Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1018

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1018 tat-23 ta' Ġunju 2016 li jemenda għall-246 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

    C/2016/4024

    ĠU L 166, 24.6.2016, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1018/oj

    24.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 166/5


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1018

    tat-23 ta' Ġunju 2016

    li jemenda għall-246 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fl-20 ta' Ġunju 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) iddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

    (3)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar:

    “Farid Aider (magħruf ukoll bħala (a) Achour Ali, (b) Terfi Farid, (c) Abdallah). Data tat-twelid: 12.10.1964. Post tat-twelid: Alġeri, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi Fiskali Taljan DRAFRD64R12Z301; (b) Mandat ta' arrest maħruġ mill-awtoritajiet Taljani fis-16.11.2007; (c) Meqjus maħrub mill-ġustizzja mill-awtoritajiet Taljani sa mill-14.12.2007. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.”


    Top