This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1246
Commission Regulation (EU) 2018/1246 of 18 September 2018 amending Annex I to Regulation (EC) No 1334/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the inclusion of pyroligneous distillate in the Union list of flavourings (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1246 tat-18 ta' Settembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tad-distillat pirolinjuż fil-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1246 tat-18 ta' Settembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tad-distillat pirolinjuż fil-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/5505
ĠU L 235, 19.9.2018, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/09/2023
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1334 | Żieda | anness I P. E Test | 23/04/2018 |
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1246
tat-18 ta' Settembru 2018
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tad-distillat pirolinjuż fil-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Ir-Regolament (UE) Nru 872/2012 introduċa wkoll il-Parti B (“Preparazzjonijiet aromatizzanti”), il-Parti C (“Aromatizzanti li għaddew minn proċess termali”), il-Parti D (“Prekursuri aromatizzanti”), il-Parti E (“Aromatizzanti oħra”) u l-Parti F (“Materjali tas-sors”) fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Il-Partijiet B sa F tal-Anness I jikkorrispondu għall-kategoriji ta' aromatizzanti u materjali mis-sors imsemmija fl-Artikolu 9(b) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Il-Partijiet B sa F ma fihom l-ebda entrata. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 (4) jistabbilixxi miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
(4) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 873/2012 jistabbilixxi perjodu tranżitorju għal ikel li fih ġew miżjuda aromatizzanti li jappartjenu għall-Partijiet B sa F tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 li kienu s-suġġett ta' applikazzjoni qabel it-22 ta' Ottubru 2015 skont l-Artikolu 3 tiegħu. L-Artikolu 4 jistabbilixxi li t-tmiem tal-perjodu tranżitorju għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ta' dan it-tip huwa t-22 ta' April 2018. |
(5) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jista' jiġi aġġornat b'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, kemm fuq inizjattiva tal-Kummissjoni kif ukoll wara applikazzjoni sottomessa minn Stat Membru jew minn parti interessata. |
(6) |
Fis-16 ta' Ottubru 2012, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] bl-isem “etere tar-rum” taħt il-kategorija “aromatizzanti oħra”. L-applikant talab biex dan l-aromatizzant jintuża f'silġ li jittiekel, ħlewwiet, chewing gum, ħelu, ċereali u prodotti taċ-ċereali derivati miż-żerriegħa taċ-ċereali, għeruq u tuberi u pjanti tal-miżwed u tal-legumi, prodotti tal-forn, laħam u prodotti tal-laħam, imluħa, ħwawar, sopop, zlazi, insalati, xorb mhux alkoħoliku u xorb alkoħoliku sa ċerti livelli. |
(7) |
L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex tagħti l-opinjoni tagħha. L-applikazzjoni kienet disponibbli wkoll għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(8) |
Fl-24 ta' Awwissu 2017, l-Awtorità adottat l-“Opinjoni Xjentifika dwar l-Evalwazzjoni tal-Grupp ta' Aromatizzanti 500 (FGE.500): etere tar-rum” tagħha, dwar l-evalwazzjoni tas-sikurezza tad-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] meta dan jintuża bħala aromatizzant taħt il-kategorija “aromatizzanti oħra” (5). Dan il-prodott huwa taħlita kumplessa komposta minn aktar minn tmenin kostitwent individwali. L-Awtorità kkonkludiet li skont l-istrateġija ġenerali għall-valutazzjoni tar-riskju ta' sustanzi aromatizzanti, il-preżenza ta' sustanzi ġenotossiċi bħala kostitwenti tal-etere tar-rum hija ta' tħassib għas-sikurezza. Din indikat it-tħassib serju dwar is-sikurezza relatat ma' għadd ta' kostitwenti bħall-furani u d-derivattivi, u kostitwenti oħra, assoċjati mal-ġenotossiċità u mal-karċinoġeniċità, u semmiet ukoll ir-riskji ta' karċinoġeniċità involuti fil-preżenza tal-etanol. |
(9) |
Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] fix-xarbiet spiritużi tradizzjonali tuzemák u tuzemský u talbu li jinżamm dan l-użu għal dawn ix-xarbiet spiritużi speċifiċi. |
(10) |
B'konformità mal-Premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 l-approvazzjoni tal-aromatizzanti jenħtieġ li tqis ukoll fatturi oħra rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata, fost l-oħrajn fatturi soċjetali u tradizzjonali. Billi l-użu ta' dan l-aromatizzant huwa attwalment meħtieġ biex jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tradizzjonali tax-xarbiet spiritużi tuzemák u tuzemský fir-Repubblika Ċeka u fir-Repubblika Slovakka, huwa xieraq li din is-sustanza tiġi awtorizzata skont il-kundizzjonijiet tal-użu stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(11) |
Dawk ix-xarbiet spirtużi, bħax-xarbiet spiritużi u x-xarbiet alkoħoliċi kollha b'mod ġenerali, mhumiex maħsuba biex jiġu kkunsmati mit-tfal jew minn partijiet vulnerabbli oħra tal-popolazzjoni. Minbarra r-rekwiżiti tat-tikkettar eżistenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikjedu informazzjoni addizzjonali biex tiġi pprovduta rigward ir-riskji speċifiċi marbuta mal-preżenza tad-distillat pirolinjuż (Nru tal-FL 21.001] f'dawk ix-xarbiet alkoħoliċi tradizzjonali. |
(12) |
Ix-xarbiet spiritużi li fihom ġie miżjud id-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] jenħtieġ li ma jintużawx fil-manifattura ta' oġġetti tal-ikel oħra. |
(13) |
Meta ssir referenza għall-aromatizzant fit-tikkettar tax-xarbiet spiritużi tuzemáku tuzemský, jenħtieġ li jintuża l-isem jew in-numru tal-FL. |
(14) |
Flimkien mar-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, meta d-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] jiġi kkumerċjalizzat bħala mhux maħsub biex jinbiegħ lill-konsumatur aħħari, jenħtieġ li fl-ittikkettar jiġi indikat li dan l-aromatizzant jista' jintuża biss għall-manifattura tax-xarbiet spiritużi tuzemák u tuzemský. |
(15) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-23 ta' April 2018. |
(16) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ ikun fis-seħħ għal perjodu ta' 5 snin biex b'hekk ikunu jistgħu jiġu żviluppati alternattivi għad-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] għall-użu fix-xarbiet spiritużi tradizzjonali tuzemák u tuzemský. |
(17) |
Għaldaqstant, il-Parti E tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(18) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti E tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata b'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Il-prodott distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] huwa awtorizzat fix-xarbiet spiritużi tradizzjonali tuzemák u tuzemský soġġetti għar-restrizzjonijiet tal-użu stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-23 ta' April 2018 sad-19 ta' Settembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista tal-Unjoni ta' ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 162).
(5) EFSA Journal 2017;15(8):4897.
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tiżdied l-entrata li ġejja li tikkonċerna d-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL: 21.001]:
Nru tal-FL |
Isem |
Nru tal-CAS |
Nru tal-JECFA |
Nru tal-KtE |
Purità tal-imsemmija sustanza |
Restrizzjonijiet tal-użu |
Nota ta' qiegħ il-paġna |
Referenza |
||||||||||||||||||||||||||||
“21.001 |
Distillat pirolinjuż |
— |
— |
— |
Taħlita kumplessa ta' sustanzi, miksuba bid-distillazzjoni tal-prodotti tar-reazzjoni tal-aċidu pirolinjuż u tal-etanol. Likwidu b'riħa u togħma simili għar-rum. Kostitwenti:
|
Fix-xarbiet spiritużi li ġejjin biss: tuzemák u tuzemský li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 meta jiġu kkummerċjalizzati fl-imballaġġ finali maħsuba biss għall-konsumatur finali, 3 800 mg/l.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu ttikkettar addizzjonali, li jinforma lill-konsumaturi dwar ir-riskji speċifiċi marbuta mal-preżenza tad-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] fix-xarbiet spiritużi tuzemák u tuzemský. |
|
EFSA” |