This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0339
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/339 of 7 March 2018 amending and derogating from Regulation (EC) No 2535/2001 as regards the import licences for dairy products originating in Iceland
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/339 tas-7 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar il-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Iżlanda u li jidderoga minnu
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/339 tas-7 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar il-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Iżlanda u li jidderoga minnu
C/2018/1370
ĠU L 65, 8.3.2018, p. 21–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32001R2535 | Sostituzzjoni | anness I punt I.I | 01/04/2018 | |
Modifies | 32001R2535 | Sostituzzjoni | artikolu 5 punt (i) | 01/04/2018 | |
Derogation | 32001R2535 | artikolu 10 paragrafu 1 L 2 | 01/04/2018 | ||
Derogation | 32001R2535 | artikolu 14 paragrafu 1 punt (b) | 01/04/2018 | ||
Derogation | 32001R2535 | artikolu 6 paragrafu 2 | 01/04/2018 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020R0760 | 01/01/2021 |
8.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/339
tas-7 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar il-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Iżlanda u li jidderoga minnu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness V tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli li sar abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 (2), jipprovdi żieda fil-kwoti tariffarji annwali bla dazju u għall-introduzzjoni ta' kwota ġdida għal ġobnijiet. |
(2) |
Il-kwantitajiet tal-kwota l-ġodda japplikaw mill-1 ta' Mejju 2018. Konsegwentament, permezz ta' deroga mill-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3), jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ġdid mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2018 li jissostitwixxi l-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2018, u l-kwantitajiet għall-perjodu l-ġdid jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-Punt I.I tal-Anness I ta' dak ir-Regolament kif emendati b'dan ir-Regolament. |
(3) |
Il-perjodu ta' applikazzjoni jippreċedi t-tmiem tal-proċedura ta' approvazzjoni biex l-applikanti jiġu awtorizzati jimpurtaw skont il-kwoti sa mill-1 ta' Lulju 2018. Sabiex l-applikanti li għadhom mhux fuq il-lista ta' approvazzjoni jipparteċipaw fl-allokazzjoni tal-kwota għall-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Diċembru 2018, għandha tiġi prevista d-deroga mill-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001. |
(4) |
Il-perjodu biex jitressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-ewwel sitt xhur tal-2018, kif stipulat fl-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, skada. Għalhekk, permezz ta' deroga mill-Artikolu 14(1)(b) ta' dak ir-Regolament jenħtieġ li jsir provvediment għal perjodu ġdid ta' applikazzjoni għal-liċenzja mill-1 sal-10 ta' April 2018. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
(a) |
Fl-Artikolu 5, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(*1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 274, 24.10.2017, p. 57).”;" |
(b) |
Il-Parti I.I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 hija sostitwita bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Deroga mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
1. B'deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-kwantitajiet stipulati fil-punt I.I tal-Anness I ta' dak ir-Regolament, il-perjodu ta' sitt xhur mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun sostitwit bil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2018.
2. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, minbarra l-importaturi inklużi f' lista, l-applikanti li jkunu ressqu talba valida għall-approvazzjoni qabel l-1 ta' April 2018 skont l-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament għandhom ukoll ikunu awtorizzati japplikaw għal liċenzji għall-kwoti għall-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
3. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni għall-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Diċembru 2018, għandhom jitressqu bejn l-1 u l-10 ta' April 2018 għall-kwantitajiet stabbiliti fil-Punt I.I tal-Anness I ta' dak ir-Regolament kif emendat b'dan ir-Regolament.
4. L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jirrelataw ma' mhux inqas minn 5 tunnellati u mhux aktar mill-kwantità disponibbli. L-ebda applikazzjoni ma għandha titressaq għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2018.
5. Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa għal applikazzjonijiet mressqa skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu validi sal-31 ta' Diċembru 2018.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Għandu japplika mill-1 ta' April 2018.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 274, 24.10.2017, p. 57).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29 ).
ANNESS
“I.I
Kwoti tariffarji taħt l-Anness V tal-Ftehim mal-Iżlanda approvat bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1913
Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru
(Kwantità f'tunnellati)
Dazju applikabbli: eżenzjoni
Numru tal-kwota |
|
09.4225 |
09.4226 |
09.4227 |
Deskrizzjoni (*1) |
|
Butir naturali |
“Skyr” |
Ġobon |
Kodiċi NM |
|
0405 10 11 0405 10 19 |
ex 0406 10 50 (*2) |
ex 0406 Minbarra “Skyr” tal-intestatura 0406 10 50 tan-NM (*2) |
Kwantità bejn Mejju – Diċembru 2018 |
|
201 |
793 |
9 |
Kwantità annwali fl-2019 |
|
439 |
2 492 |
31 |
Kwantità bejn Jannar – Ġunju |
|
220 |
1 246 |
16 |
Kwantità bejn Lulju – Diċembru |
|
219 |
1 246 |
15 |
Kwantità annwali fl-2020 |
|
463 |
3 095 |
38 |
Kwantità bejn Jannar – Ġunju |
|
232 |
1 548 |
19 |
Kwantità bejn Lulju – Diċembru |
|
231 |
1 547 |
19 |
Kwantità annwali minn 2021 u wara |
|
500 |
4 000 |
50 |
Kwantità bejn Jannar – Ġunju |
|
250 |
2 000 |
25 |
Kwantità bejn Lulju – Diċembru |
|
250 |
2 000 |
25 |
(*1) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-arranġamenti preferenzjali ddeterminati, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn huma msemmija kodiċijiet ex NM, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.
(*2) Il-kodiċijiet tan-NM huma soġġetti għat-tibdil, fl-istennija tal-konferma tal-klassifika tal-prodott.”