Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1153

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1153 tas-26 ta' Ġunju 2018 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

ST/9698/2018/INIT

OJ L 210, 21.8.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1153/oj

21.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1153

tas-26 ta' Ġunju 2018

dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-7 ta' Marzu 2016, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili. Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (‘il-Ftehim’) bl-għan li titrawwem kooperazzjoni bilaterali dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u li jkunu ffaċilitati l-kummerċ u l-investiment fi prodotti ajrunawtiċi bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(2)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (‘il-Ftehim’) huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


Top