Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016B1460

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/1460 tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III — Il-Kummissjoni

ĠU L 246, 14.9.2016, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1460/oj

14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/25


DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2016/1460 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-28 ta’ April 2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III — Il-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015) 377 — C8-0199/2015) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015) 505) u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015) 194, SWD(2015) 195),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2015 bit-titolu "Sinteżi tal-kisbiet ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2014" (COM(2015) 279), u l-Annessi li jakkumpanjawha,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba (COM(2015) 313) u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015) 124, SWD(2015) 125),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015) 441) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015) 170),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05583/2016 — C8-0042/2016),

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2015 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE sa tmiem l-2014 (COM(2015) 503),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0140/2016),

A.

billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014 (6);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 51, 20.2.2014.

(2)  ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.

(3)  ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.

(4)  ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148 (ara l-paġna 91 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top