This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1153
Council Decision (EU) 2018/1153 of 26 June 2018 on the signing on behalf of the Union of the Agreement on civil aviation safety between the European Union and the Government of the People's Republic of China
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1153 tas-26 ta' Ġunju 2018 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1153 tas-26 ta' Ġunju 2018 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
ST/9698/2018/INIT
ĠU L 210, 21.8.2018, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
21.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1153
tas-26 ta' Ġunju 2018
dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-7 ta' Marzu 2016, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili. Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (‘il-Ftehim’) bl-għan li titrawwem kooperazzjoni bilaterali dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u li jkunu ffaċilitati l-kummerċ u l-investiment fi prodotti ajrunawtiċi bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (‘il-Ftehim’) huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA