This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015L1139
Commission Directive (EU) 2015/1139 of 13 July 2015 amending Directive 2012/9/EU as regards the date for its transposition and the deadline for the end of the transitional period (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1139 tat-13 ta' Lulju 2015 li temenda d-Direttiva 2012/9/UE rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u l-iskadenza għal tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1139 tat-13 ta' Lulju 2015 li temenda d-Direttiva 2012/9/UE rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u l-iskadenza għal tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 185, 14.7.2015, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/05/2016
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012L0009 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 | 03/08/2015 | |
Modifies | 32012L0009 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 03/08/2015 |
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/15 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1139
tat-13 ta' Lulju 2015
li temenda d-Direttiva 2012/9/UE rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u l-iskadenza għal tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Anness I tad-Direttiva 2001/37/KE, li jipprevedi l-lista ta' twissijiet tas-saħħa addizzjonali li għandhom jintużaw fuq kull pakkett individwali ta' prodotti tat-tabakk skont l-Artikolu 5(2)(b) ta' dik id-Direttiva, inbidel bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/9/UE (2). L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/9/UE, kif emendat bid-Direttiva 2014/39/UE (3), jistabbilixxi t-28 ta' Marzu 2016 bħala l-iskadenza għat-traspożizzjoni tagħha mill-Istati Membri u t-28 ta' Marzu 2018 bħala l-iskadenza għal tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni previst fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva. |
(2) |
Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE b'effett mill-20 ta' Mejju 2016, tistipula li kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern ta' prodotti tat-tabakk għat-tipjip għandu juri twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien li jkun fihom waħda mill-kitbiet ta' twissija elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2014/40/UE u ritratt bil-kulur korrispondenti speċifikat fil-librerija tal-istampi fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. It-twissijiet bil-miktub fl-Anness I tad-Direttiva 2014/40/UE huma identiċi għal dawk stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2001/37/KE kif emendata bid-Direttiva 2012/9/UE. L-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/40/UE jistabbilixxi l-20 ta' Mejju 2016 bħala l-iskadenza għat-traspożizzjoni tagħha mill-Istati Membri u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/40/UE jistabbilixxi l-20 ta' Mejju 2017 bħala t-tmiem tal-perjodu ta' tranżizzjoni. |
(3) |
Huwa għalhekk xieraq li l-perjodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/9/UE jiġi estiż mit-28 ta' Marzu 2016 sal-20 ta' Mejju 2016, sabiex jiġu allinjati l-iskadenzi ta' traspożizzjoni għat-twissijiet bil-miktub il-ġodda stabbiliti permezz ta' dik id-Direttiva u għat-twissijiet ikkombinati l-ġodda introdotti permezz tad-Direttiva 2014/40/UE. Huwa wkoll neċessarju li l-perjodu ta' tranżizzjoni previst fid-Direttiva 2012/9/UE jiġi allinjat mal-perjodu ta' tranżizzjoni previst fid-Direttiva 2014/40/UE. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/37/KE. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2012/9/UE tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2(1), il-frażi “mit-28 ta' Marzu 2016” tinbidel bil-frażi “mill-20 ta' Mejju 2016”. |
(2) |
Fl-Artikolu 3, il-frażi “sat-28 ta' Marzu 2018” tinbidel bil-frażi “sal-20 ta' Mejju 2017”. |
Artikolu 2
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/9/UE tas-7 ta' Marzu 2012 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, r-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (ĠU L 69, 8.3.2012, p. 15).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/39/UE tat-12 ta' Marzu 2014 li temenda d-Direttiva 2012/9/UE rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u l-iskadenza ghal tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni (ĠU L 73, 13.3.2014, p. 3).
(4) Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).