This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1854
Commission Implementing Decision (EU) 2019/1854 of 29 October 2019 setting up the European Research Infrastructure for Imaging Technologies in Biological and Biomedical Sciences — Euro-BioImaging European Research Infrastructure Consortium (Euro-BioImaging ERIC) (notified under document C(2019) 7612) (Only the Bulgarian, Czech, Danish, Dutch, English, Finnish, French, German, Hungarian, Italian, Portuguese and Swedish texts are authentic) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1854 tad-29 ta’ Ottubru 2019 dwar it-twaqqif ta’ Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka għal Teknoloġiji tal-Immaġni fi Xjenzi Bijoloġiċi u Bijomediċi — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka tal-Euro-BioImaging (Euro-BioImaging ERIC) (notifikata bid-dokument C(2019) 7612) (It-testi bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Portugiż u l-Iżvediż biss huma awtentiċi) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1854 tad-29 ta’ Ottubru 2019 dwar it-twaqqif ta’ Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka għal Teknoloġiji tal-Immaġni fi Xjenzi Bijoloġiċi u Bijomediċi — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka tal-Euro-BioImaging (Euro-BioImaging ERIC) (notifikata bid-dokument C(2019) 7612) (It-testi bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Portugiż u l-Iżvediż biss huma awtentiċi) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/7612
ĠU L 285, 6.11.2019, p. 9–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/9 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1854
tad-29 ta’ Ottubru 2019
dwar it-twaqqif ta’ Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka għal Teknoloġiji tal-Immaġni fi Xjenzi Bijoloġiċi u Bijomediċi — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka tal-Euro-BioImaging (Euro-BioImaging ERIC)
(notifikata bid-dokument C(2019) 7612)
(It-testi bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Portugiż u l-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, Franza, l-Iżrael, l-Italja, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, in-Norveġja, il-Portugall, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit u l-Laboratorju Ewropew tal-Bijoloġija Molekulari ppreżentaw lill-Kummissjoni applikazzjoni biex tiġi stabbilita Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka għal Teknoloġiji tal-Immaġni fi Xjenzi Bijoloġiċi u Bijomediċi — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka Euro-BioImaging (Euro-BioImaging ERIC) (“l-applikazzjoni”). Il-Belġju għamel l-għażla tiegħu li jipparteċipa fl-Euro-BioImaging ERIC inizjalment bħala osservatur. L-applikanti qablu li l-Finlandja tkun l-Istat Membru ospitanti tal-Euro-BioImaging ERIC. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 (2). |
(3) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim dwar il-Ħruġ jew, fin-nuqqas ta’ dan, u soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 (3), fl-1 ta’ Novembru 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dak il-perjodu. |
(4) |
Wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim dwar il-ħruġ, ir-Renju Unit se jitqies bħala pajjiż terz skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. |
(5) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka għal Teknoloġiji tal-Immaġni fi Xjenzi Bijoloġiċi u Bijomediċi — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka Euro-BioImaging (Euro-BioImaging ERIC) hija stabbilita.
2. L-elementi essenzjali tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, l-Istat ta’ Iżrael, ir-Repubblika Taljana, l-Ungerija, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Laboratorju Ewropew tal-Bioloġija Molekulari.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Carlos MOEDAS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 tal-20 ta’ Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet [2016/755] (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 85).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1).
ANNESS
ELEMENTI ESSENZJALI TAL-ISTATUTI TAL-EURO-BIOIMAGING ERIC
L-Artikoli u l-paragrafi li ġejjin tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging-ERIC jipprevedu l-elementi essenzjali skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009.
1. Kompiti u attivitajiet (l-Artikolu 1 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
(1) |
Il-kompitu prinċipali tal-Euro-BioImaging ERIC għandu jkun li jistabbilixxi u jopera infrastruttura ta’ immaġini ta’ riċerka distribwita madwar l-Ewropa li tipprovdi aċċess miftuħ għal teknoloġiji innovattivi ta’ teħid ta’ immaġni bijoloġiċi u mediċi għar-riċerkaturi. Il-Euro-BioImaging ERIC għandu l-għan ukoll li jipprovdi servizzi speċjalizzati ta’ data tal-immaġini u ta’ taħriġ għat-twettiq ta’ riċerka avvanzata li tuża teknoloġiji ta’ immaġni. |
(2) |
Fit-twettiq tal-kompitu prinċipali tiegħu, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Istatuti u b’eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-EuroBioImaging ta’ ħames snin, il-Euro-BioImaging ERIC għandu, b’mod partikolari, iwettaq l-attivitajiet li ġejjin:
|
(3) |
Il-Euro-BioImaging ERIC jista’ wkoll iwettaq attivitajiet oħra, bħal:
|
(4) |
Il-Euro-BioImaging ERIC għandu jwettaq il-kompitu prinċipali tiegħu fuq bażi mhix ekonomika. Il-Euro-BioImaging ERIC jista’ jwettaq attivitajiet ekonomiċi anċillari limitati, direttament jew indirettament, dment li dawk l-attivitajiet ikunu kompatibbli mal-kompitu prinċipali tal-Euro-BioImaging ERIC u mal-attivitajiet meħtieġa biex jitwettaq dak il-kompitu u li ma jippreġudikawx il-kisba tiegħu. Kwalunkwe dħul iġġenerat minn dawk l-attivitajiet ekonomiċi anċillari limitati għandu jintuża mill-Euro-BioImaging ERIC biex javvanza l-finijiet tiegħu. |
2. Sede statutorja (l-Artikolu 2 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
(1) |
Il-Euro-BioImaging ERIC għandu jkun infrastruttura ta’ riċerka distribwita bis-sede statutorja tagħha fil-Finlandja. |
(2) |
Il-laboratorju Ewropew tal-Bijoloġija Molekulari għandu jospita s-sezzjoni speċifika għall-komunità għat-teħid ta’ immaġnijiet bijoloġiċi u jimmaniġġja d-data tal-immaġni (Bio-Hub) u l-Italja għandha tospita t-taqsima speċifika għall-komunità għat-teħid ta’ immaġni u l-ġestjoni tal-immaġnijiet mediċi (Med-Hub). |
(3) |
Is-sede statutorja, Bio-Hub u Med-Hub għandhom jiffurmaw il-Euro-BioImaging Hub. |
(4) |
Il-Euro-BioImaging ERIC għandu jkun kollegat permezz ta’ ftehimiet fuq il-livell ta’ servizzi mal-Euro-BioImaging Nodes li jinsabu fil-membri tal-Euro-BioImaging ERIC. |
3. Isem (l-Artikolu 3 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
Infrastruttura Ewropea ta’ riċerka msejħa “l-Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka għat-Teknoloġiji tal-Immaġni fi Xjenzi Bijoloġiċi u Bijomediċi” twaqqfet bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) skont ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 u ssej]et “Euro-BioImaging European Research Infrastructure Consortium” jew “Euro-BioImaging ERIC”.
4. It-tul ta’ żmien u l-proċedura għall-istralċ (l-Artikolu 4 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
(1) |
Il-Euro-BioImaging ERIC għandu jeżisti għal perjodu indefinit, iżda jista’ jiġi stralċjat skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 3. |
(2) |
L-istralċ tal-Euro-BioImaging ERIC għandu jiġi deċiż mill-Bord tal-Euro-BioImaging b’maġġoranza ta’ żewġ terzi. |
(3) |
L-assi li jifdal wara l-ħlas tad-djun tal-Euro-BioImaging ERIC għandhom jitqassmu fost il-Membri u l-Osservaturi tal-Euro-BioImaging ERIC b’mod proporzjonali għall-kontribuzzjoni akkumulata tagħhom lill-Euro-BioImaging ERIC, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Bord tal-Euro-BioImaging. |
5. Responsabbiltà (l-Artikolu 5 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
(1) |
Il-Euro-BioImaging ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu. Il-Euro-BioImaging ERIC m’għandux ikun responsabbli għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw f’Euro-BioImaging Nodes. |
(2) |
Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri tal-Euro-BioImaging ERIC għad-djun tal-Euro-BioImaging ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom. |
(3) |
Il-Euro-BioImaging ERIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa li tkopri r-riskji speċifiċi għall-bini u l-operat tal-Euro-BioImaging ERIC. |
6. Politika ta’ aċċess għall-utenti (l-Artikolu 6 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
(1) |
Aċċess effettiv għal servizzi tal-Euro-BioImaging ERIC, inkluż l-aċċess fiżiku għat-teknoloġiji kollha ta’ immaġni, taħriġ u għarfien espert, għandu jiġi pprovdut abbażi tal-mertu xjentifiku u tal-fattibbiltà teknika tal-proġett ta’ riċerka propost mill-utent. |
(2) |
Il-Bord tal-Euro-BioImaging għandu japprova regoli ta’ aċċess li jirregolaw il-proċeduri u l-kriterji għall-aċċess għal servizzi tal-Euro-BioImaging ERIC, b’kont meħud tal-prinċipji tal-Karta Ewropea għall-Aċċess għall-Infrastrutturi ta’ Riċerka. |
(3) |
Id-data tal-immaġni amministrata mill-Euro-BioImaging ERIC għandha, sa fejn ikun permess legalment, tkun disponibbli u aċċessibbli b’mod miftuħ għal kwalunkwe riċerkatur, istituzzjoni xjentifika u partijiet interessati oħra, f’konformità mal-prinċipji FAIR. L-użu u l-ġbir tad-data huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet statutorji rilevanti tal-privatezza tad-data. |
7. Politika ta’ evalwazzjoni xjentifika (l-Artikolu 7 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
L-attivitajiet tal-Euro-BioImaging ERIC għandhom jiġu evalwati kull sena mill-Bord Xjentifiku Konsultattiv tal-Euro-BioImaging.
8. Politika ta’ disseminazzjoni (l-Artikolu 8 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
(1) |
Il-Euro-BioImaging ERIC għandu jkun faċilitatur tar-riċerka u għandu bħala regola ġenerali jħeġġeġ l-aċċess miftuħ kemm jista’ jkun għad-data tar-riċerka, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-politika dwar it-tixrid tal-Euro-BioImaging ERIC. |
(2) |
Il-Euro-BioImaging ERIC għandu jitlob lir-riċerkaturi biex jagħmlu r-riżultati tar-riċerka tagħhom disponibbli pubblikament u joffri li jagħmel ir-riżultati disponibbli permezz tal-Euro-BioImaging ERIC. L-użu tas-servizzi jew tal-infrastruttura tal-Euro-BioImaging ERIC, jew tat-tnejn, għandum jiġi rikonoxxut fil-pubblikazzjonijiet. |
(3) |
Il-Euro-BioImaging ERIC għandu juża diversi mezzi biex jilħaq l-udjenzi fil-mira, inkluż portal tal-Internet, rapport informali, workshops, preżenza f’konferenzi, artikli f’rivisti u l-midja tal-aħbarijiet. |
9. Politika dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (l-Artikolu 9 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
(1) |
Suġġett għat-termini ta’ kwalunkwe kuntratt bejn il-Euro-BioImaging ERIC u l-utenti, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jinħolqu mill-utenti tal-Euro-BioImaging ERIC għandhom ikunu proprjetà ta’ dawk l-utenti. |
(2) |
Il-Euro-BioImaging ERIC jista’ jkun is-sid ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kompletament jew parzjalment maħluqa, miksuba jew żviluppati minn Euro-BioImaging ERIC skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-politika tal-Euro-BioImaging dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
10. Politika dwar l-impjiegi (l-Artikolu 10 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
Il-proċeduri tal-għażla, ir-reklutaġġ u l-impjieg fl-uffiċċju tal-Euro-BioImagining Hub għandhom ikunu trasparenti u nondiskriminatorji, filwaqt li għandhom jirrispettaw l-opportunitajiet indaqs.
11. Politika dwar l-akkwist pubbliku (l-Artikolu 11 tal-Istatuti tal-Euro-BioImaging ERIC)
Il-Euro-BioImaging ERIC għandu jittratta l-kandidati u lill-offerenti għall-akkwist pubbliku b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni. Il-politika dwar l-akkwist pubbliku tal-Euro-BioImaging ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni. Fl-implimentazzjoni tal-politika dwar l-akkwist pubbliku għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-proċeduri u l-kriterji tal-akkwist.