EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017B1714
Decision (EU) 2017/1714 of the European Parliament of 27 April 2017 on discharge in respect of the implementation of the budget of Eurojust for the financial year 2015
Deċiżjoni (UE) 2017/1714 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015
Deċiżjoni (UE) 2017/1714 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015
ĠU L 252, 29.9.2017, p. 308–308
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/308 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/1714 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' April 2017
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Eurojust (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0056/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0129/2017), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Antonio TAJANI
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 193.
(2) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.