This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0846
Decision (EU) 2018/846 of the European Parliament and of the Council of 30 May 2018 on the mobilisation of the European Union Solidarity Fund to provide assistance to Greece, Spain, France and Portugal
Deċiżjoni (UE) 2018/846 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugall
Deċiżjoni (UE) 2018/846 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugall
ĠU L 144, 8.6.2018, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
8.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/3 |
DEĊIŻJONI (UE) 2018/846 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-30 ta' Mejju 2018
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugall
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali. |
|
(2) |
Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 500 000 000 (bil-prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
|
(3) |
Fl-1 ta' Settembru 2017, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara li terremot laqat il-gżejjer ta' Lesbos fit-Tramuntana tal-Eġew fit-12 ta' Ġunju 2017. |
|
(4) |
Fit-22 ta' Diċembru 2017, Spanja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, b'segwitu għan-nirien fil-Majjistral ta' Spanja fir-reġjun tal-Galicja matul il-perijodu bejn l-10 u s-17 ta' Ottubru 2017. |
|
(5) |
Fis-27 ta' Novembru 2017, Franza ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, b'segwitu għal uragan Irma li qasam il-gżira ta' Saint Martin fil-5 u s-6 ta' Settembru 2017 u uragan Maria li laqat il-Guadeloupe fit-18 u d-19 ta' Settembru 2017. |
|
(6) |
Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Portugall ippreżenta l-applikazzjoni inizjali tiegħu għal kontribuzzjoni mill-Fond wara n-nirien kbar li faqqgħu fis-17 ta' Ġunju 2017. Madankollu, wara li aktar nirien laqtu l-Portugall fil-perjodu bejn Ġunju u Ottubru 2017, il-Portugall ippreżenta aġġornamenti għall-applikazzjoni tiegħu fit-13 ta' Ottubru 2017 u għal darb'oħra fl-14 ta' Diċembru 2017 li inkludew estimu rivedut tal-ammont akkumulat ta' ħsara kkawżata min-nirien bejn Ġunju u Ottubru 2017. |
|
(7) |
L-applikazzjonijiet mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza u mill-Portugall issodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002. |
|
(8) |
Il-Fond jenħtieġ għalhekk li jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Greċja, lil Franza, lill-Portugall u lil Spanja. |
|
(9) |
Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-Fond jitnaqqas kemm jista' jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 359 119 lill-Greċja, EUR 3 228 675 lil Spanja, EUR 48 906 025 lil Franza u EUR 50 673 132 lill-Portugall, f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-deċiżjoni għandha tapplika mit-30 ta' Mejju 2018.
Magħmul fi Strasburgu, it-30 ta' Mejju 2018.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
L. PAVLOVA
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).