Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1909

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1909 tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2016

    ĠU L 295, 29.10.2016, p. 79–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1909/oj

    29.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 295/79


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1909

    tat-28 ta' Ottubru 2016

    dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2016

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) kif l-aħħar emendat (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ, fit-28 ta' Lulju 2016, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u pagamenti skont l-istrumenti li jimmaniġġja.

    (2)

    L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi taħt l-għaxar FEŻ.

    (3)

    Il-Kunsill adotta fl-24 ta' Novembru 2015, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-Deċiżjoni li tistabbilixxi li l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 ikun ta' EUR 3 450 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 150 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment.

    (4)

    Permezz tad-Deċiżjoni 2013/759/UE, (4) il-Kunsill adotta l-ħolqien tal-Faċilità Tranżitorja fit-12 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-miżuri ta' mmaniġġjar tranżizzjonali tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tielet ħlas parzjali għall-2016 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati skont il-Faċilità Tranżitorja, konsegwentement għal pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali tal-2015.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LAJČÁK


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

    (3)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).


    ANNESS

    Stati Membri

    Taqsim tal-10 FEŻ %

    it-3et ħlas parzjali tal-2016 (EUR)

    imħallas lill-BEI l-10 FEŻ

    imħallas lill-Kummissjoni l-10 FEŻ

    Total

    Belġju

    3,53

    1 765 000,00

    24 710 000,00

    26 475 000,00

    Bulgarija

    0,14

    70 000,00

    980 000,00

    1 050 000,00

    Repubblika Ċeka

    0,51

    255 000,00

    3 570 000,00

    3 825 000,00

    Danimarka

    2,00

    1 000 000,00

    14 000 000,00

    15 000 000,00

    Ġermanja

    20,50

    10 250 000,00

    143 500 000,00

    153 750 000,00

    Estonja

    0,05

    25 000,00

    350 000,00

    375 000,00

    Irlanda

    0,91

    455 000,00

    6 370 000,00

    6 825 000,00

    Greċja

    1,47

    735 000,00

    10 290 000,00

    11 025 000,00

    Spanja

    7,85

    3 925 000,00

    54 950 000,00

    58 875 000,00

    Franza

    19,55

    9 775 000,00

    136 850 000,00

    146 625 000,00

    Italja

    12,86

    6 430 000,00

    90 020 000,00

    96 450 000,00

    Ċipru

    0,09

    45 000,00

    630 000,00

    675 000,00

    Latvja

    0,07

    35 000,00

    490 000,00

    525 000,00

    Litwanja

    0,12

    60 000,00

    840 000,00

    900 000,00

    Lussemburgu

    0,27

    135 000,00

    1 890 000,00

    2 025 000,00

    Ungerija

    0,55

    275 000,00

    3 850 000,00

    4 125 000,00

    Malta

    0,03

    15 000,00

    210 000,00

    225 000,00

    Netherlands

    4,85

    2 425 000,00

    33 950 000,00

    36 375 000,00

    Awstrija

    2,41

    1 205 000,00

    16 870 000,00

    18 075 000,00

    Polonja

    1,30

    650 000,00

    9 100 000,00

    9 750 000,00

    Portugall

    1,15

    575 000,00

    8 050 000,00

    8 625 000,00

    Rumanija

    0,37

    185 000,00

    2 590 000,00

    2 775 000,00

    Slovenja

    0,18

    90 000,00

    1 260 000,00

    1 350 000,00

    Slovakkja

    0,21

    105 000,00

    1 470 000,00

    1 575 000,00

    Finlandja

    1,47

    735 000,00

    10 290 000,00

    11 025 000,00

    Żvezja

    2,74

    1 370 000,00

    19 180 000,00

    20 550 000,00

    Renju Unit

    14,82

    7 410 000,00

    103 740 000,00

    111 150 000,00

    Total UE-27

    100,00

    50 000 000,00

    700 000 000,00

    750 000 000,00


    Top