This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1863
Commission Implementing Decision (EU) 2019/1863 of 6 November 2019 amending and correcting Implementing Decision (EU) 2019/436 as regards the withdrawal of references of harmonised standards for machinery from the Official Journal of the European Union (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1863 tas-6 ta’ Novembru 2019 li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 fir-rigward tal-irtirar ta’ referenzi ta’ standards armonizzati għall-makkinarju minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1863 tas-6 ta’ Novembru 2019 li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 fir-rigward tal-irtirar ta’ referenzi ta’ standards armonizzati għall-makkinarju minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/7851
ĠU L 286, 7.11.2019, p. 25–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2023; Impliċitament imħassar minn 32023D1586
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32019D0436 | Sostituzzjoni | anness III | 19/03/2019 | |
Modifies | 32019D0436 | Sostituzzjoni | premessa 14 | 27/11/2019 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32019D1863R(01) | (MT) | |||
Implicitly repealed by | 32023D1586 | 02/08/2023 |
7.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/25 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1863
tas-6 ta’ Novembru 2019
li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 fir-rigward tal-irtirar ta’ referenzi ta’ standards armonizzati għall-makkinarju minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/42/KE, il-makkinarju manifatturat f’konformità ma’ standard armonizzat, li r-referenzi għalih ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza koperti minn tali standard armonizzat. |
(2) |
Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 (3), ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti tad-Direttiva 2006/42/KE. |
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436, il-Kummissjoni rtirat ir-referenzi ta’ diversi standards armonizzati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-19 ta’ Marzu 2019. |
(4) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw aktar żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards il-ġodda, l-istandards riveduti u l-emendi tal-istandards li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436, jeħtieġ li jiġu estiżi d-dati tal-irtirar tar-referenzi ta’ diversi standards li ġew irtirati b’dik id-Deċiżjoni. |
(5) |
Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 1870-13:2007+A2:2012 għall-magni tax-xogħol fl-injam ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-5 ta’ Ġunju 2012. Ir-referenza ta’ standard armonizzat ġdid EN ISO 19085-2:2017 li jkopri l-istess prodotti, ġiet ippubblikata fid-9 ta’ Marzu 2018 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 092/01, peress li l-istandard armonizzat EN 1870-13:2007+A2:2012 sar obsolet. Madankollu, l-ebda data ta’ waqfien ta’ preżunzjoni ta’ konformità f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma kienet prevista għall-istandard armonizzat EN 1870-13:2007+A2:2012. L-istandard armonizzat EN 1870-13:2007+A2:2012 jixraq għalhekk li jiġi rtirat minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandard EN ISO 19085-2:2017, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenza tal-istandard EN 1870-13:2007+A2:2012. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-premessa (14) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 tgħid b’mod żbaljat li l-istandard armonizzat EN ISO 12100: 2010 jeħtieġ li jiġi rtirat. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dak l-iżball għandu jiġi kkoreġut, billi titħassar ir-referenza għall-istandard armonizzat EN ISO 12100:2010 minn dik il-premessa. |
(8) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 rtirat ir-referenzi ta’ diversi standards armonizzati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-19 ta’ Marzu 2019. Billi d-data tal-irtirar se tiġi estiża, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha. Huwa wkoll xieraq li jiġi previst li l-emenda li testendi d-dati ta’ rtirar stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 tapplika mid-19 ta’ Marzu 2019, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436
L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Korrezzjoni għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436
Il-premessa (14) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“(14) |
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 786:1996+A2:2009, EN 61496-1:2013 u EN ISO 11200:2014 għandhom jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea peress li ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE.”. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika mid-19 ta’ Marzu 2019.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436 tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 19.3.2019, p. 108).
ANNESS
“ANNESS III
Nru |
Standard ta’ referenza |
Data tat-tneħħija |
Tip |
1. |
EN 1037:1995+A1:2008 Sigurtà ta’ makkinarju – Prevenzjoni li magna tistatja bla mistennija |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
B |
2. |
EN 474-12006:2013 Gafef — Sigurtà — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali Avviż: Din il-pubblikazzjoni ma tikkonċernax il-klawżola 5.8.1 Viżibilità — L-ispazju tal-viżjoni tal-operatur ta’ dan l-istandard, li l-applikazzjoni tiegħu ma tfissirx preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza 1.2.2 u 3.2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
3. |
EN 1853:1999+A1:2009 Agricultural machinery - Trailers with tipping body – Safety |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
4. |
EN 1870-62002:2009 Sigurtà ta’ magni li jaħdmu l-injam – Magni b’lupa ċirkolari – Part 6: Magni li jaqtgħu l-injam b’sistema ċirkolari għall-ħatab u magni b’żewġ funzjonijiet li jaqtgħu l-injam b’sistema ċirkolari/bankijiet tax-xogħol b’lupi ċirkolari, li jitgħabbew u/jew jinħattu bl-idejn |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
5. |
EN ISO 4254-5:2009 Magni agrikoli – Sigurtà – Parti 5: Makni li jqallbu l-ħamrija u jaħdmu bl-enerġija (ISO 4254-5:2008) |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
6. |
EN ISO 4254-7:2009 Magni agrikoli – Sigurtà – Parti 7: Magni tal-ħrit u d-dris, magni li jaħartu l-pjanti biex jagħmlu l-għalf u magni li jiġbru l-qoton (ISO 4254-7:2008) |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
7. |
EN 14017:2005+A2:2009 Agricultural and forestry machinery - Solid fertilizer distributors – Safety |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
8. |
EN ISO 5395-1:2013 Tagħmir tal-ġonna – Rekwiżiti ta’ sigurtà għal magna mħaddma bil-kombustjoni għall-qtugħ tal-ħaxix f’lôn – Parti 1: Terminoloġija u testijiet kommuni (ISO 5395-1:2013) |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
9. |
EN ISO 5395-3:2013 Tagħmir tal-ġonna – Rekwiżiti ta’ sigurtà għal magna mħaddma bil-kombustjoni għall-qtugħ tal-ħaxix f’lon – Parti 3: Magni għall-qtugħ tal-ħaxix f’lôn kontrollati minn nies bilqiegħda fuqhom (ISO 5395-3:2013) EN ISO 5395-3:2013/A1:2017 |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
10. |
EN 12013:2000+A1:2008 Magni tal-plastiks u tal-gomma - Miksers internti - Rekwiżiti ta’ sigurtà |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
11. |
EN 12999:2011+A1:2012 Krejnijiet — Krejnijiet li jgħabbu |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
12. |
EN 13001-3-1:2012+A1:2013 Krejnijiet – Disinn Ġenerali – Parti 3-1: Stati ta’ Limitu u prova ta’ kompetenza ta’ struttura tal-azzar |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
13. |
EN 13135:2013 Krejnijiet – Sigurtà – Disinn – Rekwiżiti għat-tagħmir |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
14. |
EN 13684:2004+A3:2009 Tagħmir tal-ġonna - Aeraturi u skarifaturi tal-lon mħaddma minn persuna mhux riekba fuqhom - Sigurtà |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
15. |
EN 15895:2011 Għodod tal-idejn li jitħaddmu b’cartridge – Rekwiżiti tas-sigurtà – Għodod tat-twaħħil u mmarkar |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
16. |
EN 692:2005+A1:2009 Għodod tal-magni – Preses mekkaniċi – Sigurtà |
Id-19 ta’ Settembru 2021 |
C |
17. |
EN 693:2001+A2:2011 Machine tools - Safety - Hydraulic presse |
Id-19 ta’ Marzu 2021 |
C |
18. |
EN 13736:2003+A1:2009 Is-sigurtà ta’ għodod tal-magni – Preses pnewmatiċi |
Id-19 ta’ Settembru 2021 |
C |
19. |
EN 848-12007:2012 Sigurtà ta’ magni li jaħdmu l-injam – Magni għall-immudellar minn naħa waħda b’għodda rotatriċi – Parti 1: Magni ta’ mmudellar fl-injam b’pern wieħed vertikali |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
20. |
EN 1710:2005+A1:2008 Tagħmir u komponenti maħsubin biex jintużaw f’atmosferi potenzjalment esplussivi f’minjieri taħt l-art |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
21. |
EN 50569:2013 Apparati elettriċi li jintużaw fid-dar u apparati u oħrajn simili - Sigurtà - Rekwiżiti partikolari għal estratturi li jispinnjaw kummerċjali |
It-12 ta’ Jannar 2021 |
C |
22. |
EN 50570:2013 Apparati elettriċi li jintużaw fid-dar u oħrajn simili - Sigurtà - Rekwiżiti partikolari għal magni elettriċi tat-tnixxif tal-ħasla bit-tank |
It-12 ta’ Jannar 2021 |
C |
23. |
EN 50571:2013 Apparati elettriċi li jintużaw fid-dar u oħrajn simili - Sigurtà - Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ elettriċi |
It-12 ta’ Jannar 2021 |
C |
24. |
EN 50636-2-107:2015 Siġurtà ta’ apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparat simili -Parti 2-107: Rekwiżiti partikolari għal magni li jaqtgħu l-ħaxix b’batteriji li jaħdmu b’batterija elettrika (IEC 60335–2-107:2012 Modifikat) |
It-12 ta’ Jannar 2020 |
C |
25. |
EN 60335-1:2012 Siġurtà ta’ apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparat simili – Sigurtà – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (IEC 60335-1:2010 Modifikat) EN 60335-1:2012/A11:2014 |
It-3 ta’ Mejju 2020 |
C |
26. |
EN 60745-2-1:2010 Għodda miżmuma fl-idejn u mħaddma b’mutur elettriku – Sigurtà – Parti 2-1: Rekwiżiti partikolari għal trapani u trapani tal-impatt (IEC 60745–2-1:2003 Modifikat + A1: 2008) |
Id-19 ta’ Jannar 2022 |
C |
27. |
EN 60745-2-17:2010 Għodda miżmuma fl-idejn u mħaddma b’mutur elettriku – Sigurtà – Parti 2-17: Rekwiżiti partikolari għal srieraq li jintrabtu fuq mejda u jistgħu jinġarru (IEC 60745-2-17:2010 modifika) |
Il-15 ta’ Diċembru 2021 |
C |
28. |
EN 62841-3-1:2014 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lons u ġonna – Sigurtà – Parti 3-1: Rekwiżiti partikolari għal srieraq li jintrabtu fuq mejda u jistgħu jinġarru (IEC 62841-3-1:2014, modifika) |
Id-19 ta’ Ottubru 2019 |
C |
29. |
EN 61029-2-4:2011 Sigurtà ta’ għodod elettriċi li jitħaddmu b’mutur u jistgħu jinġarru – Parti 2-4: Rekwiżiti partikolari għall-mola tal-bank (IEC 61029–2-4: 1993 Modifikat + A1:2001 Modifikat) |
L-24 ta’ Ġunju 2020 |
C |
30. |
EN 62841-3-6:2014 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lons u ġonna – Sigurtà – Parti 3-6: Rekwiżiti partikolari għal drills tad-djamant b’sistema likwida (IEC 62841-3-6:2014, modifikat) |
Id-19 ta’ Ottubru 2019 |
C |
31. |
EN 62841-3-9:2015 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lons u ġonna – Sigurtà – Parti 3-9: Rekwiżiti partikolari għal srieraq tal-mitra li jistgħu jinġarru (IEC 62841-3-9:2014 Modifikat) |
Il-15 ta’ Novembru 2019 |
C |
32. |
EN 62841-3-10:2015 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lons u ġonna – Sigurtà – Parti 3-10: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-qtugħ li jistgħu jinġarru (IEC 62841-3-10:2015 Modifikat) |
Id-19 ta’ Ottubru 2019 |
C |
33. |
EN 13241:2003+A2:2016 Bibien u xtiebi industrijali, kummerċjali u ta’ garaxxijiet – Standard tal-prodott, karatteristiċi ta’ operat |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
34. |
EN 786:1996+A2:2009 Tagħmir tal-ġonna – Magni elettriċi li jitmexxew bl-idejn minn wara biex jittrimmjaw lôns u truf ta’ lôns – Sigurtà mekkanika |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
35. |
EN 1870-14:2007+A2:2012 Sigurtà ta’ magni li jaħdmu l-injam – Magni b’lupi ċirkolari – Parti 14: Magni tal-isserrar ta’ panewijiet vertikali |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
36. |
IEC 61496-1:2013 Sigurtà ta’ makkinarju – Tagħmir protettiv elettrosensibbli – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |
37. |
EN ISO 11200: 2014 Akustika — Storbju emess minn makkinarju u tagħmir — Linji gwida għall-użu tal-istandards bażiċi għad-determinazzjoni tal-livelli tal-pressjoni tal-ħoss tal-emissjoni fi stazzjoni tax-xogħol u pożizzjonijiet oħrajn speċifikati |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
B |
38. |
EN 1870-13:2007+A2:2012 Sigurtà ta’ magni li jaħdmu l-injam – Magni b’lupa ċirkolari – Part 13: Magni tal-isserrar ta’ panewijiet ta’ travi orizzontali |
Id-9 ta’ Settembru 2020 |
C |