Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2156

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2156 tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat (2013–2017)

    ST/12181/2019/INIT

    ĠU L 327, 17.12.2019, p. 75–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2156/oj

    17.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 327/75


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2156

    tas-7 ta’ Ottubru 2019

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat (2013–2017)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2000.

    (2)

    Skont l-Artikolu 80 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet.

    (3)

    Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, permezz ta’ skambju ta’ ittri, għandu jadotta rakkomandazzjoni dwar estensjoni ulterjuri, b’sentejn, tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013-2017) (il-“Pjan ta’ Azzjoni”).

    (4)

    Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni, fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni, peress li r-rakkomandazzjoni għandha effetti legali.

    (5)

    L-estensjoni tal-pjan tal-Pjan ta’ Azzjoni ser tifforma l-bażi tar-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Marokk għas-snin 2019 u 2020 u ser tippermetti li jiġu definiti l-prijoritajiet il-ġodda għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk għas-snin li ġejjin,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni b’sentejn (2019 u 2020) tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013-2017) għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni mehmuż.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.-M. HENRIKSSON


    (1)  ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.


    ABBOZZ

    RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2019 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK

    ta’ …

    li tapprova l-estensjoni b’sentejn tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013-2017)

    IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2000.

    (2)

    Skont l-Artikolu 80 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet li jqis xierqa, bl-iskop li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim.

    (3)

    Skont l-Artikolu 90 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-Ftehim.

    (4)

    L-Artikolu 10 tar-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi l-possibbiltà li jinħarġu rakkomandazzjonijiet, bejn is-sessjonijiet, permezz ta’ proċedura bil-miktub.

    (5)

    Il-Pjan ta’ Azzjoni għad-dħul fis-seħħ tal-istatus avvanzat (2013-2017) (il-“Pjan ta’ Azzjoni”) ġie estiż b’sena fl-2018. L-estensjoni ulterjuri, b’sentejn, tal-Pjan ta’ Azzjoni ser tifforma l-bażi tar-relazzjonijiet UE-Marokk għas-snin 2019 u 2020 u ser tippermetti li jiġu definiti l-prijoritajiet il-ġodda għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk għas-snin li ġejjin,

    IRRAKKOMANDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, permezz ta’ proċedura bil-miktub, jirrakkomanda l-estensjoni b’sentejn tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013–2017).

    Magħmul fi …, …

    Għall- ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk Kunsill

    Il-President


    (1)  ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.


    Top