EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0771

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/771 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni f'dak li jirrigwarda l-emendar tal-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim

ĠU L 121, 14.5.2015, p. 7–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/771/oj

14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/771

tas-7 ta' Mejju 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni f'dak li jirrigwarda l-emendar tal-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 46, 53 u 62, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 18 tal-Ftehim, l-emendi għall-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tiegħu jridu jiġu adottati permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”).

(3)

Sabiex tinżamm l-applikazzjoni koerenti u korretta tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni u biex jiġu evitati diffikultajiet amministrattivi u possibbilment ġuridiċi, jaqbel li l-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim jiġi emendat biex jieħu kont tal-atti leġiżlattivi l-ġodda tal-Unjoni li l-Ftehim għadu ma jagħmilx referenza għalihom.

(4)

Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendar tal-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim.

(5)

Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni hawn mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (“il-Kumitat Konġunt”), f'dak li jirrigwarda l-emendar tal-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Bidliet tekniċi minuri fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu aċċettati mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr il-ħtieġa ta' deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI Nru …/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT

stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni

ta' …

li temenda l-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għal dak il-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ġie sostitwit bid-Deċiżjoni Nru 2/2011 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera (2) u għandu jiġi aġġornat biex jittieħed kont ta' atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera minn dak iż-żmien 'l hawn.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifki professjonali) għall-Ftehim huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija mfassla bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, u t-testi b'kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(2)  ĠU L 277, 22.10.2011, p. 20.


ANNESS

L-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif ġej:

1.

taħt it-titolu “TAQSIMA A: ATTI MSEMMIJA”, l-inċiżi li ġejjin iridu jiżdiedu mal-punt 1a:

“—

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2012 tal-11 ta' Lulju 2012 li jemenda l-Anness II tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 180, 12.7.2012, p. 9);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika dwar l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet professjonali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 3(2) elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2005/36/KE (ĠU C 182, 23.6.2011, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 183, 24.6.2011, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 367, 16.12.2011, p. 5);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 244, 14.8.2012, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 396, 21.12.2012, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 183, 28.6.2013, p. 4);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 301, 17.10.2013, p. 1).”

;

2.

fil-punt 1g għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“Pajjiż

Titlu

Onkoloġija medika

Perijodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Żvizzera

Medizinische Onkologie

Oncologie médicale

Oncologia medica


Pajjiż

Titlu

Ġenetika medika

Perijodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Żvizzera

Medizinische Genetik

Génétique médicale

Genetica medica”

3.

fil-punt 1g l-entrata dwar l-intestatura “Mediċina (interna) ġenerali” tiġi sostitwita bis-segwenti:

“Pajjiż

Titlu

Mediċina (interna) ġenerali

Perijodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Żvizzera

Allgemeine Innere Medizin

Médecine interne générale

Medicina interna generale”

4.

fil-punt 1i tiżdied l-entrata segwenti:

“Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta' referenza

Żvizzera

3.

Diplomierte Pflegefachfrau HF, diplomierter Pflegefachmann HF

Infirmière diplômée ES, infirmier diplômé ES

Infermiera diplomata SSS, infermiere diplomato SSS

Höhere Fachschulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Écoles supérieures qui proposent des filières de formation reconnues par l' État

Scuole specializzate superiori che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Pflegefachfrau, Pflegefachmann

Infirmière, infirmier

Infermiera, infermiere

L-1 ta' Ġunju 2002”

5.

fil-punt 1m it-tabella tiġi sostitwita bis-segwenti:

“Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta' referenza

Żvizzera

1.

Diplomierte Hebamme

Sage-femme diplômée

Levatrice diplomata

Schulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Écoles qui proposent des filières de formation reconnues par l'État

Scuole che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Hebamme

Sage-femme

Levatrice

L-1 ta' Ġunju 2002

2.

[Bachelor of Science [Name of the UAS] in Midwifery]

‘Bachelor of Science HES-SO de Sage-femme’ (Bachelor of Science HES-SO in Midwifery)

‘Bachelor of Science BFH Hebamme’(Bachelor of Science BFH in Midwifery)

‘Bachelor of Science ZFH Hebamme’(Bachelor of Science ZHAW in Midwifery)

Schulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Écoles qui proposent des filières de formation reconnues par l'État

Scuole che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Hebamme

Sage-femme

Levatrice

L-1 ta' Ġunju 2002”


Top