This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2074
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/2074 of 23 September 2019 supplementing Regulation (EU) 2017/625 of the European Parliament and of the Council as regards rules on specific official controls on consignments of certain animals and goods originating from, and returning to the Union following a refusal of entry by a third country (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2074 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2074 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/6749
ĠU L 316, 6.12.2019, pp. 6–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
20/12/2021
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Completion | 32017R0625 | 14/12/2019 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32019R2074R(01) | (EL) | |||
| Modified by | 32021R2089 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 2 punt (a) | 20/12/2021 | |
| Modified by | 32021R2089 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 1 | 20/12/2021 |
|
6.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2074
tat-23 ta’ Settembru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 77(1)(h) tiegħu,
BILLI:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni hija meħtieġa tadotta r-regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1)(a), (b) u (c) tiegħu, li joriġinaw mill-Unjoni u jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu minn pajjiż terz. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-annimali u l-oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz ikunu soġġetti għal verifiki tad-dokumenti,tal-identità u, fejn xieraq, verifiki fiżiċi fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni biex jiġi żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li dawk il-verifiki jiżguraw li l-annimali jkunu jifilħu li jkomplu l-vjaġġ lejn id-destinazzjoni tagħhom u li jiġu rispettati r-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali. |
|
(3) |
L-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (2) jistipula r-regoli dwar il-verifiki veterinarji li jridu jitwettqu biex tiġi awtorizzata l-importazzjoni mill-ġdid ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-Unjoni li jirritornaw lejha wara rifjut ta’ dħul minn pajjiż terz. Ir-Regolament (UE) 2017/625 iħassar u jissostitwixxi d-Direttiva 97/78/KE b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 97/78/KE jenħtieġ li jinżammu b’ċerti adattamenti filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu, u l-qafas legali l-ġdid stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/625. |
|
(5) |
B’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju tal-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni ta’ mard tal-annimali jew ta’ pesti tal-pjanti, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiżguraw li l-kunsinni li joriġinaw mill-Unjoni li jirritornaw lejha jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ dawn il-kunsinni, kif stabbilit fir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali, dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali, jew dwar is-saħħa tal-pjanti, kif xieraq. |
|
(6) |
Kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ta’ prodotti komposti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha, wara rifjut ta’ dħul minn pajjiż terz, jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa pubblika. Sabiex jiġi żgurat li dawk il-kunsinni jikkonformaw mar-regoli dwar l-ikel u dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2007 (3) u ta’ prodotti komposti soġġetti għall-verifiki veterinarji f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (4), dment li dawk il-prodotti jkunu konformi ma’ rekwiżiti speċifiċi addizzjonali. |
|
(7) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ta’ prodotti komposti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara rifjut ta’ dħul minn pajjiż terz, jaslu fil-post tad-destinazzjoni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti proċedurali stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1666 (5) japplikaw għall-monitoraġġ tat-trasportazzjoni u għall-wasla ta’ kunsinni ta’ oġġetti, mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni sal-istabbiliment fil-post tad-destinazzjoni. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament japplikaw ukoll minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera fuq kunsinni tal-kategoriji ta’ annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/625 li joriġinaw mill-Unjoni u jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz.
Artikolu 2
Kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni u jirritornaw lejha wara li ma jingħatawx permess jidħlu f’pajjiż terz
1. L-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni għandha tivverifika id-dokumenti u l-identità ta’ kunsinni ta’ annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/625 li joriġinaw mill-Unjoni u jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz.
2. L-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni għandha twettaq il-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni li ġejjin li joriġinaw mill-Unjoni u jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz:
|
(a) |
kunsinni ta’ annimali msemmija fl-Artikolu 47(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
|
(b) |
kunsinni ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/625 meta jkun issuspettat nuqqas ta’ konformità ta’ dawk l-oġġetti mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, sabiex jiġi kkonfermat jew eliminat dak is-suspett. |
3. L-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni għandha tivverifika l-konformità ta’ kunsinni ta’ annimali u oġġetti mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
għall-annimali msemmija fl-Artikolu 47(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 u għall-prodotti ġerminali msemmija fl-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, ir-rekwiżiti dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, skont dak li jkun jixraq, stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(d) u (f) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
|
(b) |
għall-prodotti ta’ oriġini mill-annimali msemmija fl-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625:
|
|
(c) |
għall-prodotti sekondarji tal-annimali msemmijin fl-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625 u għall-prodotti derivati, ir-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
|
(d) |
għall-pjanti, għall-prodotti mill-pjanti, u għal oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-pjanti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(g) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
4. L-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fil-post ta’ destinazzjoni permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625 (“IMSOC”) bil-fatt li l-kunsinna ġiet aċċettata biex tidħol fl-Unjoni b’post speċifikat ta’ destinazzjoni indikat fid-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED).
Artikolu 3
Regoli addizzjonali dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali u ta’ prodotti komposti
1. L-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni għandha tawtorizza d-dħul fl-Unjoni ta’ dawn il-kunsinni ta’ prodotti li ġejjin li joriġinaw mill-Unjoni u jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz sakemm dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2:
|
(a) |
prodotti li joriġinaw mill-annimali elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2007; |
|
(b) |
il-prodotti komposti elenkati fil-Kapitoli 16 sa 22 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE li huma soġġetti għall-kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
2. Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin:
|
(a) |
iċ-ċertifikat uffiċjali oriġinali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru minn fejn joriġinaw l-oġġetti u jkunu ntbagħtu lejn pajjiż terz (“l-Istat Membru ta’ oriġini”), jew l-ekwivalent elettroniku tiegħu sottomess fl-IMSOC, jew kopja awtentikata tiegħu; |
|
(b) |
id-dikjarazzjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti jew ta’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn tal-pajjiż terz li tindika r-raġuni għar-rifjut tad-dħul, il-post u d-data tal-ħatt u t-tagħbija mill-ġdid fil-pajjiż terz u li tikkonferma li:
|
|
(c) |
id-dikjarazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni fl-Unjoni li tgħid li taqbel li tirċievi l-kunsinna; madankollu, dik id-dikjarazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa meta l-kunsinna tirritorna lejn l-istabbiliment tal-oriġini tal-kunsinna li jkun jinsab fl-istess Stat Membru bħall-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni. |
3. B’deroga mill-paragrafu 2(a), meta ma jkunx possibbli li jiġu ppreżentati d-dokumenti msemmija f’dik id-dispożizzjoni, l-oriġini tal-kunsinna tista’ tiġi awtentikata b’mod ieħor fuq il-bażi ta’ evidenza dokumentata ppreżentata mill-operatur responsabbli mill-kunsinna.
4. L-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni tista’ tagħti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2(b) għal kunsinni ssiġillati, b’siġill ta’ oriġini intatt, sakemm l-operatur responsabbli mill-kunsinna jissottometti dikjarazzjoni li tagħti r-raġuni għaliex il-pajjiż terz ma ħallihiex tidħol u tikkonferma li t-trasport ikun sar skont il-kondizzjonijiet xierqa għat-tip ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti komposti rilevanti.
5. L-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla għandha timmonitorja t-trasportazzjoni u l-wasla fil-post tad-destinazzjoni tal-kunsinna f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1666, meta l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tkun ħarġet id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(c).
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2007 tat-18 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali u prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif ukoll ħuxlief u tiben soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 3.12.2019, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1666 tal-24 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-monitoraġġ tat-trasportazzjoni u l-wasla ta’ kunsinni ta’ ċerti oġġetti mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla sal-istabbiliment fil-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 255, 4.10.2019, p. 1).