This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1351
Council Implementing Decision (EU) 2020/1351 of 25 September 2020 granting temporary support under Regulation (EU) 2020/672 to the Republic of Latvia to mitigate unemployment risks in the emergency following the COVID-19 outbreak
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1351 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Latvja biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1351 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Latvja biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
ĠU L 314, 29.9.2020, p. 38–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 22/11/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32021D0677 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 | 26/04/2021 | |
Modified by | 32021D0677 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 4 | 26/04/2021 | |
Modified by | 32021D0677 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 26/04/2021 | |
Modified by | 32021D0677 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 26/04/2021 | |
Modified by | 32022D2283 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 4 | 22/11/2022 | |
Modified by | 32022D2283 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 22/11/2022 | |
Modified by | 32022D2283 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 | 22/11/2022 | |
Modified by | 32022D2283 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 | 22/11/2022 |
29.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/38 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1351
tal-25 ta’ Settembru 2020
li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Latvja biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Awwissu 2020, il-Latvja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi tagħha għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom. |
(2) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mil-Latvja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjo-ekonomiku u marbut mas-saħħa tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, kien mistenni li l-Latvja jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 7,3 % u 43,1 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Latvja huwa previst li jonqos b’7 % fl-2020. |
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Latvja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda qawwija fin-nefqa pubblika mil-Latvja fir-rigward tal-iskema għall-kumpens taż-żmien inattiv tal-ħaddiema u l-iskemi ta’ appoġġ relatati – l-allowance għal waqfien u l-bonus għall-ħaddiema għat-tfal, skema ta’ sussidji tal-pagi għall-industrija tal-esportazzjoni, u pagamenti ta’ appoġġ għall-pagi għal professjonisti mediċi u dawk impjegati mill-industrija kulturali – kif ukoll nefqa relatata mas-saħħa fuq tagħmir personali protettiv u benefiċċji tal-mard relatati mal-COVID-19, kif stabbilit fil-premessi (4) sa (7). |
(4) |
"Ir-Regolament tal-Kabinett Nru 179 (Adottat fil-31 ta’ Marzu 2020) “Regolamenti rigward l-Għotja għall-Inattività għall-Persuni li Jaħdmu għal Rashom affettwati mill-firxa tal-COVID-19” u “Ir-Regolament Nru 165 (Adottat fis-26 ta’ Marzu 2020) “Regolamenti rigward l-impjegaturi affettwati mill-kriżi kkawżata mill-COVID-19 li huma eliġibbli għall-għotja għall-inattività u diviżjoni tat-taxxa li tħallset tard fi ħlasijiet parzjali jew differiment tagħhom għal sa tliet snin””, imsemmija fit-talba tal-Latvja tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċew skema għall-kumpens taż-żmien inattiv tal-ħaddiema. L-iskema tħallas pagi lill-impjegati ta’ kumpaniji tas-settur privat li huma assenti bil-permess. Din tkopri bejn 50% u 75% tas-salarji tal-impjegati, skont id-daqs tan-negozju, b’limitu massimu ta’ EUR 700 għal kull impjegat fix-xahar. Marbuta mal-iskema tal-kumpens għal żmien inattiv tal-ħaddiema hemm l-iskema relatata ta’ għotja għal żmien ta' waqfien mix-xogħolu l-bonus tal-ħaddiema għal tfal. Abbażi tar-"Regolament tal-Kabinett Nru 236 "Regolamenti Rigward l-Għotja ta' Assistenza għall-Inattività għall-Impjegati jew għall-Persuni li Jaħdmu għal Rashom affettwati mill-firxa tal-COVID-19"", imsemmija fit-talba tal-Latvja tas-7 ta’ Awwissu 2020, l-iskema ta’ għotja għaż-żmien ta' waqfien mix-xogħol tipprovdi benefiċċju minimu għall-ħaddiema impjegati assenti bil-permess jew għal dawk li jaħdmu għal rashom li jew ma jikkwalifikawx għal appoġġ skont l-iskema għall-kumpens ta’ żmien inattiv tal-ħaddiema minħabba raġunijiet mhux relatati magħhom, jew jirċievu inqas minn EUR 180 minnha. Il-benefiċċju jiżgura livell minimu ta’ appoġġ, u jiżgura li l-impjegati kollha jew il-persuni li jaħdmu għal rashom jirċievu benefiċċju ta’ mhux inqas minn EUR 180 fix-xahar. Il-bonus għall-iskema tat-tfal jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-impjegati assenti bil-permess li għandhom ulied dipendenti fuqhom. Il-miżura tista’ titqies bħala miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li tipprovdi appoġġ għad-dħul għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom, li se jgħin ikopri l-ispejjeż tal-indukrar tat-tfal matul l-għeluq tal-iskejjel u b’hekk jgħin lill-ġenituri biex ikomplu jaħdmu, u r-relazzjoni tax-xogħol ma tkunx f’riskju. |
(5) |
Ir-“Rapport ta’ informazzjoni dwar miżuri biex tingħeleb il-kriżi tal-COVID-19 u l-irkupru ekonomiku” stabbilixxa skema ta’ sussidji fuq il-pagi għall-industriji tat-turiżmu u tal-esportazzjoni, li hija kontinwazzjoni tal-iskema għall-kumpens għaż-żmien inattiv tal-ħaddiema mmirata speċifikament lejn l-industriji tat-turiżmu u tal-esportazzjoni.. Il-miżura tiddependi fuq min jirċievi l-prova li r-riżorsi se jintużaw biex ikopru l-ispejjeż tas-salarji. |
(6) |
L-awtoritajiet introduċew żewġ pagamenti ta’ appoġġ għall-paga mmirati lejn il-professjonisti mediċi u dawk impjegati mill-industrija kulturali. Abbażi tal-“Liġi dwar miżuri għall-prevenzjoni u t-trażżin tat-theddida għall-istat u l-konsegwenzi tagħha għall-firxa tal-COVID-19", u għal-'Liġi dwar it-Trażżin tal-Konsegwenzi tal-Firxa tal-Infezzjoni tal-COVID-19” u l-“Ordni tal-Kabinett Nru 303 "Dwar l-Allokazzjoni tar-Riżorsi Finanzjarji mill-Programm tal-Programm tal-Baġit tal-Istat "Fondi ta' Kontinġenza""'” rispettivament, imsemmija fit-talba tal-Latvja tas-7 ta’ Awwissu 2020, il-pagamenti ta’ appoġġ għall-paga jipprovdu għotjiet lill-industriji mediċi u kulturali sabiex jappoġġaw il-ħlas tal-pagi filwaqt li l-ħaddiema huma assenti bil-permess. Iż-żewġ skemi jiddependu fuq l-użu ta’ dawn l-għotjiet biex ikopru l-ispejjeż tas-salarji. |
(7) |
Fl-aħħar nett, il-Latvja introduċiet żewġ miżuri relatati mas-saħħa. Abbażi tal-"Ordni tal-Kabinett Nru 79, 118 u 220 "L-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji mill-programm tal-baġit tal-istat 'fondi għall-emerġenzi'"", imsemmija fit-talba tal-Latvja tas-7 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet żiedu n-nefqa relatata mas-saħħa fit-tagħmir ta' protezzjoni personali u provvisti mediċi oħra biex jiżguraw is-saħħa u s-sikurezza tal-impjegati tas-settur pubbliku, b’mod partikolari, il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, abbażi ta’ “09.06.2020. Regolament tal-Kabinett Nru 380 "Regolamenti dwar ir-riżorsi biex tiġi żgurata s-sikurezza epidemjoloġika meħtieġa għall-istituzzjonijiet inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet u ħtiġijiet ta’ prijorità"”, imsemmi fit-talba tal-Latvja tas-7 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet tal-gvern ħallsu l-benefiċċji tal-mard relatati mal-COVID-19, filwaqt li l-gvern ħallas l-appoġġ tal-liv tal-mard li ttieħed minħabba l-ħtieġa għal awtoiżolament jew awtokwarantina. Normalment, parti mill-benefiċċji tal-mard ikollha titħallas minn min iħaddem, filwaqt li skont din l-iskema l-Istat ħallas l-ispejjeż kollha. |
(8) |
Il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Latvja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 212 808 280 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-ammont miżjud relatat direttament mal-iskema għall-kumpens taż-żmien inattiv tal-ħaddiema u skemi ta’ appoġġ relatati, l-iskema tas-sussidji tal-pagi għall-industrija tal-esportazzjoni, il-professjonisti mediċi u l-industrija kulturali. Din tikkostitwixxi żieda għal għarrieda qawwija minħabba li l-miżuri l-ġodda jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Latvja. Il-Latvja biħsiebha tiffinanzja EUR 20 108 280 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tagħha stess. |
(9) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-Latvja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda qawwija fin-nefqa pubblika reali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol għal żmien qasir u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Latvja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjo-ekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
(11) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista' ssir, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
(12) |
Jenħtieġ li l-Latvja tinforma lill-Kummissjoni regolarment dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Latvja implimentat dik in-nefqa. |
(13) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Latvja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.
Artikolu 2
1. L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Latvja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 192 700 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.
2. Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-assistenza finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.
3. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lil-Latvja f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rrispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.
4. L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.
5. Il-Latvja għandha tħallas l-ispiża tal-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
6. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.
Artikolu 3
Il-Latvja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
(a) |
l-iskema għall-kumpens ta’ żmien inattiv tal-ħaddiema, kif previst fir-"Regolamenti tal-Kabinett Nru 179 (Adottat fil-31 ta’ Marzu 2020) "Regolamenti rigward l-Għotja għall-Inatttività għall-Persuni li Jaħdmu għal Rashom affettwati mill-firxa tal-COVID-19" u Nru 165 (adottat fis-26 ta’ Marzu 2020) "Regolamenti rigward l-impjegaturi affettwati mill-kriżi kkawżata mill-COVID-19 li huma eliġibbli għall-għotja għall-inattività u diviżjoni tat-taxxa li tħallset tard fi Ħlasijiet Parzjali jew Differiment Tagħhom għal sa Tliet Snin""; |
(b) |
l-għotja għal żmien ta' waqfien mix-xogħol, kif previst abbażi tar-"Regolament tal-Kabinett Nru 236 "Regolamenti Rigward l-Għotja ta' Assistenza għall-Inattività għall-Impjegati jew għall-Persuni li Jaħdmu għal Rashom affettwati mill-firxa tal-COVID-19""; |
(c) |
il-bonus tal-ħaddiema għat-tfal, kif previst fl-"Ordni tal-Kabinett Nru 178 "Dwar l-Allokazzjoni tar-Riżorsi Finanzjarji għall-Programm tal-Baġit tal-Istat 'Fondi għal Emerġenzi Nazzjonali""; |
(d) |
l-iskema għas-sussidji tal-pagi għall-industriji tat-turiżmu u tal-esportazzjoni, kif previst fir-"Rapport ta’ informazzjoni dwar miżuri biex tingħeleb il-kriżi tal-COVID-19 u l-irkupru ekonomiku"; |
(e) |
pagamenti ta’ appoġġ għall-paga għal professjonisti mediċi u dawk impjegati mill-industrija kulturali, kif previst fil-"Liġi dwar il-Miżuri għall-Prevenzjoni u t-Trażżin ta’ Theddid għall-Istat u l-Konsegwenzi Tagħha Minħabba l-Firxa tal-COVID-19", u l-"Liġi dwar it-Trażżin tal-Konsegwenzi tal-Infezzjoni tal-COVID-19" u l-"Ordni tal-Kabinett Nru 303 "Dwar l-Allokazzjoni tar-Riżorsi Finanzjarji mill-Programm tal-Programm tal-Baġit tal-Istat "Fondi ta’ Kontinġenza'"", rispettivament; |
(f) |
in-nefqa relatata mas-saħħa fit-tagħmir ta' protezzjoni personali, kif previst fl-"Ordnijiet tal-Kabinett Nru 79, 118 u 220 "Dwar l-Allokazzjoni tar-Riżorsi Finanzjarji mill-Programm tal-Baġit tal-Istat 'fondi għall-emerġenzi""; |
(g) |
benefiċċji tal-mard relatati mal-COVID-19, kif previst fi "9 ta ’Ġunju 2020. Ir-Regolament tal-Kabinett Nru 380 minn 9 ta ’Ġunju 2020"Regolamenti dwar ir-riżorsi biex tiġi żgurata s-sikurezza epidemjoloġika meħtieġa għall-istituzzjonijiet inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet u ħtiġijiet ta’ prijorità"". |
Artikolu 4
Il-Latvja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara dan dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH