This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0030
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/30 of 13 January 2016 laying down the allocation coefficient to be applied to the quantities covered by the applications for import licences lodged from 4 January 2016 to 8 January 2016 under the tariff quotas opened by Implementing Regulation (EU) 2015/2081 for certain cereals originating in Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/30 tat-13 ta' Jannar 2016 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet li għalihom japplikaw il-liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati mill-4 ta' Jannar 2016 sat-8 ta' Jannar 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/30 tat-13 ta' Jannar 2016 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet li għalihom japplikaw il-liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati mill-4 ta' Jannar 2016 sat-8 ta' Jannar 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
ĠU L 9, 14.1.2016, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32016R0030R(01) | (IT) |
14.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/30
tat-13 ta' Jannar 2016
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet li għalihom japplikaw il-liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati mill-4 ta' Jannar 2016 sat-8 ta' Jannar 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 (2) fetaħ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina. |
(2) |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 stabbilixxa, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016, l-ammont tal-kwota bin-numru tal-ordni 09.4308 għal 400 000 tunnellata. |
(3) |
L-ammonti li għalihom japplikaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni introdotti mill-4 ta' Jannar 2016 sat-8 ta' Jannar 2016 fis-13.00, ħin ta' Brussell, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4308, huma iktar mill-ammonti disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-ammonti mitluba skont il-kwota kkonċernata, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(4) |
Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux aktar liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4308, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 għall-perjodu tal-kwota attwali. |
(5) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-ammonti li għalihom japplikaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4308 u msemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, ippreżentat mill-4 ta' Jannar 2016 sat-8 ta' Jannar 2016 fis-13:00, ħin ta' Brussell, ġew assenjati koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 46,782204 % għall-applikazzjonijiet ippreżentati fil-qafas tal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4308.
2. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal-liċenzji, fil-qafas tal-kwota bin-numru tal-ordni 09.4308, imsemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, hija sospiża mit-8 ta' Jannar 2016, mis-13.00, ħin ta' Brussell, għall-perjodu tal-kwota attwali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 302, tad-19.11.2015, p. 81).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).