EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1941

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1941 tat-18 ta’ Novembru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-EPA stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-lista ta’ arbitri

ST/12350/2019/INIT

ĠU L 303, 25.11.2019, p. 26–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1941/oj

25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1941

tat-18 ta’ Novembru 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-EPA stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-lista ta’ arbitri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/152/KE (2). Huwa qiegħed jiġi applikat b’mod proviżorju mill-4 ta’ Awwissu 2014.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 85(1) tal-Ftehim, il-Kumitat tal-EPA (Economic Partnership Agreement) għandu jfassal lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri.

(3)

Il-Kumitat tal-EPA, fil-laqgħa annwali tiegħu li jmiss, huwa mistenni jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri.

(4)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-EPA, fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjoni prevista sa fejn din tkun vinkolanti fuq l-Unjoni.

(5)

Jenħtieġ għalhekk li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-EPA tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-EPA stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-EPA li tadotta l-lista ta’ arbitri, li huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

J. LEPPÄ


(1)  ĠU L 57, 28.2.2009, p. 2.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/152/KE tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Parti Afrika Ċentrali, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 57, 28.2.2009, p. 1).


ABBOZZ TA’

DEĊIŻJONI nru ..../2019 TAL-KUMITAT TAL-EPA

stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra

ta’ ...

li tadotta l-lista ta’ arbitri

IL-KUMITAT TAL-FSE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Jannar 2009, u applikat fuq bażi proviżorja mill-4 ta’ Awwissu 2014, u b’mod partikolari l-Artikolu 85(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt it-termini tal-Ftehim u ta’ din id-Deċiżjoni, il-Parti Afrika Ċentrali hija komposta mir-Repubblika tal-Kamerun.

(2)

Il-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat tal-EPA għandu jistabbilixxi lista ta’ ħmistax-il individwu li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li jista’ jinqala’ bejn il-Partijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-lista ta’ ħmistax-il individwu li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri hija b’dan stabbilita f’konformità mal-Artikolu 85(1) tal-Ftehim u tinstab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-lista ta’ arbitri msemmija fil-paragrafu 1 hija stabbilita mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola speċifika stabbilita fil-Ftehim jew li tista’ tiġi adottata mill-Kumitat tal-EPA.

Artikolu 2

Il-lista ta’ arbitri msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi emendata b’deċiżjoni mill-Kumitat tal-EPA f’konformità mal-Artikolu 92(4) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tiġi ffirmata.

Magħmul fi …, …

Għar-Repubblika tal-Kamerun

Għall-Unjoni Ewropea


ANNESS

Lista ta’ arbitri (Artikolu 85(1) tal-Ftehim)

Arbitri magħżula mill-Parti Afrika Ċentrali (il-Kamerun):

 

Is-Sinjura Mildred Alugu BEJUKA - Il-Kamerun

 

Is-Sur Jean Michel MBOCK BIUMLA - Il-Kamerun

 

Is-Sur Henri-Désiré MODI KOKO BEBEY - Il-Kamerun

 

Is-Sur David NYAMSI - Il-Kamerun

 

Is-Sur OUSMANOU - Il-Kamerun

Arbitri magħżula mill-Parti Unjoni Ewropea:

 

Is-Sur Jacques BOURGEOIS - il-Belġju

 

Is-Sur Claus – Dieter EHLERMANN - il-Ġermanja

 

Is-Sur Pieter Jan KUIJPER - in-Netherlands

 

Is-Sur Giorgio SACERDOTI - l-Italja

 

Is-Sur Ramon TORRENT - Spanja

Arbitri magħżula b’mod konġunt miż-żewġ Partijiet:

 

Is-Sur Thomas COTTIER - (l-Iżvizzera)

 

Is-Sur Fabien GÉLINAS - il-Kanada

 

Is-Sinjura Merit E. JANOW - l-Istati Uniti

 

Is-Sinjura Anna KOUYATE - Mali

 

Is-Sur Helge SELAND - in-Norveġja


Top