Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0627

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/627 tal-21 ta' April 2016 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

ĠU L 106, 22.4.2016, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/627/oj

22.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/627

tal-21 ta' April 2016

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1) dwar il-miżuri restrittivi kontra Myanmar/Burma.

(2)

Fit-28 ta' April 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/666/ (2) li ġġedded il-miżuri restrittivi sat-30 ta' April 2016.

(3)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-30 ta' April 2017.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK: huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' April 2017. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/666 tat-28 ta' April 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma (ĠU L 110,29.4.2015, p. 14).


Top