This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1095
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1095 of 6 July 2016 concerning the authorisation of Zinc acetate dihydrate, Zinc chloride anhydrous, Zinc oxide, Zinc sulphate heptahydrate, Zinc sulphate monohydrate, Zinc chelate of amino acids hydrate, Zinc chelate of protein hydrolysates, Zinc chelate of glycine hydrate (solid) and Zinc chelate of glycine hydrate (liquid) as feed additives for all animal species and amending Regulations (EC) No 1334/2003, (EC) No 479/2006, (EU) No 335/2010 and Implementing Regulations (EU) No 991/2012 and (EU) No 636/2013 (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1095 tas-6 ta' Lulju 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/4148
ĠU L 182, 7.7.2016, pp. 7–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
25/09/2022
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32003R1334 | Revoka parzjali | anness Test | 27/07/2016 | |
| Modifies | 32006R0479 | Revoka parzjali | anness Test | 27/07/2016 | |
| Modifies | 32010R0335 | Sostituzzjoni | anness Test | 27/07/2016 | |
| Modifies | 32012R0991 | Sostituzzjoni | anness Test | 27/07/2016 | |
| Modifies | 32013R0636 | Sostituzzjoni | anness Test | 27/07/2016 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32016R1095R(01) | (ES, SV) | |||
| Implicitly repealed by | 32021R0968 | Revoka parzjali | artikolu 4 | 07/07/2021 | |
| Modified by | 32022R1458 | Sostituzzjoni | anness Test | 25/09/2022 |
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1095
tas-6 ta' Lulju 2016
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fih previst l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-komposti taż-żingu Aċetat diidrat taż-żingu, Ossidu taż-żingu, Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina kienu awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 (3) u (KE) Nru 479/2006 (4) b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Dawn il-prodotti mbagħad ġew irreġistrati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Barra minn hekk, b'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-Klorur taż-żingu anidru bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikanti talbu li dawk l-addittivi jitniżżlu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-1 ta' Frar 2012 (5), it-8 ta' Marzu 2012 (6), it-23 ta' Mejju 2012 (7), il-15 ta' Novembru 2012 (8), it-12 ta' Settembru 2013 (9) u t-12 ta' Marzu 2015 (10) li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina ma għandhom l-ebda effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem u, sakemm jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa, m'għandu jkun hemm l-ebda tħassib dwar is-sigurtà fost l-utenti. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-impatti fuq l-ambjent, b'mod partikolari d-drenaġġ u ż-żingu li jiskula fl-ilma tal-wiċċ, l-Awtorità rrakkomandat fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014 (11) li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-kontenut massimu ta' żingu fl-għalf komplet għal diversi speċijiet fil-mira. Madankollu, sabiex ma jkunx hemm riskju li ma jiġux issodisfati l-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-annimali anki f'perjodi speċjali ta' ħajjithom jew kwalunkwe impatt negattiv ieħor fuq is-saħħa tal-annimali, it-tnaqqis tal-kontenut ta' żingu rrakkomandat mill-Awtorità, ma jenħtieġx li jiġi introdott fi stadju wieħed. Sabiex jiżguraw tnaqqis ulterjuri, l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-istituti tar-riċerka għandhom jitħeġġu jiġbru dejta xjentifika ġdida dwar il-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-ispeċijiet differenti tal-annimali. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina huma sorsi effettivi ta' żingu. Meta wieħed iqis il-karatteristiċi kimiċi tal-Kelat taż-żingu tal-aċidi amminiċi, l-Awtorità tirrakkomanda d-diviżjoni ta' dan fiż-żewġ gruppi li ġejjin: il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrolisati tal-proteina. Barra minn hekk, fil-każ tal-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina ġew ivvalutati żewġ forom differenti, dik solida u l-oħra likwida. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjon, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-“Aċetat diidrat taż-żingu”, l-“Ossidu taż-żingu”, l-“Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Monoidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi” u l-“Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina” permezz ta' dan ir-Regolament, l-entrati dwar dawn is-sustanzi fir-Regolamenti (KE) Nru 479/2006 u (KE) Nru 1334/2003 m'għadhomx jgħoddu u għalhekk għandhom jitħassru. |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 (12) u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2012 (13) u (UE) Nru 636/2013 (14) awtorizzaw għadd ta' komposti taż-żingu bħala addittivi nutrittivi tal-għalf. Sabiex jitqiesu l-konklużjonijiet tal-Awtorità fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014, li kienu wkoll il-bażi xjentifika għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-total tal-kontenut ta' żingu f'għalf kompost għall-addittivi awtorizzati minn dan ir-Regolament u li jirreferu l-aktar għall-impatt ambjentali tas-supplimentazzjoni tal-għalf biż-żingu, jixraq li jiġu allinjati il-kontenuti massimi taż-żingu fir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-kontenut taż-żingu f'għalf kompost. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(10) |
Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeżiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina u l-komposti taż-żingu awtorizzati bir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju lilhom infushom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1334/2003
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003, mill-entrata E6 dwar l-element Żingu-Zn l-addittivi li ġejjin: l-“Aċetat diidrat taż-żingu”, l-“Ossidu taż-żingu”, l-“Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Monoidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi” u l-formoli u d-deskrizzjonijiet kimiċi jitħassru.
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 479/2006
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 479/2006, l-entrata E6 dwar l-addittiv “Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina” titħassar.
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 335/2010
Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 335/2010, fil-linja 3b6.10 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:
“Klieb u qtates: 200 (totali)
Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)
Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)
Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.
Artikolu 5
Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012
Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012, fil-linja 3b609 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:
“Klieb u qtates: 200 (totali)
Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)
Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)
Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.
Artikolu 6
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 636/2013
Fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013, fil-linja 3b611 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:
“Klieb u qtates: 200 (totali)
Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)
Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)
Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.
Artikolu 7
Miżuri tranżizzjonali
1. L-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina u l-komposti taż-żingu awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom hemm dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Jannar 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Lulju 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Lulju 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-6 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta' Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' numru ta' addittivi fi ħwejjeġ tal-ikel li jappartjenu għall-grupp ta' oligoelementi (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 11).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 fir-rigward ta' ċerti addittivi li jagħmlu parti mill-grupp tal-komposti tal-oligoelementi (ĠU L 86, 24.3.2006, p. 4).
(5) EFSA Journal 2012;10(2):2572.
(6) EFSA Journal 2012;10(3):2621.
(7) EFSA Journal 2012;10(6):2734.
(8) EFSA Journal 2012;10(11):2970.
(9) EFSA Journal 2013;11(10):3369.
(10) EFSA Journal 2015;13(4):4058.
(11) EFSA Journal 2014;12(5):3668.
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 tat-22 ta' April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 22).
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2012 tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 18).
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013 tal-1 ta' Lulju 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-metijonina (1:2) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 183, 2.7.2013, p. 3).
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
Kontenut tal-element (Zn) f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
3b601 |
— |
Diidrat tal-aċetat taż-żingu |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċetat diidrat taż-żingu, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 29,6 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(CH3COO)2 · 2H2O Numru CAS: 5970-45-6 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-aċetat diidrat taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b602 |
— |
Klorur taż-żingu anidru |
Kompożizzjoni tal-addittiv Klorur taż-żingu anidru, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 46,1 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: ZnCl2 Numru CAS: 7646-85-7 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-klorur taż-żingu anidru fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b603 |
— |
Ossidu taż-żingu |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ossidu taż-żingu, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 72 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: ZnO Numru CAS: 1314-13-2 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-ossidu taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b604 |
— |
Sulfat taż-żingu ettaidrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Sulfat taż-żingu ettaidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 22 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: ZnSO4 · 7H2O Numru CAS: 7446-20-0 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tas-sulfat taż-żingu ettaidrat fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b605 |
— |
Sulfat taż-żingu monoidrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Sulfat taż-żingu monoidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 34 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: ZnSO4 · H2O Numru CAS: 7446-19-7 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tas-Sulfat taż-żingu monoidrat fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b606 |
— |
Kelat taż-żingu tal-idrat tal-amino aċidi |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kumpless taż-żingu tal-aċidi amminiċi li fih iż-żingu u l-aċidi, li huma derivati mill-proteina tas-sojja, jiġu kelati permezz ta' rabtiet kovalenti koordinati, bħala trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 10 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja. Mhux aktar minn 10 % tal-molekuli jaqbżu 1 500 Da. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b612 |
— |
Kelat taż-żingu ta' mill-idrolisati tal-proteina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kelat taż-żingu ta' mill-idrolisati tal-proteina, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 10 % Minimu ta' 85 % kelat taż-żingu. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' idrolisati tal-proteina li fihom kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-idrolisati tal-proteina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-kontenut taż-Żingu kelat fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b607 |
— |
Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina (solidu) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kelat taż-żingu tal-gliċina, idrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 15 %. Umidità: massimu ta' 10 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(x)1-3 · nH2O, x = anjonu ta' gliċina. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b608 |
— |
Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina (likwidu) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kelat taż-żingu tal-gliċina likwidu, idrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 7 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(x)1-3 · nH2O, x = anjonu ta' gliċina. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).