This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D2429
Council Implementing Decision (EU) 2015/2429 of 10 December 2015 authorising Latvia to introduce a special measure derogating from point (a) of Article 26(1) and Articles 168 and 168a of Directive 2006/112/EC on the common system of value added tax
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2429 tal-10 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2429 tal-10 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 334, 22.12.2015, p. 15–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 32006L0112 | artikolu 168 | |||
Derogation | 32006L0112 | artikolu 168a | |||
Derogation | 32006L0112 | artikolu 26 paragrafu 1 punt (a) |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32018D1921 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 01/01/2019 | |
Validity extended by | 32018D1921 | 01/01/2019 | 31/12/2021 | ||
Modified by | 32021D1968 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 01/01/2022 | |
Validity extended by | 32021D1968 | 01/01/2022 | 31/12/2024 |
22.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/15 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2429
tal-10 ta' Diċembru 2015
li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Permezz ta' ittri rreġistrati mal-Kummissjoni fit-8 ta' April 2015 u t-30 ta' Lulju 2015, il-Latvja talbet l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika, b'ċerti modifiki, miżura ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1), l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tkun tista' tillimita d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fejn jidħlu l-ispejjeż fuq ċerti karozzi tal-passiġġieri li ma jintużawx biss għal finijiet kummerċjali. |
(2) |
B'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE,, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn permezz ta' ittri ddatati l-21 u l-24 ta' Awwissu 2015, bit-talba tal-Latvja. Permezz ta' ittra li ġġib id-data tal-24 ta' Awwissu 2015, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Latvja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tikkunsidra it-talba. |
(3) |
L-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE jistabbilixxu d-dritt ta' persuna taxxabbli li tnaqqas il-VAT imposta fuq provvisti ta' oġġetti u servizzi rċevuti minnha għall-użu fit-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha. Il-punt (a) tal-Artikolu 26(1) ta' dik id-Direttiva jesiġi li persuni taxxabbli jiddikjaraw il-VAT meta assi kummerċjali jintuża għal għanijiet mhux kummerċjali. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/191/UE (2) tawtorizza lil-Latvja biex tapplika miżura ta' deroga skont l-Artikolu 395(1) tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tillimita d-dritt ta' tnaqqis tal-VAT tal-input għal 80 % fir-rigward tax-xiri, l-akkwist intra-Komunitaru u l-importazzjoni ta' karozzi tal-passiġġieri speċifiċi u dwar nefqa marbuta maħhom, inkluż ix-xiri tal-fjuwil, meta l-vetturi ma jkunux jintużaw biss għal finijiet kummerċjali. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill se tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015. |
(5) |
Flimkien mat-talba, il-Latvja ressqet rapport li jkopri l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/191/UE li jinkludi rieżami tal-perċentwal previst għal-limitazzjoni tad-dritt tat-tnaqqis. Mill-informazzjoni provduta mil-Latvja jidher li r-rata ta' 80 % ta' tnaqqis ma għadhiex tikkorrispondi maċ-ċirkostanzi attwali u li din ir-rata għandha titnaqqas għal 50 %. L-informazzjoni hija bbażata fuq ċifri statistiċi derivati minn taxxa speċjali fuq vetturi ħfief li huma proprjetà ta' operaturi kummerċjali jew miżmuma minnhom li huma użati għal attivitajiet privati u kummerċjali. |
(6) |
Il-limitazzjoni tad-dritt ta' tnaqqis taħt l-awtorizzazzjoni għandha tapplika għall-VAT imħallas fuq ix-xiri, il-kiri fit-tul, l-akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' karozzi tal-passiġġieri speċifikati u fuq l-infiq marbut magħhom, inkluż ix-xiri ta' fjuwil. |
(7) |
Il-miżura għandha tapplika biss għal karozzi tal-passiġġieri b'piż massimu awtorizzat ta' mhux aktar minn 3 500 kilogramma u li ma jkollhomx aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq. Kwalunkwe użu mhux kummerċjali ta' karozzi tal-passiġġieri li jeċċedu t-3 500 kilogramma jew li jkollhom aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq huwa negliġibbli minħabba n-natura tagħhom jew it-tip ta' kummerċ li għalih jintużaw. Għandha tiġi pprovduta wkoll lista dettaljata ta' karozzi tal-passiġġieri speċifiċi esklużi minn din l-awtorizzazzjoni, abbażi tal-użu partikolari tagħhom. |
(8) |
Għaldaqstant il-Latvja għandha għalhekk tkun awtorizzata li tapplika l-miżura ta' deroga għal perjodu limitat, sal-31 ta' Diċembru 2018. |
(9) |
F'każ li l-Latvja tqis li titlob estensjoni ulterjuri tal-miżura ta' deroga lil hinn mill-2018, jeħtieġ li tissottometti lill-Kummissjoni rapport ġdid li jinkludi rieżami tal-perċentwal applikabbli, flimkien mat-talba għal estensjoni, sal-31 ta' Marzu 2018. |
(10) |
Id-deroga se jkollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont ġenerali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Latvja hija awtorizzata li tillimita għal 50 % id-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq in-nefqa fuq karozzi tal-passiġġieri li ma jintużawx biss għal finijiet kummerċjali.
Artikolu 2
B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Latvja ma tittrattax bħala provvista ta' servizzi bi ħlas l-użu għal finijiet privati ta' karozza tal-passiġġieri inkluża fl-assi kummerċjali ta' persuna taxxabbli, fejn dik il-karozza kienet suġġetta għal limitazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
In-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkopri x-xiri, il-kiri fit-tul, l-akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' karozzi bħal dawn kif ukoll l-infiq relatat mal-manutenzjoni, it-tiswija u l-fjuwil għal karozzi bħal dawn.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss għal karozzi tal-passiġġieri b'piż massimu awtorizzat ta' mhux aktar minn 3 500 kilogramma u li għandhom mhux aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq.
Artikolu 5
L-Artikoli 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-kategoriji ta' karozzi tal-passiġġieri li ġejjin:
(a) |
karozzi mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu, għall-kiri jew għall-kiri fit-tul; |
(b) |
karozzi użati għat-trasportazzjoni tal-passiġġieri bi ħlas, inklużi servizzi tat-taxi; |
(c) |
karozzi użati għall-provvista ta' trasportazzjoni ta' oġġetti; |
(d) |
karozzi użati biex jingħataw lezzjonijiet tas-sewqan; |
(e) |
karozzi użati għall-provvista ta' servizzi ta' għassa; |
(f) |
karozzi użati bħala vettura ta' emerġenza; |
(g) |
karozzi li jintużaw bħala dimostrazzjoni għal vetturi għall-bejgħ. |
Artikolu 6
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016. Din għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018.
2. Kull talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni prevista f'din id-Deċiżjoni għandha tittressaq lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2018. Tali talba għandha tiġi akkumpanjata minn rapport li jinkludi analiżi tal-perċentwali stabbilit fl-Artikolu 1.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BAUSCH
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/191/UE tat-22 ta' April 2013 li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 113, 25.4.2013, p. 11).