Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2154

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2154 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2020 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2019/8887

    ĠU L 327, 17.12.2019, p. 66–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2154/oj

    17.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 327/66


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2154

    tas-16 ta’ Diċembru 2019

    li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2020 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2001 tat-23 ta’ Novembru 2001 li temenda l-Protokolli 2 u 3 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar prodotti proċessati u prodotti agrikoli oħrajn (3), tistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali bejn l-Unjoni u r-Renju tan-Norveġja għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2001 tipprevedi dazju b’rata żero għall-ilmijiet li jkun fihom iz-zokkor miżjud jew sustanzi oħrajn ta’ ħlewwa jew li jkollhom xi togħma miżjuda, li huma kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00, u xarbiet mhux alkoħoliċi oħrajn li ma fihomx prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404, jew xaħam miksub minn prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404, li huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM 2202 91 00 u 2202 99.

    (3)

    Id-dazju tal-Unjoni b’rata żero għal dawk l-ilmijiet u għal dawk ix-xarbiet oħrajn ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja għal perjodu ta’ żmien mhux determinat, permezz tal-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġjaa (4) (“il-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri”). Skont il-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri, l-importazzjonijiet bla dazju ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99 li joriġinaw min-Norveġja jeħtieġ li jiġu permessi biss fil-limiti ta’ kwota bla dazju. Jeħtieġ li jitħallas dazju fuq l-importazzjonijiet li jaqbżu l-kwota bla dazju.

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1968 (5) li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2019 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 fetaħ kwota tariffarja għas-sena 2019 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ oġġetti li joriġinaw min-Norveġja u li huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99.

    (5)

    Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri jeħtieġ li jekk il-kwota tariffarja stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1968 tkun ġiet eżawrita sal-31 ta’ Ottubru 2019, il-kwota tariffarja applikabbli mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara trid tiżdied b’10 %.

    (6)

    Il-kwota tariffarja annwali għall-2019 għall-ilmijiet u x-xarbiet ikkonċernati, miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1968, u li kienet ta’ volum ta’ 20,936 miljun litru, ġiet eżawrita fl-4 ta’ Settembru 2019. Għalhekk, jenħtieġ li tinfetaħ kwota tariffarja miżjuda għall-ilmijiet u x-xarbiet ikkonċernati mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2020. Għalhekk f’konformità mal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, il-kwota għall-2020, jenħtieġ li tinfetaħ għal volum ogħla b’10 %, li huwa ta’ 23,029 miljun litru.

    (7)

    Il-kwota tariffarja miftuħa b’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ġestita skont ir-regoli rilevanti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (6).

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-kwota tariffarja bla dazju stipulata fl-Anness se tkun miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma elenkati f’dak l-Anness, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fih.

    2.   Ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 3 għall-Ftehim Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja għandhom japplikaw għall-oġġetti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    3.   Għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-volum tal-kwota stabbilit fl-Anness, għandu japplika dazju preferenzjali ta’ EUR 0,047 għal kull litru.

    Artikolu 2

    Il-kwota tariffarja bla dazju msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

    (2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

    (3)  ĠU L 22, 24.1.2002, p. 34.

    (4)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1968 tat-12 ta’ Diċembru 2018 li jiftaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2019 għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 13.12.2018, p. 9).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


    ANNESS

    Kwota tariffarja bla dazju għall-2020 applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni fuq ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja

    Nru tal-Ordni

    Kodiċi NM

    Kodiċi TARIC

    Deskrizzjoni tal-oġġetti

    Volum tal-Kwota

    09.0709

    2202 10 00

     

    — Ilmijiet, inkluż ilma minerali u ilma effervexxenti, li jkun fihom iz-zokkor miżjud jew sustanzi oħrajn ta’ ħlewwa jew li jkollhom xi togħma miżjuda

    23,029 miljun litru

    ex 2202 91 00

    10

    — Birra mhux alkoħolika li fiha z-zokkor

    ex 2202 99 11

    11

    19

    — Xarbiet ibbażati fuq is-sojja b’kontenut ta’ proteina ta’ 2,8 % jew aktar skont il-piż, li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)

    ex 2202 99 15

    11

    19

    — Xarbiet ibbażati fuq is-sojja b’kontenut ta’ proteina inqas minn 2,8 % skont il-piż; xarbiet ibbażati fuq il-ġewż tal-Kapitolu 8 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fuq iċ-ċereali tal-Kapitolu 10 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jew fuq iż-żerriegħa tal-Kapitolu 12 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)

    ex 2202 99 19

    11

    19

    — Xarbiet mhux alkoħoliċi oħrajn li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)


    Top