Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1562

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1562 tas-16 ta' Settembru 2019 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta' tolleranza għal traċċi taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4), taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u taż-żrieragħ tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti dderivati minnhom (notifikata bid-dokument C(2019) 6524)

    C/2019/6524

    ĠU L 240, 18.9.2019, p. 13–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1562/oj

    18.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 240/13


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1562

    tas-16 ta' Settembru 2019

    li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta' tolleranza għal traċċi taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4), taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u taż-żrieragħ tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti dderivati minnhom

    (notifikata bid-dokument C(2019) 6524)

    (It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 20(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/305/KE (2), 2007/306/KE (3) u 2007/307/KE (4) jistabbilixxu r-regoli dwar l-irtirar mis-suq taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4), Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u taż-żrieragħ tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1) rispettivament, kif ukoll il-prodotti dderivati minnhom (“materjal ġenetikament modifikat”). Dawk id-Deċiżjonijiet ġew adottati wara li d-detentur tal-awtorizzazzjoni, il-kumpanija Bayer CropScience AG, indikat lill-Kummissjoni li ma kellha l-ebda intenzjoni li ġġedded l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' dak il-materjal ĠM f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4), mal-Artikolu 11, mal-Artikolu 20(4) u mal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (2)

    It-tliet Deċiżjonijiet kollha stipulaw perjodu ta' tranżizzjoni inizjali ta' ħames snin, li matulu l-ikel u l-għalf li fih dan il-materjal ĠM jew li jikkonsisti minnu jew huwa prodott minnu seta' jitqiegħed fis-suq bi proporzjon mhux ogħla minn 0,9 % u sakemm dik il-preżenza kienet aċċidentali jew teknikament inevitabbli. L-għan ta' dak il-perjodu ta' tranżizzjoni kien biex jitqies il-fatt li xi kultant jista' jkun hemm preżenti traċċi żgħar ħafna ta' materjal ĠM fil-ktajjen alimentari u tal-għalf, saħansitra wara li l-Bayer CropScience AG iddeċidiet li twaqqaf il-bejgħ ta' żrieragħ idderivati minn dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati u minkejja li kienu ttieħdu l-miżuri kollha biex tiġi evitata l-preżenza ta' dak il-materjal ĠM.

    (3)

    Minkejja l-miżuri li ħadet il-Bayer CropScience AG biex tevita li jkun hemm dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati f'konformità mad-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE, xorta nstabu traċċi żgħar ħafna fil-prodotti bażiċi taż-żrieragħ tal-kolza. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/69/UE (5) emendat dawk it-tliet Deċiżjonijiet kollha sabiex ittawwal il-perjodu tat-tranżizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2016, u naqqset il-preżenza tollerata ta' dak il-materjal ĠM fl-ikel u fl-għalf għall-frazzjoni tal-massa 0,1 %. It-tliet Deċiżjonijiet reġgħu ġew emendati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2268 (6) biex jittawwal il-perjodu tat-tranżizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.

    (4)

    Id-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE ukoll stipulaw sensiela ta' miżuri li kellha tieħu l-Bayer CropScience AG sabiex jiġi żgurat l-irtirar mis-suq effettiv ta' dan il-materjal ĠM u stipulaw l-obbligi ta' rapportar min-naħa tad-destinatarju.

    (5)

    Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1117 (7) emendat it-tliet Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward id-destinatarju, wara talba mressqa mill-Bayer CropScience AG fl-1 ta' Awwissu 2018, biex tittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħha li kellhom x'jaqsmu man-notifiki, l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet tagħha kollha għall-prodotti ġenetikament modifikati, lil BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, irrappreżentata fl-Unjoni mill-BASF SE (tal-Ġermanja). Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE jiġu indirizzati lill-BASF SE.

    (6)

    F'Ottubru tal-2018, il-BASF SE rrapportat li minkejja l-miżuri li ttieħdu, xorta waħda nstabu traċċi żgħar ħafna, iżda b'xejra li dejjem jonqsu, fil-prodotti bażiċi taż-żrieragħ tal-kolza f'dawn l-aħħar snin. Din il-preżenza ta' traċċi persistenti tista' tiġi spjegata kemm mill-bijoloġija taż-żrieragħ tal-kolza li jistgħu jibqgħu inattivi għal perjodi twal, kif ukoll mill-prattiki agrikoli li ntużaw għall-ħsad taż-żrieragħ li jista' jkun ikkawżaw it-tixrid aċċidentali, li l-livell tiegħu kien diffiċli biex jiġi stmat fid-dati tal-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/69/UE u (UE) 2016/2268.

    (7)

    F'dan l-isfond, jixraq li l-perjodu tranżizzjonali jittawwal tliet snin oħra sal-31 ta' Diċembru 2022 biex jippermetti t-tneħħija sħiħa tat-traċċi residwi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf1, Ms1×Rf2 u Topas 19/2 fil-katina alimentari u tal-għalf.

    (8)

    Sabiex tkompli tikkontribwixxi għat-tneħħija ta' dak il-materjal ĠM, jixraq ukoll li d-destinatarju jkompli jimplimenta l-programm intern meħtieġ skont id-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE u li jkompli jiġbor id-data dwar il-preżenza ta' dan il-materjal fil-prodotti bażiċi taż-żrieragħ tal-kolza importati fl-Unjoni mill-Kanada, li huwa l-uniku pajjiż fejn ġew ikkultivati għal skopijiet kummerċjali dawk iż-żrieragħ tal-kolza. Jenħtieġ li l-BASF SE tirrapporta lill-Kummissjoni dwar dawn iż-żewġ aspetti sal-1 ta' Jannar 2022.

    (9)

    Jenħtieġ li l-Bayer CropScience AG tiżgura li jibqgħu jkunu disponibbli l-materjali ta' referenza ċċertifikati biex il-laboratorji ta' kontroll ikunu jistgħu jwettqu l-analiżijiet tagħhom matul dak il-perjodu ta' tranżizzjoni.

    (10)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE jiġu emendati skont dan.

    (11)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2007/305/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u tal-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4 fit-tnissil u fil-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor id-data dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-lift lejn l-Unjoni mill-Kanada.

    Sal-1 ta' Jannar 2022 id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-lift lejn l-Unjoni mill-Kanada.”

    (2)

    l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 2

    1.   Il-preżenza ta' materjal li fih iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4, li jikkonsisti minnhom jew li hu prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2022, dment li l-preżenza:

    (a)

    tkun aċċidentali jew inevitabbli teknikament; kif ukoll

    (b)

    tkun fi proporzjon mhux ogħla mill-frazzjoni tal-massa 0,1 %.

    2.   Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċċertifikat taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4–7×ACS-BNØØ1-4 permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm”.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2007/306/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u tal-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5 fit-tnissil u fil-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor id-data dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

    Sal-1 ta' Jannar 2022 id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.”

    (2)

    l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 2

    1.   Il-preżenza ta' materjal li fih iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5, li jikkonsisti minnhom jew li huwa prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2022, dment li din il-preżenza:

    (a)

    tkun aċċidentali jew inevitabbli teknikament; kif ukoll

    (b)

    tkun fi proporzjon mhux ogħla mill-frazzjoni tal-massa 0,1 %.

    2.   Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċċertifikat taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5 permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm”.

    Artikolu 3

    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2007/307/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    1.   Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ7-1 fit-tnissil u fil-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor id-data dwar il-preżenza ta' dak l-organiżmu ġenetikament modifikat fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

    Sal-1 ta' Jannar 2022 id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

    2.   Il-preżenza ta' materjal li fih iż-żrieragħ l-kolza ACS-BNØØ7-1, li jikkonsisti minnhom jew li huwa prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2022, dment li din il-preżenza:

    (a)

    tkun aċċidentali jew inevitabbli teknikament; kif ukoll

    (b)

    tkun fi proporzjon mhux ogħla mill-frazzjoni tal-massa 0,1 %.

    3.   Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċċertifikat taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ7-1 permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm.”

    Artikolu 4

    L-entrati fir-Reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, rigward iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4, il-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5 u ż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ7-1, għandhom jiġu mmodifikati sabiex iqisu din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, D-67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/305/KE tal-25 ta' April 2007 dwar l-irtirar mis-suq tal-ibridu Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift u l-prodotti dderivati minnu (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 17).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/306/KE tal-25 ta' April 2007 dwar l-irtirar mis-suq ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u l-prodotti ġejjin minnha (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 20).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/307/KE tal-25 ta' April 2007 dwar it-tneħħija mis-suq tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1) u l-prodotti derivati tagħha (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 23).

    (5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/69/UE tat-3 ta' Frar 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta' tolleranza għal traċċi tal-ibridu taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4), tal-ibridu taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u ż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti derivati minnhom (ĠU L 34, 7.2.2012, p. 12).

    (6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2268 tal-14 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta' tolleranza għal traċċi tal-ibridu Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift, ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti derivati minnhom (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 34).

    (7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1117 tal-24 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE fir-rigward ta' bidla tad-destinatarju tad-Deċiżjonijiet (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 59).


    Top