This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0809
Council Decision (EU) 2019/809 of 13 May 2019 appointing an alternate member, proposed by the Kingdom of Spain, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/809 tat-13 ta' Mejju 2019 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/809 tat-13 ta' Mejju 2019 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/8841/2019/INIT
ĠU L 133, 21.5.2019, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020
21.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/809
tat-13 ta' Mejju 2019
li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-18 ta' Lulju 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1203 (4), is-Sur Roger ALBINYANA i SAIGÍ ġie sostitwit mis-Sur Amadeu ALTAFAJ i TARDIO bħala membru supplenti. Fit-8 ta' Ottubru 2018, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1502 (5), is-Sur Amadeu ALTAFAJ i TARDIO ġie sostitwit mis-Sa Natàlia MAS GUIX bħala membru supplenti. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sa Natàlia MAS GUIX, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Hija b'dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
— |
Is-Sa Mireia BORRELL POPORT, Directora General de Relaciones Exteriores, Generalitat de Catalunya. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1203 tat-18 ta' Lulju 2016 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 198, 23.7.2016, p. 44).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1502 tat-8 ta' Ottubru 2018 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 254, 10.10.2018, p. 7).