta’ 45 grad imwettqa bħala manuvri ajrubatiċi;

(ii)

inside loops;

(iii)

wingover;

(iv)

lazy eight;

(v)

spinnjaturi;

(2)

huma inklużi fil-privileġġi ta’ SPL wara li bdot ikun wettaq:

(i)

wara l-ħruġ tal-SPL, mill-inqas 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 120 illanċjar bħala PIC fuq il-gliders;

(ii)

kors ta’ taħriġ f’ATO jew f’DTO, li jinkludi:

(A)

tagħlim fl-għarfien teoretiku xieraq għall-privileġġi mitluba;

(B)

tagħlim fit-titjir ajrubatiku għall-manuvri speċifikati fil-paragrafu (1).

(c)

Il-privileġġi ajrubatiċi avvanzati:

(1)

jintitolaw id-detentur tagħhom biex iwettaq titjiriet ajrubatiċi mhux limitati għall-manuvri kif speċifikat fil-paragrafu (b)(1);

(2)

huma inklużi fil-privileġġi ta’ SPL wara li bdot ikun:

(i)

ikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu (b)(2)(i);

(ii)

wettaq kors ta’ taħriġ f’ATO jew f’DTO, li jinkludi:

(A)

tagħlim fl-għarfien teoretiku xieraq għall-privileġġi mitluba;

(B)

mill-inqas ħames sigħat jew 20 titjira ta’ tagħlim fit-titjir ajrubatiku.

(d)

Il-privileġġi ajrubatiċi bażiċi jew avvanzati għandhom jinkludu t-titjiriet ajrubatiċi fil-gliders bis-saħħa tal-magna, jekk bdot ikun irċieva taħriġ fit-titjir ajrubatiku fil-gliders bis-saħħa tal-magna matul kors ta’ taħriġ f’konformità mal-paragrafi (b)(2)(ii) jew (c)(2)(ii), skont kif japplika.

(e)

Il-privileġġi ta’ SPL għandhom jinkludu privileġġi ajrubatiċi avvanzati għat-TMGs li jtiru bis-saħħa tal-magna jekk bdot ikollu jew kellu klassifikazzjoni ajrubatika wkoll f’konformità mal-punt FCL.800 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, inkluż il-privileġġi għat-titjir ajrubatiku fuq it-TMGs.

(f)

It-twettiq tal-kors ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (b)(2)(ii) u (c)(2)(ii) u, jekk japplika, l-inklużjoni tat-taħriġ speċifikat fil-paragrafu (d), għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiffirmah il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO li hija responsabbli għat-taħriġ.

SFCL.205   Il-klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders u tal-irmonk tal-istrixxuni

(a)

Id-detenturi tal-SPL li għandhom privileġġi biex itajru t-TMGs għandhom jirmonkaw il-gliders jew l-istrixxuni biss jekk ikollhom klassifikazzjoni xierqa għall-irmonk tal-gliders jew l-irmonk tal-istrixxuni f’konformità ma’ dan il-punt.

(b)

L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders għandhom ikunu wettqu:

(1)

mill-inqas 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC u 60 tlugħ u nżul fit-TMGs, wara li jkunu kisbu l-privileġġi tat-TMG;

(2)

kors ta’ taħriġ f’ATO jew f’DTO, li jinkludi:

(i)

tagħlim fl-għarfien teoretiku dwar l-operazzjonijiet u l-proċeduri tal-irmonk tal-gliders;

(ii)

mill-inqas 10 titjiriet ta’ taħriġ li matulhom jirmonkaw glider, inkluż mill-inqas ħames titjiriet ta’ taħriġ b’żewġ bdoti;

(iii)

fil-każ ta’ detentur ta’ SPL bi privileġġi limitati għat-TMGs f’konformità mal-punt SFCL.150(d), ħames titjiriet ta’ familjarizzazzjoni fi glider li jiġi llanċjat permezz ta’ inġenju tal-ajru.

(c)

L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-irmonk tal-istrixxuni għandhom ikunu wettqu:

(1)

mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir u 200 tlugħ u nżul bħala PIC fit-TMGs, wara li jkunu kisbu l-privileġġi tat-TMG;

(2)

kors ta’ taħriġ f’ATO jew f’DTO, li jinkludi:

(i)

tagħlim fl-għarfien teoretiku dwar l-operazzjonijiet u l-proċeduri tal-irmonk tal-istrixxuni;

(ii)

mill-inqas 10 titjiriet ta’ tagħlim li matulhom jirmonkaw strixxun, inkluż mill-inqas ħames titjiriet b’żewġ bdoti.

(d)

L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders jew għal klassifikazzjoni tal-irmonk tal-istrixxuni f’konformità ma’ dan il-punt li diġà għandhom klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders jew għal klassifikazzjoni tal-irmonk tal-istrixxuni f’konformità mal-punt FCL.805(b) tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ dik il-klassifikazzjoni, skont kif japplika, għandhom:

(1)

jirċievu kreditu sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti fil-paragrafu (b) jew (c) biex jiksbu l-klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders jew tal-irmonk tal-istrixxuni, skont kif japplika, jekk il-klassifikazzjoni tal-irmonk rilevanti tagħhom kif speċifikat fil-paragrafu (d) tinkludi l-privileġġi għall-irmonk bit-TMGs; jew

(2)

ikunu wettqu mill-inqas tliet titjiriet ta’ tagħlim b’żewġ bdoti li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ għall-irmonk tal-gliders jew l-irmonk tal-istrixxuni, skont kif japplika, fit-TMGs.

(e)

It-twettiq tal-kors ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (b)(2), (c)(2) u (d)(2) għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord u jiffirmah il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO jew l-għalliem li huwa responsabbli għat-taħriġ, skont kif japplika.

(f)

Sabiex jeżerċita l-privileġġi tal-klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders jew tal-irmonk tal-istrixxuni, id-detentur tal-klassifikazzjoni għandu jwettaq minimu ta’ ħames irmonki matul l-aħħar sentejn.

(g)

Jekk detentur tal-klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders ma jikkonformax mar-rekwiżit fil-paragrafu (f), qabel ma jerġa’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu, huwa għandu jwettaq l-irmonki li jkun għad fadallu jagħmel ma’ għalliem jew taħt is-superviżjoni ta’ għalliem.

SFCL.210   Klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl għat-TMGs

(a)

Id-detenturi ta’ SPL bi privileġġi biex itiru t-TMGs għandhom biss jeżerċitaw il-privileġġi tat-TMGs tagħhom f’kundizzjonijiet VFR billejl jekk ikollhom klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl għat-TMGs f’konformità ma’ dan il-punt.

(b)

L-applikanti għal klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl għat-TMGs l-ewwel għandhom iwettqu kors ta’ taħriġ f’DTO jew f’ATO. Il-kors għandu jinkludi:

(1)

tagħlim fl-għarfien teoretiku fit-titjir f’kundizzjonijiet ta’ regoli tat-titjir viżwali (VFR) billejl;

(2)

mill-inqas ħames sigħat ta’ ħin ta’ titjir fit-TMGs billejl, inkluż mill-inqas tliet sigħat ta’ tagħlim b’żewġ bdoti, inkluż mill-inqas:

(i)

Siegħa navigazzjoni bejn pajjiżi b’mill-inqas titjira waħda bejn pajjiżi ta’ mill-inqas 50 km (27 NM);

(ii)

Ħames tliegħi bi bdot waħdu; u

(iii)

Ħames inżul b’waqfien komplut bi bdot waħdu.

(c)

Sabiex ilesti t-taħriġ billejl, detentur ta’ SPL l-ewwel għandu jwettaq it-taħriġ bażiku tat-titjir bl-istrumenti meħtieġ għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot privat (private pilot licence, PPL) f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(d)

L-applikanti għal klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl għat-TMGs f’konformità ma’ dan il-punt għandhom jirċievu kreditu sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafi (b) u (c) jekk ikollhom tat-titjiriet billejl f’konformità mal-punt FCL.810 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew jekk ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ dik il-klassifikazzjoni.

SFCL.215   Privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders

(a)

Id-detenturi tal-SPL għandhom joperaw glider fil-livell tas-sħab biss jekk:

(1)

titwaqqaf kwalunkwe magna; u

(2)

ikollhom privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders f’konformità ma’ dan il-punt.

(b)

Il-privileġġi ta’ SPL għandhom jinkludu privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders jekk bdot ikun wettaq mill-inqas:

(1)

30 siegħa bħala PIC fil-gliders wara l-ħruġ tal-liċenzja;

(2)

kors ta’ taħriġ f’ATO jew f’DTO, li jinkludi:

(i)

tagħlim fl-għarfien teoretiku;

(ii)

mill-inqas sagħtejn ta’ tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti fil-gliders bi kwalunkwe magna mwaqqfa, filwaqt li jikkontrolla l-inġenju tal-ajru biss permezz ta’ referenza għall-istrumenti. Madankollu, massimu ta’ 50 % tat-tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti jista’ jitwettaq fit-TMGs li jtiru bis-saħħa tal-magna, sakemm dawn it-titjiriet ta’ taħriġ jitwettqu fil-VMC.

(c)

Sabiex jikseb privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders, detentur ta’ SPL li jkollu wkoll klassifikazzjoni bażika ta’ titjir bl-istrumenti (basic instrument rating, BIR) jew IR(A) f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew li jkun issodisfa r-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ waħda minn dawn il-klassifikazzjonijiet, għandu:

(1)

jiġi kkreditat biex jissodisfa r-rekwiżit tal-paragrafu (b)(2)(i);

(2)

b’deroga mill-paragrafu (b)(2)(ii), iwettaq mill-inqas siegħa tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti fi glider, filwaqt li jikkontrollah biss permezz tar-referenza għall-istrumenti.

(d)

It-twettiq tal-kors ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (b)(2) jew (c)(2), skont kif japplika, għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord u jiffirmah il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO li hija responsabbli għat-taħriġ.

(e)

Id-detenturi tal-SPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders biss jekk fl-aħħar sentejn qabel it-titjira ppjanata fil-livell tas-sħab ikunu wettqu mill-inqas siegħa ta’ ħin ta’ titjir, jew ħames titjiriet, bħala PIC filwaqt li jeżerċitaw il-privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab fil-gliders.

(f)

Jekk id-detenturi tal-SPL bil-privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders ma jikkonformawx mar-rekwiżiti fil-paragrafu (e) u jixtiequ jerġgħu jeżerċitaw il-privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders huma għandhom:

(1)

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma’ FE(S); jew

(2)

iwettqu l-ħin ta’ titjir jew it-titjiriet addizzjonali rikjesti fil-paragrafu (e) ma’ FI(S).

(g)

Id-detenturi tal-SPL bil-privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders li għandhom ukoll BIR jew IR(A) f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom ikunu kkreditati bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafu (e).

SUBPARTI FI

GĦALLIEMA TAT-TITJIR

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali

SFCL.300   Ċertifikat tal-għalliema tat-titjir

(a)

Ġenerali

Għalliem jista’ biss iwettaq it-tagħlim fit-titjir fi glider jekk:

(1)

ikollu:

(i)

SPL inkluż il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati li għalihom irid jiġi pprovdut it-tagħlim fit-titjir;

(ii)

ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir għall-gliders (FI(S)) adattat għat-tagħlim imwettaq, u maħruġ f’konformità ma’ din is-Subparti;

(2)

ikun intitolat li jaġixxi bħala PIC fil-glider matul it-tagħlim fit-titjir.

(b)

Tagħlim ipprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri

(1)

B’deroga mill-paragrafu (a)(1), fil-każ ta’ tagħlim fit-titjir li jiġi pprovdut matul kors ta’ taħriġ approvat f’konformità ma’ dan l-Anness (Parti-SFCL) barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir lil applikant li jkollu liċenzja tal-bdoti tal-gliders li hija konformi mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, dment li l-applikant:

(i)

ikollu mill-inqas liċenzja waħda inkluż, fejn rilevanti, il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati ekwivalenti għal dawk li għalihom huwa awtorizzat li jgħallem;

(ii)

jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ FI(S) bil-privileġġi ta’ tagħlim rilevanti;

(iii)

juri lill-awtorità kompetenti livell adegwat ta’ għarfien rigward ir-regoli Ewropej dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni biex ikun jista’ jeżerċita l-privileġġi ta’ tagħlim tiegħu f’konformità ma’ dan l-Anness.

(2)

Iċ-ċertifikat għandu jkun limitat għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir:

(i)

barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(ii)

lil bdot student li għandu għarfien biżżejjed tal-lingwa li biha jingħata t-tagħlim fit-titjir.

Taqsima 2

Ċertifikat tal-għalliema tat-titjir għall-gliders — FI(S)

SFCL.315   Ċertifikat ta’ FI(S) — Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Soġġett għall-konformità tal-applikanti mal-punt SFCL.320 u mal-kundizzjonijiet li ġejjin, ċertifikat ta’ FI(S) għandu jinħareġ bil-privileġġi għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir ta’:

(1)

SPL;

(2)

privileġġi addizzjonali għall-gliders f’konformità mal-punt SFCL.150(e);

(3)

metodi tal-illanċjar f’konformità mal-punt SFCL.155, sakemm l-applikant ikun wettaq bħala PIC:

(i)

fil-każ tal-illanċjar b’inġenju tal-ajru, mill-inqas 30 illanċjar; jew

(ii)

fil-każ tal-illanċjar b’winċ, mill-inqas 50 illanċjar;

(4)

privileġġi addizzjonali għat-TMGs f’konformità mal-punt SFCL.150(b), sakemm l-applikant ikun:

(i)

wettaq mill-inqas 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fit-TMGs;

(ii)

wettaq it-taħriġ kif speċifikat fil-punt SFCL.330(b)(2);

(iii)

wera l-abbiltà li jgħallem dwar it-TMGs, lil FI(S) li huwa kkwalifikat f’konformità mal-paragrafu (7) u nnominat mill-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO;

(5)

privileġġi ajrubatiċi bażiċi, ajrubatiċi avvanzati jew għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders jew il-klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders jew tal-irmonk tal-istrixxuni, sakemm l-applikant:

(i)

fil-każ tat-tagħlim tal-privileġġi ajrubatiċi bażiċi jew ajrubatiċi avvanzati, ikollu privileġġi ajrubatiċi avvanzati f’konformità mal-punt SFCL.200(c);

(ii)

ikun wera l-abbiltà li jgħallem għall-privileġġi jew għall-klassifikazzjoni rilevanti, lil FI(S) li huwa kkwalifikat f’konformità mal-paragrafu (a)(7) u nnominat mill-kap tat-taħriġ ta’ ATO jew DTO;

(6)

titjir fuq TMG billejl, sakemm l-applikant:

(i)

jikkonforma mar-rekwiżit dwar l-esperjenza ta’ titjir billejl fil-punt SFCL.160(e)(2);

(ii)

ikun wera l-abbiltà li jgħallem dwar it-TMGs billejl, lil FI(S) li huwa kkwalifikat f’konformità mal-paragrafu (7) u nnominat mill-kap tat-taħriġ ta’ ATO jew DTO;

(7)

ċertifikat ta’ FI(S), sakemm l-applikant:

(i)

ikun wettaq mill-inqas 50 siegħa jew 150 illanċjar ta’ tagħlim fit-titjir fil-gliders;

(ii)

f’konformità mal-proċeduri stabbiliti għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti, ikun wera l-abbiltà li jgħallem għaċ-ċertifikat ta’ FI(S), lil FI(S) li huwa kkwalifikat f’konformità ma’ dan il-paragrafu u nnominat mill-kap tat-taħriġ ta’ ATO jew DTO.

(b)

Il-privileġġi elenkati fil-paragrafu (a) għandhom jinkludu l-privileġġi għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir:

(1)

għall-ħruġ tal-liċenzja, tal-privileġġi, tal-klassifikazzjonijiet jew taċ-ċertifikat rilevanti; u

(2)

għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti rilevanti ta’ dan l-Anness, skont kif japplika.

SFCL.320   Ċertifikat ta’ FI(S) — Prerekwiżiti u rekwiżiti

L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(S) għandhom:

(a)

ikollhom mill-inqas 18-il sena;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt (a)(1)(i) u tal-paragrafu (2) tal-punt SFCL.300;

(c)

ikunu wettqu 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir u 200 illanċjar bħala PIC fuq il-gliders;

(d)

ikunu wettqu kors ta’ taħriġ għall-għalliema f’konformità mal-punt SFCL.330 f’ATO jew f’DTO; u

(e)

ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt SFCL.345.

SFCL.325   FI(S) kompetenzi u valutazzjoni

L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(S) għandhom ikunu mħarrġa biex jiksbu l-kompetenzi li ġejjin:

(a)

iħejju r-riżorsi;

(b)

joħolqu klima li twassal għat-tagħlim;

(c)

jippreżentaw l-għarfien;

(d)

jintegraw il-ġestjoni tat-theddid u l-iżbalji (TEM) u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM);

(e)

jimmaniġġjaw il-ħin biex jiksbu l-objettivi tat-taħriġ;

(f)

jiffaċilitaw it-tagħlim;

(g)

jivvalutaw il-prestazzjoni tal-apprendisti;

(h)

jimmonitorjaw u jirrieżaminaw il-progress;

(i)

jevalwaw is-sessjonijiet tat-taħriġ; u

(j)

jirrappurtaw dwar l-eżitu.

SFCL.330   FI(S) — Kors ta’ taħriġ

(a)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(S) l-ewwel għandhom jagħmlu valutazzjoni speċifika ta’ qabel id-dħul f’ATO jew f’DTO li għandha ssir fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel il-bidu tal-kors ta’ taħriġ, sabiex tiġi vvalutata l-abbiltà tagħhom biex jagħmlu l-kors.

(b)

Il-kors ta’ taħriġ tal-FI(S) għandu jinkludi:

(1)

fuq il-gliders, ħlief it-TMGs:

(i)

l-elementi speċifikati fil-punt SFCL.325;

(ii)

25 siegħa ta’ tagħlim u ta’ apprendiment;

(iii)

30 siegħa ta’ tagħlim ta’ għarfien teoretiku, inkluż testijiet tal-progress;

(iv)

mill-inqas sitt sigħat, li minnhom massimu ta’ tliet sigħat jistgħu jitwettqu f’TMGs, jew 20 illanċjar ta’ tagħlim fit-titjir;

(2)

barra minn hekk, jekk il-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FI(S) jinkludu l-privileġġi kif speċifikat fil-punt SFCL.315(a)(4) u (a)(6), mill-inqas sitt sigħat ta’ tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti fuq it-TMGs.

(c)

L-applikanti li diġà għandhom ċertifikat ta’ għalliem f’konformità mal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (b)(1)(ii).

(d)

Meta japplika għal ċertifikat ta’ FI(S), bdot li jkollu jew li kellu FI(A), (H) jew (As) għandu jiġi kkreditat bi 18-il siegħa fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafu (b)(1)(iii).

SFCL.345   FI(S) — Valutazzjoni tal-kompetenza

(a)

L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FI(S) għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-kompetenza biex juru lil eżaminatur li jkun ikkwalifikat f’konformità mal-punt SFCL.415(c) l-abbiltà tagħhom biex jgħallmu bdot student sal-livell meħtieġ għall-ħruġ ta’ SPL.

(b)

Il-valutazzjoni għandha tinkludi:

(1)

il-wiri tal-kompetenzi deskritti fil-punt SFCL.325, matul it-tagħlim qabel it-titjir, wara t-titjir u tal-għarfien teoretiku;

(2)

eżamijiet teoretiċi orali rigward il-briefings fuq l-art, qabel it-titjir u wara t-titjir u wirjiet waqt it-titjir fil-gliders;

(3)

eżerċizzji adegwati biex jiġu evalwati l-kompetenzi tal-għalliem.

(c)

Il-valutazzjoni tal-kompetenza għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ FI(S) għandha titwettaq fuq il-gliders, ħlief it-TMGs.

SFCL.350   FI(S) — Privileġġi ristretti

(a)

FI(S) għandu jkollu l-privileġġi tiegħu limitati għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta’ FI(S) mhux ristrett innominat mill-ATO jew mid-DTO għal dan l-iskop, fil-każijiet li ġejjin:

(1)

għall-ħruġ ta’ SPL;

(2)

għall-estensjoni tal-privileġġi ta’ SPL għal privileġġi addizzjonali tal-gliders jew tat-TMGs f’konformità mal-punt SFCL.150;

(3)

għall-estensjoni tal-privileġġi ta’ SPL għal metodi addizzjonali ta’ llanċjar f’konformità mal-punt SFCL.155; u

(4)

għall-privileġġi ajrubatiċi bażiċi, ajrubatiċi avvanzati jew għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders jew għall-klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders jew tal-irmonk tal-istrixxuni.

(b)

Waqt it-twettiq tat-taħriġ taħt superviżjoni, f’konformità mal-paragrafu (a), l-FI(S) ma għandux ikollu l-privileġġ li jawtorizza bdot student iwettaq l-ewwel titjira waħdu jew l-ewwel titjira bejn pajjiżi waħdu.

(c)

Il-limitazzjonijiet fil-punti (a) u (b) għandhom jitneħħew miċ-ċertifikat tal-FI(S) wara li l-FI(S) ikun wettaq mill-inqas 15-il siegħa jew 50 illanċjar ta’ tagħlim fit-titjir li jkopru l-fażijiet kollha ta’ titjira bil-glider. Fil-każ ta’ FI(S) ristrett li kkonforma mal-punt SFCL.330(b)(2), ħamsa minn dawn il-15-il siegħa jistgħu jitwettqu fit-TMGs, u 15 minn dawk il-50 illanċjar jistgħu jiġu sostiwtiti minn tlugħ u nżul fit-TMGs.

SFCL.360   Ċertifikat ta’ FI(S) — Rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti

(a)

Detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(S) għandu jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat tiegħu biss jekk qabel l-eżerċitar ippjanat ta’ dawk il-privileġġi:

(1)

fl-aħħar tliet snin, ikun wettaq:

(i)

taħriġ ta’ aġġornament tal-għalliema f’ATO jew f’DTO, jew f’awtorità kompetenti li matulu d-detentur għandu jirċievi tagħlim fl-għarfien teoretiku biex jirrevedi u jaġġorna l-għarfien rilevanti għall-għalliema tat-titjir fil-gliders; u

(ii)

meta jkun qed jipprovdi tagħlim fit-titjir bħala FI(S), mill-inqas:

(A)

30 siegħa; jew

(B)

60 illanċjar jew tlugħ u nżul; u

(2)

fl-aħħar disa’ snin u f’konformità mal-proċeduri stabbiliti għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti, ikun wera l-abbiltà li jgħallem dwar il-gliders, lil FI(S) li huwa kkwalifikat f’konformità mal-punt SFCL.315(a)(7) u nnominat mill-kap tat-taħriġ ta’ ATO jew ta’ DTO.

(b)

Is-sigħat ta’ titjir bħala FE(S) matul it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit tal-paragrafu (a)(1)(ii).

(c)

Jekk detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(S) ma jkunx wettaq it-titjira ta’ tagħlim taħt superviżjoni għas-sodisfazzjon tal-FI(S) f’konformita mal-paragrafu (a)(2), ma għandux jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FI(S) sakemm ma jkunx wettaq valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt SFCL.345.

(d)

Sabiex jerġa’ jibda jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FI(S), detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(S) li ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu (a) għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu (a)(1)(i) u tal-punt SFCL.345.

SUBPARTI FE

EŻAMINATURI TAT-TITJIR

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali

SFCL.400   Ċertifikati tal-eżaminaturi tat-titjir fil-gliders

(a)

Ġenerali

Eżaminatur għandu biss iwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza f’konformità ma’ dan l-Anness jekk:

(1)

ikollu:

(i)

SPL, inkluż il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati li għalihom huwa awtorizzat li jwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza u l-privileġġ li jgħallem għalihom;

(ii)

ċertifikat ta’ FE(S) inkluż il-privileġġi xieraq għat-test tal-ħiliet, għall-kontroll tal-profiċjenza jew għall-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa, maħruġ skont din is-Subparti;

(2)

ikun intitolat li jaġixxi bħala PIC fi glider matul it-test tal-ħiliet, il-kontroll tal-profiċjenza jew il-valutazzjoni tal-kompetenza.

(b)

Eżamijiet imwettqa barra mit-territorju tal-Istati Membri

(1)

B’deroga mill-paragrafu (a)(1), fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza mwettqa barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ eżaminatur lil applikant li għandu liċenzja tal-bdoti tal-gliders li hija konformi mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, dment li l-applikant:

(i)

ikollu mill-inqas liċenzja waħda inkluż, fejn rilevanti, il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati ekwivalenti għal dawk li għalihom huwa awtorizzat li jwettaq it-testijiet tal-ħiliet jew il-kontrolli tal-profiċjenza;

(ii)

jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur rilevanti;

(iii)

juri lill-awtorità kompetenti li għandu livell adegwat ta’ għarfien tar-regoli tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni biex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi tal-eżaminatur f’konformità ma’ dan l-Anness.

(2)

Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu (1) għandu jkun limitat għat-twettiq tat-testijiet tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza:

(i)

barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali; u

(ii)

fir-rigward ta’ bdot li jkollu biżżejjed għarfien tal-lingwa li biha jsir it-test/il-kontroll.

SFCL.405   Limitazzjoni tal-privileġġi fil-każ ta’ drittijiet akkwiżiti

Eżaminatur tal-gliders ma għandux iwettaq:

(a)

test tal-ħiliet jew valutazzjoni tal-kompetenza ta’ applikant għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat li jkun ipprovdielu aktar minn 50 % tat-tagħlim fit-titjir rikjest għal-liċenzja, għall-klassifikazzjoni jew għaċ-ċertifikat li għalihom ikunu qed isiru t-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; jew

(b)

test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza kull meta jħossu li l-oġġettività tiegħu tista’ tiġi affettwata.

SFCL.410   Twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza

(a)

Meta jwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza, l-eżaminatur tal-gliders għandu jagħmel dawn kollha li ġejjin:

(1)

jiżgura li tista’ tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-applikant mingħajr ostakli lingwistiċi;

(2)

jivverifika li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ kwalifika, taħriġ u esperjenza ta’ dan l-Anness għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-liċenzja, tal-privileġġi, tal-klassifikazzjoni jew taċ-ċertifikat li għalihom isiru t-test tal-ħiliet, il-kontroll tal-profiċjenza jew il-valutazzjoni tal-kompetenza;

(3)

jgħarraf lill-applikant bil-konsegwenzi li jkun hemm jekk jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, mhux preċiża jew falza relatata mat-taħriġ u l-esperjenza tiegħu fit-titjir.

(b)

Wara t-tlestija tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza, l-eżaminatur tal-gliders għandu:

(1)

jinforma l-applikant bir-riżultati tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza;

(2)

fil-każ li jgħaddi minn valutazzjoni tal-kompetenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid, japprova d-data ta’ skadenza l-ġdida fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat tal-applikant, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant;

(3)

jipprovdi lill-applikant rapport iffirmat dwar it-test tal-ħiliet, il-kontroll tal-profiċjenza jew il-valutazzjoni tal-kompetenza u jissottometti kopji tar-rapport mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, u lill-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur. Ir-rapport għandu jinkludi:

(i)

dikjarazzjoni li l-eżaminatur tal-gliders irċieva informazzjoni mingħand l-applikant rigward l-esperjenza u t-tagħlim tiegħu, u sab l-esperjenza u t-tagħlim konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness;

(ii)

konferma li l-manuvri u l-eżerċizzji kollha meħtieġa ġew ikkompletati, kif ukoll informazzjoni dwar l-eżami verbali tal-għarfien teoretiku, fejn applikabbli. Jekk applikant ikun weħel minn xi punt ta’ dawk il-kategoriji, l-eżaminatur għandu jniżżel ir-raġunijiet għal din il-valutazzjoni;

(iii)

ir-riżultat tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza;

(iv)

dikjarazzjoni li l-eżaminatur tal-gliders ikun irrieżamina u applika l-proċeduri u r-rekwiżiti nazzjonali tal-awtorità kompetenti tal-applikant jekk l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur;

(v)

kopja taċ-ċertifikat tal-eżaminatur tal-gliders li jindika l-ambitu tal-privileġġi tiegħu bħala eżaminatur tal-gliders fil-każ tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li l-awtorità kompetenti tiegħu ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur.

(c)

L-eżaminatur tal-gliders għandu jżomm ir-rekords għal ħames snin bid-dettalji tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza kollha mwettqa u r-riżultati tagħhom.

(d)

Fuq talba mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat tal-eżaminatur tal-gliders, jew l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, l-eżaminatur tal-gliders għandu jissottometti r-rekords u r-rapporti kollha, u kwalunkwe informazzjoni oħra, kif meħtieġ, għall-attivitajiet ta’ sorveljanza.

Taqsima 2

Ċertifikat tal-eżaminturi tat-titjir għall-gliders — FE(S)

SFCL.415   Ċertifikat ta’ FE(S) — Privileġġi u kundizzjonijiet

Soġġett għall-konformità tal-applikanti mal-punt SFCL.420 u mal-kundizzjonijiet li ġejjin, ċertifikat ta’ FE(S) għandu jinħareġ permezz ta’ applikazzjoni bil-privileġġi għat-twettiq:

(a)

tat-testijiet tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza għall-SPL, sakemm l-applikant ikun wettaq, fuq il-gliders, ħlief it-TMGs, 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot, inkluż 150 siegħa jew 300 illanċjar ta’ tagħlim fit-titjir;

(b)

tat-testijiet tal-ħiliet għall-estensjoni tal-privileġġi tal-SPL għall-TMGs f’konformità mal-punt SFCL.150(e), sakemml-applikant ikun wettaq 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq il-gliders, inkluż 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fit-TGMs;

(c)

tal-valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ FI(S) fuq il-gliders, sakemm l-applikant:

(1)

ikun wettaq mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq il-gliders, inkluż, jekk il-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FE(S) se jkunu eżerċitati:

(i)

fil-gliders, ħlief it-TMGs, mill-inqas 10 sigħat jew 30 illanċjar li matulhom jgħallem lill-applikant għal ċertifikat ta’ FI(S) fil-gliders, ħlief it-TMGs;

(ii)

fit-TMGs, mill-inqas 10 sigħat jew 30 tlugħ u nżul li matulhom jgħallem lill-applikant għal ċertifikat ta’ FI(S) fit-TMGs;

(2)

ikun irċieva taħriġ speċifiku matul kors ta’ standardizzazzjoni tal-eżaminaturi f’konformità mal-punt SFCL.430.

SFCL.420   Ċertifikat ta’ FE(S) — Prerekwiżiti u rekwiżiti

L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(S) għandhom:

(a)

jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu (a)(1)(i) u tal-paragrafu (a)(2) tal-punt SFCL.400;

(b)

ikunu wettqu l-kors ta’ standardizzazzjoni tal-FE(S) f’konformità mal-punt SFCL.430;

(c)

ikunu wettqu valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt SFCL.445;

(d)

juru sfond rilevanti relatat mal-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FE(S); u

(e)

juru li ma kinux soġġett għal xi sanzjonijiet, inkluż is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ xi waħda mil-liċenzji, mill-klassifikazzjonijiet jew miċ-ċertifikati tagħhom maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness, mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew mal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament 2018/395, għan-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu matul l-aħħar tliet snin.

SFCL.430   Ċertifikat ta’ FE(S) — Kors ta’ standardizzazzjoni

(a)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ FE(S) għandhom jagħmlu kors ta’ standardizzazzjoni pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn ATO jew DTO u approvat minn dik l-awtorità kompetenti.

(b)

Il-kors ta’ standardizzazzjoni għandu jkun adattat għall-privileġġi mitluba mill-eżaminatur tat-titjir fil-gliders u għandu jikkonsisti f’tagħlim teoretiku u prattiku, inkluż, mill-inqas:

(1)

it-twettiq ta’ żewġ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-SPL jew għall-klassifikazzjonijiet jew għaċ-ċertifikati assoċjati;

(2)

tagħlim fuq ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness u r-rekwiżiti applikabbli tal-operazzjonijiet tal-ajru, it-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza, u d-dokumentazzjoni u r-rappurtar tagħhom;

(3)

briefing fuq dawn li ġejjin:

(i)

il-proċeduri amministrattivi nazzjonali;

(ii)

ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data personali;

(iii)

ir-responsabbiltà tal-eżaminatur;

(iv)

l-assigurazzjoni għall-aċċidenti tal-eżaminatur;

(v)

it-tariffi nazzjonali; u

(vi)

informazzjoni dwar kif wieħed jikseb aċċess għall-informazzjoni fil-punti (i) sa (v) meta jkun qed iwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li l-awtorità kompetenti tiegħu ma tkunx dik li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur.

(c)

Detentur ta’ ċertifikat ta’ FE(S) ma għandux iwettaq testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li l-awtorità kompetenti tiegħu ma tkunx dik li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur, sakemm ma jkunx irrieżamina l-aħħar informazzjoni disponibbli li jkun fiha l-proċeduri nazzjonali rilevanti tal-awtorità kompetenti tal-applikant.

SFCL.445   Ċertifikat ta’ FE(S) — Valutazzjoni tal-kompetenza

Għall-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FE(S), applikant għandu juri l-kompetenza tiegħu bħala FE(S) lil spettur mill-awtorità kompetenti jew lil eżaminatur superjuri speċifikament awtorizzat biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti li hija responsabbli għaċ-ċertifikat tal-FE(S). Matul il-valutazzjoni tal-kompetenza, l-applikant għandu jwettaq test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza, inkluż il-briefing, it-twettiq tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza, u l-valutazzjoni tal-persuna li għaliha qed isir it-test, il-kontroll jew il-valutazzjoni, id-debriefing u d-dokumentazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni.

SFCL.460   Ċertifikat ta’ FE(S) — Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Ċertifikat ta’ FE(S) għandu jkun validu għal ħames snin.

(b)

Ċertifikat ta’ FE(S) għandu jerġa’ jiġi vvalidat jekk id-detentur tiegħu:

(1)

matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ FE(S), ikun wettaq kors ta’ aġġornament għall-eżaminaturi li huwa pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn ATO jew DTO u approvat minn dik l-awtorità kompetenti, li matulu d-detentur għandu jirċievi tagħlim fl-għarfien teoretiku għar-reviżjoni u l-aġġornament tal-għarfien għall-eżaminaturi tal-gliders;

(2)

fl-aħħar 24 xahar ta’ qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat, ikun wera l-abbiltà li jwettaq testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza, lil spettur mill-awtorità kompetenti jew lil eżaminatur speċifikament awtorizzat li jagħmel dan mill-awtorità kompetenti li hija responsabbli għaċ-ċertifikat tal-FE(S).

(c)

Detentur ta’ ċertifikat ta’ FE(S) li jkollu wkoll ċertifikat tal-eżaminaturi wieħed jew aktar minn wieħed għal kategoriji oħra tal-inġenji tal-ajru f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 jista’ jikseb validazzjoni mill-ġdid ikkombinata taċ-ċertifikati kollha tal-eżaminaturi li jkollu, bi ftehim mal-awtorità kompetenti.

(d)

Jekk ċertifikat ta’ FE(S) ikun skada, id-detentur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu (b)(1) u tal-punt SFCL.445 qabel ma jkun jista’ jerġa’ jibda jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FE(S).

(e)

Ċertifikat ta’ FE(S) għandu biss jerġa’ jiġi vvalidat jew imġedded jekk l-applikant juri konformità kontinwa mar-rekwiżiti tal-punt SFCL.410 kif ukoll mar-rekwiżiti tal-punt SFCL.420(d) u (e).

”.

Top