This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0278
Council Regulation (EU) 2019/278 of 18 February 2019 amending Council Regulation (EC) No 314/2004 concerning certain restrictive measures in respect of Zimbabwe
Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/278 tat-18 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/278 tat-18 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
ST/5905/2019/INIT
ĠU L 47, 19.2.2019, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004R0314 | Sostituzzjoni | anness IV | 20/02/2019 |
19.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/278
tat-18 ta' Frar 2019
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/284 tat-18 ta' Frar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2) jagħti effett lil diversi miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2011/101/PESK (3), inkluż l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi. |
(2) |
Fit-18 ta' Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/284 li neħħiet l-isem ta' żewġ persuni mill-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. |
(3) |
Għalhekk l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Ara l-paġna 38 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).
ANNESS
“ANNESS IV
Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 6(4)
Persuni
|
Isem (u psewdonimi possibbli) |
3. |
Chiwenga, Constantine |
4. |
Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema |
5. |
Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine) |