Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0535

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/535 tad-29 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)

    ST/7696/2019/INIT

    ĠU L 92, 1.4.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/03/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D0471

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/535/oj

    1.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 92/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/535

    tad-29 ta' Marzu 2019

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 (1) dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA).

    (2)

    Fil-21 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2055 (2), li estendiet id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 sal-31 ta' Marzu 2019.

    (3)

    Fis-27 ta' Marzu 2019, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel li jestendi l-mandat tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA sat-30 ta' Settembru 2019.

    (4)

    Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 tiġi emendata kif meħtieġ.

    (5)

    F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u lanqas ma hi marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, u ma tiħux sehem fil-finanzjament ta' din l-operazzjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   Għall-perijodu mill-1 ta' April 2019 sat-30 ta' Settembru 2019, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 2 761 200. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % għall-impenji u 0 % għall-pagamenti.”;

    (2)

    fl-Artikolu 13, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tintemm fit-30 ta' Settembru 2019.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha ssir effettiva fl-1 ta' April 2019.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. CIAMBA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2055 tal-21 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin- Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 327I, 21.12.2018, p. 9).


    Top