This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2261
Council Decision (EU) 2017/2261 of 30 November 2017 on the position to be adopted, on behalf of the Union in the Joint Ministerial Committee and the Joint Cooperation Committee established by the Strategic Partnership Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and Canada of the other part, as regards the adoption of the Rules of Procedure of the Joint Ministerial Committee, and the Terms of Reference of the Joint Cooperation Committee and sub-committees
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2261 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Ministerjali Konġunt u fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni stabbiliti permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt, u t-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2261 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Ministerjali Konġunt u fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni stabbiliti permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt, u t-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati
ĠU L 324, 8.12.2017, pp. 41–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
8.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2261
tat-30 ta' Novembru 2017
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Ministerjali Konġunt u fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni stabbiliti permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt, u t-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fi Brussell fit-30 ta' Ottubru 2016 u ġie applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' April 2017. |
|
(2) |
L-Artikolu 27(2) u (3) tal-Ftehim jistabbilixxu Kumitat Ministerjali Konġunt, u Kumitat Konġunt għall-Koperazzjoni biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim. |
|
(3) |
L-Artikolu 27(2)(b)(iv) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Ministerjali Konġunt għandu jadotta r-Regoli u l-Proċeduri tiegħu stess u l-Artikolu 27(3)(c) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni għandu jaqbel dwar it-Termini ta' Referenza tiegħu stess. L-Artikolu 27(3)(b)(viii) jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi sottokumitati biex jgħinuh fit-twettiq ta' dmirijietu. |
|
(4) |
L-Artikolu 27(2)(b)(ii) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Ministerjali Konġunt għandu jiġi kkopresedut mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kanada u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. L-Artikolu 27(3)(c) jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni għandu jiġi kkopresedut minn uffiċjal għoli wieħed mill-Kanada u minn uffiċjali għoli wieħed mill-Unjoni. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, jenħtieġ li jiġu adottati r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt u t-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u tas-sottokumitati tiegħu. |
|
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Ministerjali Konġunt u l-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tat-testi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt u t-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Ministerjali Konġunt bejn l-UE u l-Kanada għandha tkun ibbażata fuq it-test tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
2. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada għandha tkun ibbażata fuq it-test tat-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SIMSON
(1) Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (ĠU L 329, 3.12.2016, p. 45).
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT MINISTERJALI KONĠUNT
ta'…
li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu
IL-KUMITAT MINISTERJALI KONĠUNT BEJN L-UE U L-KANADA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 30(2) tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' April 2017. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 27(2)(b)(iv) tal-Ftehim, il-Kumitat Ministerjali Konġunt għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt, kif stipulat fl-Anness, huma b'dan adottati.
Iffirmat fi…, ….
Għall-Kumitat Ministerjali Konġunt bejn l-UE u l-Kanada
Il-kopresidenti
ANNESS
Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt
Kompiti
Il-Kumitat Ministerjali Konġunt (KMK) għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
jivvaluta l-istat tar-relazzjoni abbażi tar-rapport annwali sottomess mill-Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni (KKK); |
|
(b) |
jagħmel rakkomandazzjonijiet relatati mal-ħidma tal-KKK inkluż fuq oqsma ġodda ta' kooperazzjoni futura; |
|
(c) |
jieħu d-deċiżjonijiet bl-approvazzjoni tal-Partijiet tal-Ftehim; |
|
(d) |
jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kull tilwima li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, f'konformità mal-Artikolu 28 tal-Ftehim. |
Presidenza, Kompożizzjoni u Parteċipanti
|
1. |
Il-KMK għandu jiġi kkopresedut mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kanada u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. |
|
2. |
Kull Parti tal-Ftehim għandha tinforma lis-segretarjat dwar il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni tiegħu, qabel kull laqgħa tal-KMK. |
|
3. |
Il-kopresidenti jistgħu jistiednu esperti jew rappreżentanti ta' korpi oħra fil-laqgħa li jaġixxu bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett partikolari. |
Laqgħat
|
1. |
Il-KMK għandu jiltaqa' fuq bażi annwali, jew kif approvat b'mod reċiproku skont iċ-ċirkostanzi. Il-laqgħat tal-KMK għandhom jiġu organizzati fl-Unjoni Ewropea u l-Kanada b'mod alternat, jew f'kull post ieħor approvat b'mod konġunt mill-Kopresidenti, f'data stabbilita b'approvazzjoni konġunta. |
|
2. |
Il-laqgħat tal-KMK għandhom isiru bil-bibien magħluqa, ħlief jekk il-kopresidenti, bl-approvazzjoni mill-Partijiet tal-Ftehim, jiddeċiedu li l-laqgħa għandha tkun pubblika. |
Segretarjat
|
1. |
Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tal-Affarijiet Dinjin tal-Kanada għandhom iservu b'mod konġunt bħala segretarji tal-KMK. Il-komunikazzjonijiet rilevanti minn u lejn il-kopresidenti għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji. |
|
2. |
Is-segretarjat għandu jiżgura kuntatti regolari, anke permezz ta' konferenzi bil-vidjo, qabel il-laqgħat tal-KMK sabiex jittieħed rendikont tad-djalogi tematiċi li setgħu saru qabel l-organizzazzjoni tal-KMK. Il-kontenut ta' dawn l-iskambji għandu jiddaħħal fl-aġenda tal-laqgħa tal-KMK. |
Aġendi tal-laqgħat
|
1. |
Is-segretarjat tal-Parti ospitanti tal-Ftehim għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tintbagħat, flimkien ma' kull dokument rilevanti, lill-Partijiet tal-Ftehim sa mhux iktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi li ma jippermettux dan. |
|
2. |
L-aġenda għandha tiġi approvata mill-kopresidenti u tiġi adottata mill-KMK fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-kopresidenti jiddeċiedu li jsir hekk. |
Dikjarazzjoni Ministerjali Konġunta
Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom japprovaw Dikjarazzjoni tal-KMK fi tmiem kull laqgħa. Din għandha tkun disponibbli pubblikament u tista' tinkorpora kull rakkomandazzjoni approvata mill-Partijiet tal-Ftehim.
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1. |
Il-KMK jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim. |
|
2. |
Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-KMK għandhom jiġu adottati b'approvazzjoni konġunta tal-Partijiet tal-Ftehim u għandhom ikunu kkomunikati fuq in-naħa tal-UE, kif xieraq, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE u min-naħa Kanadiża lill-awtoritajiet Kanadiżi xierqa. |
|
3. |
Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati wara t-tlestija mill-Partijiet tal-Ftehim tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom, skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom. |
|
4. |
Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-KMK għandhom jiġu rrekordjati f'żewġ kopji awtentiċi ffirmati mill-kopresidenti. |
|
5. |
F'każ ta' urġenza, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu adottati barra minn laqgħa formali tal-KMK permezz ta' proċedura bil-miktub. Jenħtieġ li dawn id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijet jiġu kkomunikati lill-Partijiet tal-Ftehim. |
Spejjeż
|
1. |
Kull Parti tal-Ftehim għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-KMK, kemm fir-rigward tal-persunal, tan-nefqa tal-għajxien kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet. |
|
2. |
Kull Parti tal-Ftehim għandha tħallas l-ispejjeż li ġġarrab relatati ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat u t-traduzzjoni. |
|
3. |
Il-Parti ospitanti tal-Ftehim għandha tħallas l-ispejjeż tal-organizzazzjoni tal-laqgħat u tar-riproduzzjoni tad-dokumenti. |
Kunfidenzjalità
Meta Parti tal-Ftehim tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-KMK, il-Parti l-oħra għandha tittratta l-informazzjoni bħala tali.
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati f'konformità mad-dispożizzjoni dwar Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet.
Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U L-KANADA
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 30(2) tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' April 2017. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 27(3)(c) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni għandu jadotta t-Termini ta' Referenza tiegħu. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 27(3)(b)(viii) il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni jista' jistabbilixxi sottokumitati biex jippermetti diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim. |
APPROVA KIF ĠEJ:
It-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni, kif stipulat fl-Anness, huma b'dan adottati.
Iffirmat fi…, ….
Għall-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada
Il-kopresidenti
ANNESS
Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni
Kompiti
Il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni (KKK) għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
jirrakkomanda prijoritajiet rigward il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet tal-Ftehim; |
|
(b) |
jissorvelja l-iżviluppi fir-relazzjoni strateġika bejn il-Partijiet tal-Ftehim; |
|
(c) |
jaqsam l-opinjonijiet u jagħmel suġġerimenti dwar kwistjonijiet ta' interess komuni; |
|
(d) |
jagħmel rakkomandazzjonijiet għal effiċjenzi, effettività akbar u sinerġiji bejn il-Partijiet tal-Ftehim; |
|
(e) |
jiżgura li dan il-Ftehim jaħdem sewwa; |
|
(f) |
jipprovdi rapport annwali lill-KMK dwar l-istat tar-relazzjoni li l-Partijiet tal-Ftehim għandhom jagħmlu pubblika; |
|
(g) |
jittratta b'mod xieraq kull kwistjoni taħt dan il-Ftehim li titressaq quddiemu mill-Partijiet ta' dan il-Ftehim; |
|
(h) |
jistabbilixxi sottokumitati biex jgħinuh fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Madankollu jenħtieġ li dawn is-sottokumitati ma jiddupplikawx korpi stabbiliti skont ftehimiet oħrajn bejn il-Partijiet tal-Ftehim; |
|
(i) |
jikkunsidra sitwazzjonijiet fejn kull Parti tal-Ftehim tqis li l-interessi tagħha ġew jew setgħu ġew affettwati ħażin mill-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'oqsma ta' kooperazzjoni li mhumiex irregolati minn ftehim speċifiku. |
Kompożizzjoni, Presidenza u Parteċipanti
|
1. |
Il-KKK għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Partijiet. |
|
2. |
Il-KKK għandu jkun kopresedut minn uffiċjal għoli tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u wieħed mill-Affarijiet Globali tal-Kanada rispettivament. |
|
3. |
Kull Parti għall-Ftehim għandha tinforma lill-kopresidenti bil-kompożizzjoni tad-delegazzjoni tagħha qabel kull laqgħa tal-KKK. |
|
4. |
Il-kopresidenti jistgħu jistiednu esperti jew rappreżentanti ta' korpi oħra fil-laqgħa li jaġixxu bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett partikolari. |
Laqgħat
|
1. |
Il-KKK għandu jiltaqa' kull sena, jew kif approvat b'mod konġunt. Il-laqgħat tal-KKK għandhom jissejħu mill-kopresidenti. Il-laqgħat għandhom isiru fl-Unjoni Ewropea u l-Kanada b'mod alternat, f'data determinata b'approvazzjoni konġunta. Jistgħu jsiru laqgħat speċjali tal-KKK fuq talba ta' waħda mill-Partijiet tal-Ftehim. |
|
2. |
Bl-approvazzjoni tal-kopresidenti, dawn il-laqgħat speċjali tal-KKK jistgħu eċċezzjonalment isiru permezz ta' konferenza bil-vidjo jew bit-telefown. |
|
3. |
Il-laqgħat tal-KKK għandhom isiru bil-bibien magħluqa, ħlief jekk il-kopresidenti, bi ftehim mal-Partijiet, jiddeċiedi li l-laqgħa għandha tkun pubblika. |
Segretarjat
Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tal-Affarijiet Globali tal-Kanada għandhom iservu b'mod konġunt bħala segretarji għall-KKK. Il-komunikazzjonijiet rilevanti minn u lejn il-kopresidenti għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.
Aġendi tal-laqgħat
|
1. |
Is-segretarjat tal-Parti ospitanti għall-Ftehim għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa b'konsultazzjoni mas-segretarjat l-ieħor. L-aġenda proviżorja għandha tintbagħat, flimkien ma' kull dokument rilevanti, lill-Partijiet tal-Ftehim, sa mhux iktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. Il-kopresidenti jistgħu, bl-approvazzjoni tal-Partijiet tal-Ftehim jekk meħtieġ, jistabbilixxu limitu ta' żmien differenti għal laqgħa partikolari. |
|
2. |
Kull Parti tal-Ftehim tista' titlob lill-segretarjat biex tqiegħed punt fuq l-aġenda. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li fir-rigward tagħhom is-segretarjat irċieva talba bħal din sa mhux aktar tard minn 21 jum ta' xogħol qabel id-data tal-laqgħa. |
|
3. |
L-aġenda għandha tiġi approvata mill-kopresidenti u għandha tiġi adottata mill-KKK fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-kopresidenti japprovaw li jsir hekk. |
|
4. |
Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom jiżguraw kuntatti regolari, inkluż permezz ta' vidjokonferenzi, bi tħejjija għal-laqgħa tal-KKK biex jittieħed kont ta' djalogi tematiċi u ġeografiċi li jistgħu jkunu saru qabel il-laqgħa. Il-kontenut ta' dawn l-iskambji għandu jiddaħħal fl-aġenda tal-KKK. |
Minuti
|
1. |
Il-kopresidenti għandhom jagħmlu sommarju tal-konklużjonijiet li wasal għalihom il-KKK f'kull laqgħa. Iż-żewġ segretarjati għandhom japprovaw l-abbozz tal-minuti abbażi ta' dawk il-konklużjonijiet. L-ewwel abbozz tal-minuti għandu jiġi propost mis-segretarjat ospitanti fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara d-data tal-laqgħa. |
|
2. |
Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom japprovaw l-abbozz fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data tal-laqgħa jew sa kwalunkwe data oħra approvata mill-Partijiet tal-Ftehim. Ladarba l-Partijiet tal-Ftehim ikunu approvaw l-abbozz tal-minuti, għandhom jiġu ffirmati żewġ kopji oriġinali mill-kopresidenti bl-idejn jew elettronikament. |
Rakkomandazzjonijiet
|
1. |
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-KKK għandhom jiġu adottati b'approvazzjoni konġunta tal-Partijiet tal-Ftehim u għandhom jiġu inklużi fil-minuti konġunti. Il-minuti għandhom jintbagħtu fuq in-naħa tal-UE, kif xieraq, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE, ir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea u min-naħa Kanadiża lill-awtoritajiet Kanadiżi xierqa. |
|
2. |
Il-KKK għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet relatati dwar kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru f'konformità mal-Artikolu 28 tal-Ftehim. |
Rapport annwali tal-Kumitat Ministerjali Konġunt
|
1. |
Is-segretarjat għandu jiżgura li rapport annwali dwar l-istat tar-relazzjoni ikun preparat u jintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim mill-inqas 15-il jum ta' xogħol qabel il-KKK. |
|
2. |
Il-KKK għandu japprova r-rapport annwali li għandu jiġi pprovdut lill-KMK. Ir-rapport imbagħad għandu jiġi ppubblikat. |
Spejjeż
|
1. |
Kull Parti tal-Ftehim tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-KKK, kemm fir-rigward tal-persunal, tan-nefqa tal-għajxien kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet. |
|
2. |
Kull Parti tal-Ftehim għandha tħallas l-ispejjeż li ġġarrab relatati ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat u t-traduzzjoni. |
|
3. |
Il-Parti ospitanti tal-Ftehim għandha ġġarrab l-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti. |
Twaqqif ta' sottokumitati
|
1. |
Il-KKK jista' jistabbilixxi sottokumitati biex jgħinuh fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Is-sottokumitati għandhom jirrapportaw lill-KKK wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom u ma għandhomx jidduplikaw korpi stabbiliti skont ftehimiet oħrajn bejn il-Partijiet ta' dan il-Ftehim. |
|
2. |
Il-KKK jista' jtemm kull sottokumitat eżistenti, jiddefinixxi jew jemenda t-Termini ta' Referenza tagħhom jew jistabbilixxi aktar sottokumitati. |
Kunfidenzjalità
Meta Parti tal-Ftehim tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-KKK, il-Parti l-oħra għandha tittratta l-informazzjoni bħala tali.
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati f'konformità mal-Artikolu 27(3)(c) tal-Ftehim.
Sottokumitati
|
1. |
Is-sottokumitati tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni (KKK) (“is-sottokumitati”) jistgħu jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-Ftehim fl-oqsma li jkopri. Huma jistgħu jiddiskutu wkoll suġġetti jew proġetti speċifiċi rigward il-qasam rilevanti tal-kooperazzjoni bilaterali, inkluża l-interpretazzjoni tal-Ftehim. |
|
2. |
Is-sottokumitati għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-KKK. Dawn għandhom jirrapportaw u jibagħtu l-minuti u l-konklużjonijiet tagħhom lill-kopresidenti tal-KKK fi żmien 20 jum tax-xogħol wara kull laqgħa. |
|
3. |
Is-sottokumitati għandhom ikunu magħmulin minn rappreżentanti taż-żewġ Partijiet tal-Ftehim. |
|
4. |
Is-sottokumitati jistgħu jistiednu esperti għal-laqgħat tagħhom u jistgħu jisimgħuhom rigward punti speċifiċi fuq l-aġenda. |
|
5. |
Is-sottokumitati għandhom ikunu kopreseduti mill-Partijiet tal-Ftehim. |
|
6. |
Kull sottokumitat għandu jiddeċiedi dwar kif għandhom jiġu assenjati d-dmirijiet segretarjali sabiex tiġi żgurata l-preżentazzjoni f'waqtha tar-rapporti tal-KKK. |
|
7. |
Is-sottokumitati għandhom jiltaqgħu kull meta jkun hemm bżonn, fuq il-bażi ta' talba bil-miktub minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet tal-Ftehim. Kull laqgħa għandha ssir fi żmien u f'post li dwarhom ikun hemm approvazzjoni mill-Partijiet tal-Ftehim. Il-laqgħat jistgħu wkoll jieħdu l-forma ta' vidjokonferenza. |
|
8. |
Il-laqgħat tas-sottokumitati għandhom isiru bil-bibien magħluqa, ħlief jekk il-kopresidenti, bl-approvazzjoni tal-Partijiet tal-Ftehim, jiddeċiedu li l-laqgħa għandha tkun pubblika. |
|
9. |
Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom japprovaw b'mod konġunt l-aġenda tal-laqgħat tas-sottokumitati. |
|
10. |
Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom jfasslu b'mod konġunt abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa tas-sottokumitati. |