Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1947

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1947 tal-25 ta' Ottubru 2016 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Tome des Bauges (DOP))

    C/2016/7009

    ĠU L 300, 8.11.2016, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1947/oj

    8.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 300/8


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1947

    tal-25 ta' Ottubru 2016

    li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Tome des Bauges (DOP))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Tome des Bauges”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2007 (2).

    (2)

    Permezz tal-ittra tal-10 ta' April 2015, l-awtoritajiet Franċiżi kkomunikaw lill-Kummissjoni li ngħata perjodu tranżitorju skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2019, lil żewġ operaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dak l-Artikolu. Matul il-proċedura nazzjonali ta' oppożizzjoni, dawn l-operaturi li kkumerċjalizzaw legalment it-“Tome des Bauges” b'mod kontinwu għal mill-anqas ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni, ippreżentaw oppożizzjoni rigward il-persentaġġ minimu ta' baqar tal-ħalib tar-razza Abondance u Tarentaise, u indikaw li kellhom bżonn iż-żmien biex jadattaw il-kompożizzjoni tal-bhejjem tagħhom. L-operaturi kkonċernati huma dawn li ġejjin: GAEC du Grand Colombier, Leyat, 73340 Aillon-le-Vieux, France; EARL Champtallon, le Mas Dessous, 73340 Aillon-le-Jeune, France (3).

    (3)

    Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

    (4)

    Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Tome des Bauge” (DOP) hija b'dan approvata.

    Artikolu 2

    Il-protezzjoni mogħtija skont Artikolu 1 hija soġġetta għall-perjodu tranżitorju mogħti minn Franza skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 lill-operaturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' dak l-Artikolu.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2007 tat-8 ta' Mejju 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pohořelický kapr (DPO) — Žatecký chmel (DPO) — Pomme du Limousin DPO) — Tome des Bauges (DPO)) (ĠU L 119, 9.5.2007, p. 5).

    (3)  Id-Digriet Nru 2015-347 tas-26 ta' Marzu 2015, Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-28 ta' Marzu 2015.

    (4)  ĠU C 433, 23.12.2015, p. 4.


    Top